Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29328 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Continuation & Evening Classes

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema rata ta' ħlas qed jipproponi l-Ministeru li jitħallsu l-għalliema li jagħtu continuation u evening classes? Kif ġiet stabbilita din ir-rata?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li, bħalissa, r-rata ta' ħlas awtorizzata in konnessjoni ma għoti ta' continuation u evening classes hija ta' Lm5 siegħa. Din ir-rata ġiet iffissata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi qbil mal-Ministeru tal-Finanzi wara li ngħatat konsiderazzjoni lir-reviżjoni fis-salarji tal-għalliema li seħħet f'Jannar 2001.
Leg 9 PQ #29395 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiex impjegat biex jgħallem il-Malti fl-Istitut tal-Bini u Kostruzzjoni tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenzi, Teknoloġija? Meta applika ? Meta għalqet is-sejħa għall-mili tal-post li fil-fatt intagħżel għalih? Xi kwalifiki għandu? Kemm applikaw persuni għall-istess impjieg? Xi kwalifiki għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija ġiet impjegata biex tgħallem il-Malti fl-MCAST u ġiet assenjata xogħol fl-Istitut tal-Bini u Kostruzzjoni. Il-persuna applikat meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet f'Ġunju li għadda. Is-sejħa kienet għalqet l-Erbgħa 4 ta' Lulju imma ġiet estiża għall-Uffiċċjali Pubbliċi sat-Tnejn 9 ta' Lulju 2001. Informat ukoll li l-persuna msemmija għandu B.A. (Gen) fit-Taljan u fil-Malti u P.G.C.E. Applikaw 39 persuna għall-istess impjieg. Il-kwalifiki tagħhom ivarjaw u kull awtorita` kopmetenti tista' tarahom b'mod kunfidenzjali għand id-Direttur Amministrattiv ta' l-MCAST.
Leg 9 PQ #29397 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Gbir u Rimi ta' l-Alka

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt tal-ġbir u rimi ta' l-alka fl-inħawi fil-Mellieħa? Hemm xi arranġamenti biex l-alka tintrema f' xi barriera fl-Armier? Ingħata permess biex ma' l-alka jintrema wkoll żibel ieħor?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-ġbir ta’ l-alka jsir mit-Taqsima tal-Beach Cleaners mgħejjuna mill-kuntrattur biex ikun jista’ jsir xogħol fl-iqsar ħin. Qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-;bir u rimi ta’ skart li jin;abar mill-bajjiet u x-xtut kollha. L-alka mi;bura mill-inħawi tal-Mellie[a tintrema f’barriera fl-Armier. Dan isir permezz ta’ ftehim li kien intla[aq bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu, l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. M’hemm ebda permess li ma’ l-alka jintrema skart ieħor. Tant hu hekk li minn ]mien g[al ]mien it-Taqsima tal-Beach Cleaners tad-Dipartiment tnaddaf l-in[awi madwar din il-barriera mill-iskart li jiġi mitfuħ mill-pubbliku.
Leg 9 PQ #29398 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Barrieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid f' liema barrieri fl-inħawi tal-Mellieħa u fl-Armier hemm permess biex jintremew l-alka u l-iskart li jinġabar mix-xtur fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ma jeżisti l-ebda permess sabiex jintremew l-alka u l-iskart fl-inħawi tal-Mellieħa u fl-Armier, iżda hemm ftehim bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Awtorita` tal-Ippjanar u d-Dipartiment tat-Turiżmu sabiex ikun hemm ħażna temporanja tal-alka. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar f`dan l-istadju qegħda tikkonsidra sit alternattiv ġewwa l-Marfa sabiex jintrema` l-alka, iżda għad ma hemmx deċiżjoni finali rigward dan is-sit.

