Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27301?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn l-aħħar surveys li saru, wieħed fil-15 ta' Settembru 1999 (ġurnata safija) u l-ieħor fid-9 ta' Marzu 2000 (ġurnata xitwija), ħarġet xi indikazzjoni ta' rotot li jagħmlu profit u oħrajn li jagħmlu telf, madanakollu nħoss li din l-informazzjoni mhix biżżejjed biex jiġu bbażati konklużjonijiet partikulari.
Leg 9 PQ #29590 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 12737 għas-sena 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet dovuti lill-Pulizija minn banek, kumpaniji, individwi, etc. għal xogħol extra duty li sar minn membri tal-Korp matul is-sena 2000, huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29591 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27759?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29581 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 23641?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' djar fin-Naxxar, San Pawl tat-Tarġa u Birguma li għadhom bis-sistema tal-fosos huwa ta' 32.
Leg 9 PQ #29582 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 18300?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20230 (Seduta 401), inżid ngħid li sadanittant inħolqot il-Fondazzjoni ta' l-Iskejjel li issa assumiet ir-responsabbilta' għal dan it-tip ta' xogħol.
Leg 9 PQ #29583 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 7819 aġġornat għal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fi Frar ta' din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta daħlu fi ftehim li permezz tiegħu l-Kunsill intrabat li jsewwi l-wiċċ tat-toroq fejn tkun għamlet xogħol il-Korporazzjoni u l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-Korporazzjoni. Barra minn dan, il-Korporazzjoni, flimkien ma' dan il-Kunsill Lokali, qed taħdem biex jinbidlu katusi qodma ta' l-ilma fejn għaddejjin proġetti ta' bdil ta' bankini u uċuħ ta' toroq.
Leg 9 PQ #29584 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

METCo — Expo ta' Hanover

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19038?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li huwa stmat li n-nefqa konnessa ma' l-EXPO li saret f'Hanover kienet tlaħħaq madwar disa' mitt elf lira. In-nefqa tinqasam f'dawn il-kategoriji 1. disinn, bini, trasport, immuntar u attrezzament tal-Paviljun 2. spejjeż dwar l-operat u l-amministrazzjoni tal-proġett 3. ħlas ta' kera lill-organizzaturi fuq art okkupata mill-Paviljun 4. spejjeż dwar l-organizzazzjoni tal-Jum Nazzjonali u attivitajiet kulturali oħra. L-attivitajiet kulturali li ġew iffinanzjati mill-proġett kienu marbuta maċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali fis-16 ta' Settembru 2000. Matul dawn l-attivitajiet kien hemm il-parteċipazzjoni taż-żeffiena u mużiċisti ta' Daphne Lungaro, li għaż-żfin u mużika tħallsu s-somma ta' Lm2,000 - il-mużiċisti tal-Versatile Ensemble li tħallsu Lm1,500 għall-mużika u s-soprano Miriam Gauci u l-Professur Maestro Michael Laus li tħallsu s-somma ta' Lm2,000 għal kunċert sinfoniku li taw fil-Jum Nazzjonali. Tajjeb jingħad li dawn l-ammonti jinkludu wkoll spejjeż dwar l-arranġamenti mużikali u rehearsals. L-għażla ta' dawn il-personalitajiet saret wara li ġie eżaminat it-talent lokali u ttieħed in konsiderazzjoni l-ispejjeż involuti u l-fama lokali u/jew internazzjonali ta' dawn il-personalitajiet.
