Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29949 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29592?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29961 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bullet-Proof Vests

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-pulizija li jkunu fuq xogħol ta' Sigurta' jingħataw bullet-proof vests għall-protezzjoni tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-Twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29844.
Leg 9 PQ #29962 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Każ ta' Frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi investigazzjoni għaddejja dwar frodi fit-taqsima ta' reklamar tal-PBS kif hemm fil-ħarġa tal-PBS kif hemm fil-ħarġa ta' l-ewwel faċċatta ta' The Malta Today tat-18.11.2001? Fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-PBS waqqfet Bord ta' Inkjesta b'persuni kompetenti minbarra l-Kumpanija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar l-allegat każ ta' frodi fit-taqsima tar-reklami. L-investigazzjoni għadha għaddejja.
Leg 9 PQ #29963 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa ta' Persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi urġenti kollha meħtieġa għall-kura tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab taħt il-kura tal-Professur li ismu qed jintbagħat separatament u li saħħitha qed tkompli tmur lura serjament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali waqqaf il-ħlas tal-SKA dovuta lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'Mazu 2001? Meta nstema l-appell minn din id-deċiżjoni? Min irrappreżenta lil din il-persuna f'din is-seduta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-appell ġie kkunsidrat mill-Arbitru u l-Assessuri fis-seduta tal-Bord ta' l-Appelli tad-9 ta' Novembru 2001. Infurmat ukoll li l-każ ġie deċiż u kopja tad-deċiżjoni ser tintbagħat lill-appellant.
Leg 9 PQ #29775 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Edukazzjoni Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal temmu l-edukazzjoni primarja tagħhom f'Għawdex fis-sena skolastika 2000-2001? Fl-istess sena kemm adolexxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom? Kemm żgħażagħ Għawdxin temmew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2000-2001? F'liema istituzzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fis-sena skolastika 2000-2001 spiċċaw l-iskola primarja f’Għawdex 426 student (328 mill-Primarji ta’ l-istat u 98 mill-Primarji tal-Knisja) Numru ta’ studenti Għawdxin li spiċċaw l-iskola sekondarja fis-sena skolastika 2000-2001: Aguis de Soldanis Girls’ Junior Lyceum & Secondary 214 Ninu Cremona Boys’ Junior Lyceum & Secondary 156 Girls’ Trade School 23 Skola Agrikoltura u Bini 22 Skola Sekondarja Seminarju 54 Total 469 Żgħażagħ li spiċċaw l-iskola post-sekondarja fis-sena Skolastika 2000-2001: Sir MA Refalo post Secondary School 218
Leg 9 PQ #29783 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Statistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ ktieb gozo 2001 in figures ta' statistika dwar il-gżira għawdxija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tjt għall-mistoqsija numru 29759 waqt is-Seduta numru 645.