Skola San Miguel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' passi ħadet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diżabilita' dwar il-kwistjoni li nqalgħet fl-iskola San Miguel? X' passi ħa l-Ministru tal-Politika Soċjali dwar il-kwistjoni li nqalgħet fl-iskola San Miguel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kellhom diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni temporanja sakemm id-Diviżjoni jkollha l-ħin issolvi l-problema fuq bażi permanenti. Il-Kummissjoni identifikat numru żgħir ta' persuni li jistgħu jagħmlu x-xogħol meħtieġ u li setgħu jibdew jagħtu s-servizz tagħhom fl-aqsar żmien possibbli. Biex waslet għal din is-soluzzjoni, l-Kummissjoni sabet l-għajnuna sħiħa tat-Taqsima tas-Supported Living fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u tal-Fondazzjoni Respite Care Services. Minn naħa tagħha l-Kummissjoni ser titlob ukoll laqgħa mal-MUT biex tiddiskuti ma' din il-Union kif jistgħu jiġu evitati azzjonijiet industrijali li jikkawżaw tbatija lill-studenti b'diżabilita' u lill-ġenituri tagħhom. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitolbu jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29428 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Miguel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi li nqalgħu fl-iskola San Miguel? Kemm hemm tfal milquta? Kemm hemm staff fl-iskola, kategorija b'kategorija? X'direttivi ngħataw il-ġenituri dwar jekk jistgħux jew le jieħdu lil uliedhom l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ impjegati li kienu jgħinu fit-tqandil ta' tfal fl-iskola imsemmija ma baqgħux jagħtu dan is-servizz - wieħed irtira wara bord mediku u l-ieħor ġie trasferit għal raġunijiet mediċi. Informat li l-iskola reġgħet għandha s-servizz b'effett mill-5 ta' Novembru, 2001.
Leg 9 PQ #29317 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola ta' San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li x-xogħol li qed isir bħalissa fl-iskola ta' San Ġiljan mhux qed isir fil-vaganzi tal-Għid u tas-sajf biex ma jkunx hemm inkonvenjenzi fl-iskola meta tinkera għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-faċċata ta' l-Iskola Primarja ta' San Ġiljan se jieħu madwar sitt xhur sabiex jitlesta. Dan ifisser li bilfors parti mix-xogħol se jkollu jsir meta t-tfal qegħdin jattendu l-iskola. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tieħu l-miżuri kollha biex tnaqqas l-inkonvenjent u ma jkun hemm ebda periklu għal ħadd waqt li qed jitwettaq dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #29320 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EUPU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-European Union Programmes Unit (EUPU) hux qed joħroġ ħlassijiet regulari lil żewġ impjegati pubbliċi għax-xogħol li jagħmlu għalih? Kemm ilhom jitħallsu? kemm ħadu flus s'issa? Xi ħlassijiet qed jitħallsu? Mil-liema voti qed jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-European Union Programmes Unit għandu miegħu tlett impjegati pubbliċi full-time u tnejn part-time. Il-ħamsa li huma jitħallsu mill-vot ta' l-EUPU item 5386. Il-full-timers jitħallsu skond l-iskala rispettiva. It-tnejn part-time jaħdmu wara l-ħin normali tax-xogħol u ilhom minn Frar 2001. Huma jitħallsu r-rata stabbilita ta' overtime skond il-grad rispettiv tagħhom. Persuna minnhom taħdem 15-il siegħa fil-ġimgħa u l-oħra 10 siegħat. Dawn l-arranġamenti huma ta' natura temporanja sakemm l-EUPU tgħaddi mill-proċeduri neċessarji ta' reklutaġġ ta' l-istaff tagħha. (Ġew identifikati dawn iż-żewġ persuni partikolari għaliex kienu huma li minn żmien qabel kienu qed jaħdmu fuq ix-xogħol li daħal għalih l-EUPU.)