Leg 9 PQ #29585 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 20444 li baqet mhux imwieġba iżjed minn sena ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hija mpenjata li toffri servizz ta' Customer Care effiċjenti. Sabiex jintlaħaq dan il-għan il-Korporazzjoni, fost l-objettivi tagħha, tanalizza b'mod sistematiku l-objezzjonijiet u talbiet ta' verifika mill-konsumaturi dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma. Mill-analiżi tax-xahar ta' Settembru 2000, jirriżulta li 1. Fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Korporazzjoni f'Ħal Luqa bejn il-11 u t-30 ta' Settembru 2000, ġew ipproċessati madwar 1,200 telefonata fil-ġimgħa. Il-persentaġġ ta' dawn it-telefonati kien ta' sebgħin fil-mija dwar kontijiet tad-dawl u tletin fil-mija dwar kontijiet ta' l-ilma. 2. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-konsum tad-dawl, il-kontijiet kienu jkopru l-perjodu tax-xitwa u l-parti l-kbira tagħhom kienu jkopru perjodu ta' aktar minn erba' xhur. L-ilmenti fuq il-kontijiet ta' l-ilma kienu l-aktar dwar kontijiet li ġew ikkalkulati fuq stimi peress li l-postijiet ikkonċernati kienu nstabu magħluqa mill-meter reader. 3. Fl-istess perjodu, il-Korporazzjoni ipproċessat mija u ħmistax-il objezzjoni fuq kontijiet ta' l-ilma u mija u sbatax-il objezzjoni dwar kontijiet ta' l-elettriku, fejn il-konsumatur ħaseb li l-kont kien ikopri iżjed minn perjodi oħra. F'dawn il-każi, il-konsumaturi ingħataw spjegazzjoni li l-kontijiet jiġu kkalkulati fuq il-konsum bir-rati stabbiliti. Għaldaqstant ir-raġunijiet għaliex il-konsumatur ikun irċieva kont li jaħseb li hu iżjed mis-soltu huwa meta jew jiżdied il-konsum inkella meta l-kont ikun ikopri perjodu itwal mis-soltu. 4. Dejjem matul l-istess perjodu, il-Korporazzjoni irċeviet mija u tmintax-il talba sabiex jiġi eżaminat l-arloġġ ta' l-ilma u sitta u tmenin biex jiġi eżaminat l-arloġġ ta' l-elettriku. Fl-aħħarnett ta' min jinnota li meta wieħed iqis li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipproċessa mitejn u għoxrin elf kont tad-dawl u ilma kull erba' xhur, il-persentaġġ ta' ilmenti li ġew ittrattati huwa relattivament baxx.
Leg 9 PQ #29586 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dwal Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27264?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-konsum ta' siegħa dawl fit-toroq tal-pajjiż huwa stmat li jiswa madwar Lm297. Ta min jgħid ukoll li d-dawl fit-toroq huwa kkontrollat minn madwar elf substation u għaldaqstant siegħa dawl minn kull substation huwa stmat li tiswa 29c7m.
Leg 9 PQ #29573 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba/Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex inħawi sħaħ f'Buġibba u l-Qawra ma jibqgħux maħmuġa, mitluqa u żdingati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-partijiet ta' Buġibba u l-Qawra, fejn l-art hija pubblika hemm diversi gangs minn unit imwaqqaf biex isir tindif u xogħol ta' manutenzjoni bħal żebgħa ta' railings u bankijiet.
Leg 9 PQ #29574 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi Pubbliċi — Riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport resqet il-kummissjoni għar-riforma tas-servizz pubbliku li inti ħtart fis-27 ta' Mejju 1988? Kemm-il rakkomandazzjoni resqet din il-kummissjoni biex is-servizz ċivili jsir effiċjenti u effettiv?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kummissjoni għar-Riforma tas-Servizz Pubbliku resqet rapport wieħed bit-titolu “A new Public Service for Malta” li ħareġ fi tlett partijiet: Dawn huma:- · “A Report on the Organisation of the Public Services” · “Supplementary Papers” · “Further Proposals on Administrative Structures, Grading, Staff Development, Selection and Compensation” Dawn il-partijiet ħarġu fl-Lulju tal-1989, Jannar tal-1990, u Frar tal-1990 rispettivament. Il-Kummissjoni resqet numru kbir ta’ rakkomandazzjonijiet fl-ewwel u t-tielet parti tar-rapport u dawn jinsabu miġburin f’sommarju fil-parti rispettiva. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tar-rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta numru 326 nhar il-15 ta’ Diċembru 1989. Iż-żewġ partijiet l-oħra tqiegħdu f’Seduta 369 nhar l-14 ta’ Mejju 1990.
