Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30169 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-CDAU se tibgħat għat-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex tevalwa xi bżonnijiet għandu biex jiġi edukat peress li l-ġenituri tiegħu qed jaraw li binhom qed diffikultajiet serji biex jitgħallem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #30118 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata għajnuna edukattiva l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fid-dar tiegħu peress li se jagħmel żmien twil ma jattendix skola minħabba s-sitwazzjoni ta' saħħtu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi għadu qed jiġi kkurat fl-Isptar San Luqa. Hekk kif issir it-talba mill-Kap ta' l-Iskola wara li dan jiġi nfurmat mill-ġenituri, l-istudent ikun jista' jibda jirċievi servizz ta' tagħlim id-dar, minn waħda mill-għalliema li jagħmlu parti mis-servizz peripatetiku taċ-Ċentru Nazzjonali ta' Appoġġ fi ħdan it-Taqsima Bżonnijiet Edukattivi Speċjali.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ġust li l-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ iċċaħħad lill-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament milli jikseb il-journeyman's certificate wara li l-isponsor tiegħu li d-dettalji wkoll qed jintbagħtu separatament keċċa l-ħaddiema nkluż lilu minħabba nuqqas ta' xogħol

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kunċett ta' l-apprendistat huwa mibni fuq żewġ elementi -taħriġ teoretiku li jiġi provdut minn stabbiliment edukattiv u taħriġ prattiku relatat mal-kors ta' l-apprendistat u li jingħata f'post ta' xogħol approvat mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ. Biex apprendist jikseb il-Journeyman's Certificate irid jaghmel it-taħriġ teoretiku u prattiku mistenni minnu u jgħaddi mill-eżamijiet tagħhom. Jekk għal xi raġuni l-apprendist ma jagħmilx it-taħriġ teoretiku jew prattiku meħtieġ mill-apprendistat, l-apprendistat tiegħu jaqa' għaliex ir-regolamenti ta' l-apprendistat ma jkunux ġew osservati. B'hekk l-apprendist jitlef l-opportunita' li jikseb Journeyman's Certificate iżda l-kors jkun jista' jkomplih. Fil-każ riferut, l-ETC ippruvat issib post tat-taħriġ prattiku ieħor għall-apprendist iżda mingħajr suċċess.
Leg 9 PQ #30157 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema entitajiet pubbliċi u privati użaw is-servizzi tal-Orkestra Nazzjonali fl-1999, 2000 u 2001 u kemm ħallsu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30158 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daqqet kunċerti l-Orkestra Nazzjonali fl-1999, 2000 u 2001? X'kienet in-nefqa f'kull kunċert u x'kien id-dħul?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30159 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 kemm kien hemm solisti, conducters u part-timers li daqqew mal-orkestra nazzjonali? Kemm tħallsu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30167 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Peer Review

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa t-talba tal-koppja li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex isir peer review tal-każ ta' binthom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #30053 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29948?

Response (BORG, TONIO)

Bħalissa m`hemm l-ebda membru tal-Korp tal-Pulizija li fiċ-ċertifikat tal-kondotta tiegħu jidhru xi reati kriminali. Hemm iżda 90 persuna minn 1,750 membru tal-Korp li qabel ma ġew reklutati kienu nstabu ħatja ta` xi reat (delitt) li minnhom 71 (78%) kienu reati relatati mat-traffiku u sewqan. Id-19 l-oħra jinkludu reati bħal feriti ta` natura ħafifa, manifattura ta` logħob tan-nar bla permess, żamma ta` snieter bla permess, ferita ta` natura gravi (persuna waħda), serq ta` cable tal-elettriku, u serq ta` inqas minn Lm10 (persuna waħda) serq t`użu ta` vettura (persuna waħda). Minħabba t-trapass taż-żmien jew il-pieni inflitti u bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza taċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Cap 77) l-ebda wieħed minn dawn id-90 reat ma jidhru fil-fedina penali li jiġi rilaxxata taħt l-istess Cap 77. Għalhekk ma hux sew li tingħata l-identita` ta` dawn il-persuni li għall-finijiet tal-liġi għandhom kondotta nadifa. Hemm 58 membri tal-Korp, li wara li daħlu Pulizija, ikkommettew reat (delitt/crime). Minn dawn 33 (63%) kienu reati relatati mat-traffiku u sewqan. Il-25 l-oħra jinkludu feriti ta` natura ħafifa, ġarr ta` mus, ġarr ta` senter kontra l-liġi u ksur tar-regolamenti tal-kaċċa, ħsara volontarja, falsifikazzjoni ta` timbru (każ wieħed), xogħol ta` bini mhux skond il-permess u attruppament (każ wieħed). Anki f`dawn il-każijiet, ir-reati kollha, minħabba t-trapass taż-żmien jew il-pieni inflitti, ma jidhrux fil-fedina penali rilaxxjata taħt il-Cap 77, u għalhekk ma hux ġust li nagħti l-identita` tagħhom. Fil-każijiet kollha ta` reati kommessi wara l-reklutaġġ, ittieħdu passi dixxiplinarji, inklużi passi quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #30047 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Żbroffar tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żbroffar tad-drenaġġ kien hemm f'Novembru 2001 f'San Pawl il-Baħar u x'passi ttieħdu biex il-ħsara tissewwa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul Novembru, l-iżbroffar ta' drenaġġ f'San Pawl il-Baħar kien f'Salina Road. Ir-raġuni kienet kwantita' ta' xaħmijiet u anki xi ġebel. L-iżbroffar dam sakemm kien għaddej it-tindif f'Buġibba u l-Qawra. Ma jirriżultax illi hemm xi ħsarat fid-drenaġġ f'dawn l-inħawi. Ta' min isemmi li l-istoppages ġew irranġati fl-istess ġurnata li nqalgħu.