Leg 9 PQ #29322 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Sannat — Triq quddiem l-Iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tat-traffiku f'Għawdex biex jilqgħu t-talba tal-petizzjoni ta' 123 Għawdxin biex tingħalaq għat-traffiku t-triq quddiem l-entratura tal-iskola tas-Sannat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-proposti mressqa fil-petizzjoni msemmija mill-Onor Interpellant qegħdin jiġu studjati biex tinsab soluzzjoni permanenti għall-periklu li jista’ jkun hemm għat-tfal li jattendu l-iskola ta’ Sannat. Sadanittant kemm waqt id-dħul kif ukoll waqt il-ħruġ tat-tfal mill-iskola qed ikun hemm pulizija biex jikkontrolla t-traffiku.
Leg 9 PQ #29323 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola tas-Sannat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tiġi indirizzata l-problema mqajma fil-petizzjoni li qed tintbagħat separatament mressqa minn 123 Għawdxin dwar il-periklu mit-traffiku għat-tfal li jattendu l-iskola tas-Sannat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Numru 29322.
Leg 9 PQ #29325 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati taċ-Ċivil — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex tittieħed deċiżjoni li lill-impjegati kollha taċ-ċivil jaqtgħulhom diversi allowances fuq bażi pro-rata meta jieħdu iżjed minn 15-il jum sick leave jew meta jieħdu paid jew unpaid leave? Meta ttieħdet din id-deċiżjoni? Liema allowances huma milquta? Kemm hemm impjegati taċ-ċivil li huma stmati li ntlaqtu minn din id-deċiżjoni? Liema huma l-gradi taċ-ċivil milquta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-“policy” stabbilita dejjem kienet li l-“allowances” m’għandhomx jitħallsu meta uffiċjal ikun assenti, tkun xi tkun ir-raġuni. Madanakollu, nixtieq niċċara li l-“allowances” ma jinqatgħux immedjatament meta uffiċjal jieħu “paid” jew “unpaid leave”. L-“allowances” jibdew jinqatgħu wara li l-uffiċjal ikun ħa (i) il-“vacation leave” għal dik is-sena (ii) l-ewwel 15 il-ġurnata tas-“sick leave” għal dik is-sena u (iii) jekk ikun il-każ, 30 ġurnata “injury leave” f’dik is-sena. Dwar il-kumplament tal-mistoqsija nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għaċ-Ċirkolari OPM/27/2000 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma jinżammux statistiċi ċentrali fuq min ikollu l-“allowance” imnaqqsa u x’grad għandu. Fil-Ministeru tiegħi hemm għaxar (10) impjegati li kellhom l-“allowance” mnaqqsa minħabba assenza fuq leave. Il-grad tagħhom huwa, Assistant Direttur, Prinċipal, Uffiċjal Assistent Tekniku, Uffiċjal Segretarjat, Messaġġiera u “General Hand”. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq Ministeri oħra nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru risponsabbli.
Leg 9 PQ #29327 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Continuation & Evening Classes — Rata Stabbilita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni qed tittieħed dwar ir-rata stabbilita mill-Ministeru tal-Finanzi għal dawk li jgħallmu continuation u evening classes? Kif titqabbel din ir-rata l-ġdida mar-rata stabbilita?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-'continuation' u l-'evening classes' kienu qed jitħallsu bir-rata ta' Lm3.96,4 is-siegħa. Ir-rata l-ġdida stabbilita mill-MPO u aċċettata mill-Finanzi hi ta' Lm5.00.
Leg 9 PQ #29308 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smart Card