Leg 9 PQ #29577 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28170?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa irrispondejt il-Mistoqsija numru 28170 fis-seduta numru 610 meta weġibt il-Mistoqsija numru 28341 li kienet tirreferi għall-Mistoqsija 28170.
Leg 9 PQ #29578 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsin Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 24158 aġġornat għal-lum?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li diġa' rrispondejt il-mistoqsija numru 24158 fis-seduta 529 meta weġibt għall-Mistoqsija numru 24703 li kienet tirreferi għall-Mistoqsija numru 24158. Kif mitlub, qiegħed nagħti l-informazzjoni li ġejja biex naġġorna t-tagħrif mogħti minni fir-risposta għall-Mistoqsija numru 24703. Pajjiż Numru ta' priġ unieri Akkuż a Sentenzjat/arrestat Aċ ċ ess konsolari Franza 1 Attentat ta' qtil Arrestat Iva U.S.A. 1 Offiża ta' droga Arrestat Iva U.A.E. 1 Sewqan taħt l-influwenza ta' xorb Sentenzjat Iva Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li persuna li kienet qed tiskonta sentenza ta' ħabs fil-Marokk ġiet meħlusa wara intervent mill-Gvern Malti.
Leg 9 PQ #29579 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26863?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27110 fis-6 ta' Ġunju 2001.
Leg 9 PQ #29580 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija tat-Tiġieg — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24351 bit-tagħrif mitlub aġġornat għal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li saru diversi laqgħat mal-kooperattiva dwar ħruġ ta' liċenzji għat-trobbija tat-tjur li għaliha jirriferi l-Avviż Legali 156 ta' 1989. L-ispezzjonijiet bdew isiru f'Jannar 2001 u sal-lum saru 150 spezzjoni f'Malta u 58 f'Għawdex. F'Malta ħarġu 75 liċenzja u f'Għawdex hemm arranġament li meta l-ispezzjonijiet isiru kollha, il-liċenzji jinħarġu kollha flimkien. Minbarra dawn l-ispezzjonijiet saru spezzjonijiet f'irziezet għar-rigward ta' management, mard u iġene biex jiġu immeljorati l-irziezet u l-prodotti.
Leg 9 PQ #29546 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-PA biex fi Triq iż-Żerqa, in-Naxxar, postijiet li ngħataw biex fihom isiru ħwienet, ma jiġux użati b'mod abbużiv bħala garaxxijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qegħdin jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi biex jikkonfermaw jekk il-fondi msemmija humiex jintużaw bħala garaxxijiet. Jekk dan ma jirriżultax, m`hemmx lok ta` aktar azzjoni min-naħa tas-Sezzjoni ta` l-Infurzar.
Leg 9 PQ #29547 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li minħabba laqgħat għall-għalliema u żjarat tal-għalliema barra l-pajjiż biex jieħdu sehem fi programm edukattivi ta' l-Unjoni Ewropeja ma tispiċċax imħarbta l-edukazzjoni ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ilha għal dawn l-aħħar snin tqis is-sehem ta' l-għalliema f'konferenzi, seminars u laqgħat barra minn Malta jew Malta bħala element bażiku fl-istaff development tal-korp ta' l-għalliema. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tinkoraġixxi dan is-sehem (li, rari jaqbeż ġimgħa). Dawn is-seminars u konferenzi li jiġu organizzati ġeneralment mill-Kunsill ta' l-Ewropa u reċentement ukoll mill-Unjoni Ewropeja. Informat li l-biċċa kbira tal-każi l-għalliem li jieħu sehem f'dawn il-konferenzi jgħati l-lezzjonijiet li jitlef qabel jew wara li jieħu sehem f'xi konferenza.