San Pawl il-Baħar — Radam u Blat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir wara l-Knisja ta' ħdejn il-Gillieru f'San Pawl il-Baħar fuq it-triq li qed jitneħħiela l-ġenb tar-radam u blat? X'passi qed jittieħdu biex it-triq ma ċċediex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta tax-xogħol li qed jitwettaq fil-lokalita'. Ix-xogħol qiegħed jitmexxa mis-sezzjoni tat-Titjieb ta' l-Ambjent fid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet. Jien infurmat li l-periti nkarigati minn dan ix-xogħol ikkunsidraw l-istabilita' ta' dan il-post u mexjin bix-xogħol kif tirrikjedi s-sena u l-prassi f' dawn it-tip ta' ċirkustanzi.
Leg 9 PQ #30049 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti li bdew edukazzjoni post-sekondarja għas-sena 2001-2002 fl-istituti differenti tal-MCAST, skejjel post-sekondarji, istituti tekniċi, f'Malta u Għawdex? Instituzzjoni b'istituzzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti li bdew l-edukazzjoni Post-Sekondarja fis-sena skolastika 2001-2002 huwa kif ġej: Sir Mikelanġ Refalo Ċentru ta' l-Istudji Ogħla 316 Carmen Carbonaro Skola tax-Xagħar u Sbuħija 66 Mother Theresa College Skola Provokazzjonali 128 Pre-School Education Skola ta' l-Edukazzjoni Bikrija 42 Sir Mikelanġ Sapiano Istitut Tekniku 72 Ġuże` Micallef Kulleġġ ta' l-Agrikultura 17 G. Curmi Skola Sekondarja Ogħla 989 Umberto Calosso Skola tas-Snajja' Subien 74 De La Salle College - 100 St Aloysious College - 210 St Edward's College - 76 Verdala International Sc. - 28 Total 414 M.C.A.S.T. Istitut għall-Inġinerija Elettronika - 135 Istitut għall-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni - 210 Istitut tat-Teknolo-ija ta' l-Informazzjoni - 210 Istitut għall-Kummerċ - 430 Istitut ta' l-Arti u d-Disinn - 58 Istitut Marittimu - 9 Total 1052 Junior College 1503 Grand Total 4673

Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk iż-żgħażagħ b'diżabilita li għalqu 19-il sena u mhux se jitħallew jattendu iżjed f'xi skola speċjali? X'qed isir biex dawn iż-żgħażagħ jingħataw il-formazzjoni meħtieġa għall-ħajja fis-soċjeta u x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa' qed iwettqu l-pjanijiet sabiex żgħażagħ li għalqu 19-il sena u qed jattendu fl-Iskejjel Speċjali jkunu jistgħu jibdew jattendu fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita'. Fost dawn il-pjanijiet hemm assessment komprensiv kif ukoll pjan ta' azzjoni għal kull student li qed jieħu parti f'din it-tranżizzjoni. Beda l-proċess ukoll biex isir reklutaġġ ta' aktar support workers kif ukoll professional support workers li ser ikunu responsabbli tal-klijienti ġodda. Għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma' aġenziji oħra sabiex jinfetħu aktar Ċentri żgħar fil-komunita'.
Leg 9 PQ #30051 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġett tal-Villa Rosa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Ministru milli jiffirma l-permessi meħtieġa biex ikun jista' jitwettaq il-proġett tal-Villa Rosa għal skola għall-istudenti Russi peress li d-dewmien se jwassal biex dan il-proġett jintilef hawn Malta u jmur il-Ġermanja?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru naħseb jista' japprezza li l-proposta biex tinħareġ Liċenza ta' Skola għar-Russu u Liċenza oħra ta' Skola għat-Tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin ma hix proposta sempliċi u kienet tirrikjedi ċertu verifiki li mhux faċli jsiru. L-applikanti jafu li l-proċess ħa l-kors tiegħu u wasal biex jiġi mitmum.
Leg 9 PQ #30052 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29949?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 15456 f'seduta 287 kont irrispondejt il-mistoqsija parlamentari 11941 abbażi ta' r-returns li daħlu għas-sena bażi 1998. Id-dħul medju dikjarat fil-formoli tat-taxxa għas-snin ta' stima 2000 u 2001 rispettivament mid-diversi professjonisti huwa kif ġej: 2000 2001 Periti u Inġiniera 4442 5212 Accountants u Awdituri 4456 5412 Avukati, Nutara u Prokuraturi Legali 6356 7916 Veterinarji 6014 6172 Dentisti 5399 6419 Tobba 3832 4395 Dawn l-ammonti juru biss id-dħul mill-prattika privata (private practice) u ma jinkludux id-dħul li seta' kellhom mill-impjieg jew sorsi oħra. Hi medja li tiġi affettwata min numru ta' persuni reġistrati f'kull professjoni u li jaħdmu fuq bażi part time.
Leg 9 PQ #29985 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/Siti Pre-istoriċi — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi u storiċi xahar b'xahar minn Settembru sa Ottubru għas-snin 2000 u 2001? Fiex wasal il-proċess tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta'interess storiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi xahar b'xahar minn Settembru sa Ottubru għas-snin 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-kuntratt tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta' interess storiku ingħata u qed isir xogħol fuq il-pilot project.
Leg 9 PQ #29987 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Grounds

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 2545 u jagħti t-tagħrif aġġornat għas-snin skolastiċi 1998-1999, 1999-2000 u 2000-2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Rapport ta' kemm tneħħew siġar fis-snin mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.