Question

Jista' l-Ministru jgħati lista sħiħa ta' dawk il-ħwienet li minnhom l-istudenti jistgħu jixtru permezz tal-ismart card? Jista' jivverifika jekk hemmx ħwienet li qed jitolbu ħlassijiet lill-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' ħwienet li s'issa qed jaċċettaw il-Card ta' l-Istudenti maħruġa mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-Bord għandu numru ieħor ta' ħwienet li applikaw biex jidħlu fis-sistema. Dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu proċessati u numru ieħor ta' ħwienet mistennija jiżdiedu ma' din il-lista. Il-Bord ma' awtorizza lil ebda ħanut li jitlob ħlasijiet lill-istudenti meta jużaw din il-card. Dan hu abbuż u jekk ikun hemm provi ta' dan il-Bord ineħħi lill-ħanut jew ħwienet in kwestjoni, minn din l-iskema.
Leg 9 PQ #29309 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karti tal-Eżami — Reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li talbu revisjoni tal-karta tal-eżami fil-livell: 1) ta' SEC 2) Intermediate 3) Avvanzat suġġett b'suġġett fis-sessjoni ta' Settembru? Kemm tawhom ir-riżultat wara r-reviżjoni u kemm hemm fejn ir-riżultat għadu ma ħariġx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29310 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Sekondarja taż-Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għalliema fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq li għandhom permess jidħlu xogħol fid-9.30am u jitilqu f'nofsinhar? Kemm hemm minn dawn l-għalliema ? Għaliex għandhom dawn il-permessi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq m'hemm ebda permess għal xi għalliema biex jirraportaw għax-xogħol fid-9.30 a.m. u jispiċċaw f'nofs in-nhar.
Leg 9 PQ #29312 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Spejjeż tal-Posta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm ma' l-iskejjel statali li issa qed jintalbu jħallsu l-posta li jibgħatu? Mil-liema vot se jħallsu din l-ispiża? Se joħorġuhom huma l-flus jew se joħorġuhom minn flus li jingħatawlhom mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Fil-każ, eta se jitħallsu l-flus? X'ammonti telgħu s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-15 ta' Ġunju, 2001, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għaddiet is-somma ta' Lm20,611 lill-iskejjel ta' l-Istat biex ikopru għall-ispejjeż postali. Il-flus, li kollha kienu għall-perjodu Ġunju/Novembru, u li ġew ikkreditati fil-kont bankarju ta' kull skola, tħallsu mill-Vot ta' l-Edukazzjoni Item 2650 (Posta).
Leg 9 PQ #29314 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini f'Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' bini f'Tas-Sliema li għandu l-permess tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jintuża bħala 1) nursery 2) play school 3) kindergarten 4) post fejn jinġabru t-tfal bħala child care centre

Response (BORG, TONIO)

Ma jirriżultax illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qatt ħarġet permessi għal xi tip ta` żvilupp simili għal dak li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Pero` tajjeb li jingħad illi minn investigazzjonijiet illi saru mill-istess Awtorita` jirriżulta illi xi postijiet li preżentament qed joperaw għal dan l-iskop, ilhom jeżistu sa minn qabel l-1992 ċioe` qabel ma ġiet imwaqqfa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #29315 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim tal-Ingliz lill-Barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-iskejjel kollha li fis-sajf li għadda ntużaw għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin u f'kull każ jgħid ma' liema skola/organizzazzjoni sar il-ftehim għall-użu tal-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29300 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar id-deċiżjoni li hemm min-naħa tal-kumpanija li qed tibni l-kumpless residenzjali/turistiku f'Forti Chambray li twaqqa l-barracks militari? Xi grad ta' protezzjoni jgawdi dan il-bini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-konfini tal-Forti Chambray għad hemm żewġ barracks militari. Wieħed huwa dak li nbena fi żmien l-Ordni u l-ieħor huwa il-Married Quarters mibni mis-Servizzi Ingliżi. Dawn iż-żewġ binjiet minħabba l-importanza storika tagħhom, kienu fost l-istrutturi identifikati biex jinżammu fid-Development Brief li sar dwar l-istess forti. Dwar l-ewwel wieħed ma teżisti ebda talba biex isir xi tibdil ħlief ir-restawr u xi tibdil żgħir li huma koperti bil-permessi maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dwar it-tieni wieħed, jiġifieri l-barracks Ingliż, fil-preżent l-Awtorita` għandha applikazzjoni mill-iżviluppaturi biex dan jitwaqqa`.
Leg 9 PQ #29301 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Military Barracks f'Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks f'Chambray? X'sar minnhom dawk li tneħħew? X'passi se tieħu l-Awtorita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-enforcement officers ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fl-24 ta` Settembru 2001, irriżulta li kienu tneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks. Peress li ma hemmx permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jitneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks f`Chambray, inħarġet enforcement notice ECF 1018/01 li tgħid: Għandek żvilupp mhux skond il-kundizzjonijiet tal-permess PA 3941/93 maħruġ fil-31 ta` Lulju 1995 (Document No. 72.1) li jikkonsisti fi tneħħija ta` l-aperturi tal-injam mill-Barracks. Għalhekk ix-xogħol fuq il-military barracks f`Chambray ġie mwaqqaf u ma tħalliex jitkompla.