Leg 9 PQ #29569 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qawra — Swat fuq Żagħżugħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-puliżija wara li fl-għassa tal-Qawra daħlilha rapport li ż-żagħżugħ li ismu qed jintbagħat separatament ta' 16-il sena ġie msawwat minn grupp ta' żgħażagħ fl-1 ta' Lulju 2001? X'passi ttieħdu mindu l-pulizija għamlu għadd ta' mistoqsijiet lill-uħud miż-żgħażagħ li sawtu liż-żagħżugħ? Xi tweġibiet ħadet omm iż-żagħżugħ imsawwat li isimha wkoll qed jintbagħat separatament għall-ittri li kitbet lill-Kummissarju tal-Pulizija bid-data tal-20 ta' Ottubru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħala riżultat ta` l-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, kienu ttieħdu proċeduri kriminali kontra tlett żagħżagħ talli sawtu u kkaġunaw offiżi deskritti bħala insinifikanti lill-persuna msemmija. Dawn il-proċeduri kienu appuntati għas-smiegħ fl-20 ta` Settembru 2001, pero` dakinhar il-persuna msawwta, għalkemm debitament notifikata, naqset li tidher u għaldaqstant il-Qorti lliberat lit-tlett imputati. Infurmat ukoll illi żagħżugħ ieħor, li kien ukoll involut fl-inċident imsemmi, kien tressaq il-Qorti taħt arrest nhar is-6 ta` Novembru 2001 u akkużat illi kkaġuna ġrieħi ta` natura gravi fuq il-persuna msemmija, ksur ta` ordni pubbliku u li fil-pubbliku għamel ġesti u qal kliem oxxen jew indiċenti. Dan il-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll illi dan kollu ġie spjegat lill-omm dan iż-żagħżugħ, pero` din insistiet li la hija u lanqas binha qatt ma rċievew in-notifika sabiex jidhru l-Qorti. Għaldaqstant aktar investigazzjonijiet qed isiru f`dan ir-rigward.

Persuna b'Diżabilita

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jingħata l-permessi meħtieġa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li din il-persuna li għandha sieq waħda ilha mill-ewwel ġimgħa ta' Awissu li applikat biex tixtri karozza adattata bil-kundizzjonijiet li jingħataw lil-persuni b'diżabilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant issottomettiet l-applikazzjoni tagħha lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fis-17 ta' Awissu 2001. Skond il-proċedura stabbilita, il-Kummissjoni rreferiet l-applikazzjoni lill-Occupational Health Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa fl-20 ta' Awissu 2001, biex jeżaminaw lill-applikant. Il-Kummissjoni għadha qed tistenna risposta mill-Occupational Health Unit dwar l-eżami ta' l-applikant.
Leg 9 PQ #29571 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex il-miżbla tal-qortin taqbad u ddaħħan u tifga l-inħawi tax-Xagħra fl-ewwel jiem ta' Novembru 2001? X'passi ttieħdu biex in-nar jiġi kkontrollat? X'passi qed jittieħdu biex l-inċident ma jirrepetix ruħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li huwa ssuspettat li n-nar li kien hemm fil-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra fl-ewwel jiem ta’ Novembru 2001 ġie mqabbad minn persuna jew persuni mhux magħrufa. Jiena nfurmata wkoll li sar tentattiv biex jintefa’ terrapien permezz ta’ makkinarju fuq in-nirien. Dan it-tenttativ ma rnexiex minħabba il-kwantita kbara ta’ duħħan li minħabba fiħ ma’ kienx hemm viżibilita li tippermetti li jsir ix-xogħol. Issejħu fuq il-post il-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jipprovaw jikkontrollaw in-nirien permezz tal-fire engine, iżda laqqas dan ma’ irnexxa. Eventwalment, malli kien possibli, iddaħħal il-makkinarju fuq il-post u beda jintefa’ terrapien u b’hekk ntfew n-nirien. Qegħdin isiru sforzi biex l-iskart li jidhol kuljum jiġi mgħotti b’terrapien u materjal simili biex jitnaqqas il-periklu ta’ nirien.