Għawdex — Apprendistat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat? F'liema sena differenti ta' apprendistat jinsabu dawn l-iskemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta' żagħżagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat hu ta' 146. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' apprendisti f'kull skema bis-sena meta daħlu.
Leg 9 PQ #29806 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Apprendisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat? F'liema sena differenti ta' apprendistat jinsabu dawn l-iskemi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt: T.A.S.: L-ewwel sena 11 il-student It-tieni sena 24 student It-tielet sena 23 student ESTS: L-ewwel sena 5 studenti (Elec. Servicing Course) It-tieni sena 2 studenti (Agr. Course) It-tielet sena 3 studenti (Bld. Course)
Leg 9 PQ #29842 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Qgħad f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-aħħar statistika dwar il-qgħad f'Għawdex? Jista' t-tagħrif jingħata kemm 1) irġiel 2) kemm nisa 3) bl-eta' 4) x'livell edukattiv u ta' snajja għandhom dawk bla xogħol 5) mil-liema lokalita' ġejjin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar­risposta mogħtija għall­Mistoqsija numru 29760.
Leg 9 PQ #29315 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim tal-Ingliz lill-Barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-iskejjel kollha li fis-sajf li għadda ntużaw għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin u f'kull każ jgħid ma' liema skola/organizzazzjoni sar il-ftehim għall-użu tal-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel li krew xi parti mill-iskola tagħhom għall-iskop imsemmi huma dawn: In Lingua School of Languages Lily of the Valley, Girls' Secondary School, Mosta Antonio Bosio, Boys' Secondary School, Gżira (15 classes) Primary School, St Julian's (classes and part of yard) Primary School, Msida Education English Centre Vincenzo Buġeja, Boys' Secondary School, Santa Venera European Community Language School Sir Luigi Preziosi, Girls' Secondary School, St Andrew's (Classes, yard ond offices) NSTS English Language Institute Primary School, Lija (classes and one office) Calypso Academy of English Language Sir MA Refalo Centre for Further Studies, Victoria, Gozo.
Leg 9 PQ #29593 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Kontribuzzjoni Settorjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 16037 għas-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nru. 16651 f'seduta 312 u 16842 f'seduta 317.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala pensjonanti ġewwa n-Naxxar, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr u l-Mellieħa li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Kemm minnhom jirċievu pensjni? Kemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinqasam hekk: Pensjoni Kontributorja Pensjoni mhux Kontributorja Irtirar Romol Invalidita' Total Naxxar 485 202 355 1042 29 Għargħur 114 72 87 273 11 San Pawl il-Baħar 386 183 288 857 40 Mġarr 149 53 107 309 14 Mellieħa 349 135 232 716 26
Leg 9 PQ #29759 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tagħrif li jiġbor l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika dwar il-ħolqien ta' ġid f'pajjiżna u l-iżvilupp ekonomiku x'inhi l-istatistika dwar Għawdex dwar kif sejrin l-oqsma ekonomiċi differenti f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika qed jinpenja ruħu sabiex tinġabar statistika bażika dwar Għawdex. Fil-fatt hemm il-ħsieb li fil-futur tinħareġ pubblikazzjoni separata li tkun tiġbor fiha statistika dwar din il-gżira.

Għawdex — Qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-aħħar statistika dwar il-qgħad f'Għawdex? Jista' t-tagħrif jingħata kemm 1) irġiel 2) kemm nisa 3) bl-eta' 4) x'livell edukattiv u ta' snajja għandhom dawk bla xogħol 5) mil-liema lokalita' ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitlub dwar persuni f'Għawdex li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru fl-aħħar ta' Settembru 2001.
Leg 9 PQ #29763 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istatistika ta' l-uffiċċju nazzjonali dwar l-istatistika dwar il-qagħda ta' l-impjiegi f'Għawdex: 1) fis-settur pubbliku 2) fis-settur privat fl-oqsma differenti 3) dawk li jaħdmu għal rashom 4) biedja 5) sajd?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija bażata fuq l-aħħar stħarriġ dwar il-qasam tax-xogħol (Labour Force Survey) li sar matul Ġunju li għadda.
Leg 9 PQ #29774 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal temmu l-edukazzjoni primarja tagħhom f'Għawdex fis-sena skolastika 2000-2001? Fl-istess sena kemm adolexxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom? Kemm żgħażagħ Għawdxin temmew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2000-2001? F'liema istituzzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 172 tifel u 168 tifla temmew l-edukazzjoni Primarja tagħhom fis-sena skolastika 2000/2001. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27799.
Leg 9 PQ #29587 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dwal Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27267?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lokalitajiet li għalihom għamel referenza l-Onorevoli Interpellant jieħdu l-provvista ta' l-elettriku minn sitta u għoxrin substation differenti. Erbgħa minnhom, li huma kkontrollati minn time switch ġew issettjati kif suppost. Il-ħin stabbilit għal dak iż-żmien tas-sena biex jintefa' d-dawl tat-toroq huwa fis- 5.40 a.m. Il-bqija huma attivati minn photo cells u allura jiġu attivati mix-xemx.

Vapuri taħt il-Bandiera Maltija

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari nru. 22916 b'mod aġġornat għal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vapuri miżmuma għall-perjodu Jannar - Ottubru 2001 huwa ta' 233. Tajjeb wieħed jinnota li l-informazzjoni għall-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2001 għad tista' tiġi aġġornata.