Jista' l-Ministru jgħid x'rati ta' abbużi jirriżultaw min dawk li kienu jieħdu benefiċċji soċjali li mhumiex intitolati għalihom? Jista' jagħti r-rati benefiċċju, benefiċċju, minn dak li rriżulta minn investigazzjonijiet tul is-sena 2000 u 2001 s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin applikaw għall-eżamijiet tal-Matsec għas-sessjoni ta' Mejju 2002? Kemm f'suġġetti differenti? Kemm f'livelli differenti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru jaf li għas-sena 2002 l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu milqugħa u għad iridu jkunu pproċessati. Għad irid ikun hemm ukoll sejħa għall-"applikazjonijiet tard".
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm daħlu studenti għall-korsijiet universitarji f'livell ta' degrees mill-1991 sal-lum? Kemm minn Malta u kemm minn Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ambjentali biex f'każ li jerġa jidħol denfil f'xi bajja lokali jieħu ħsieb kemm jista' jkun biex id-denfil jgħix u jikseb is-saħħa meħtieġa biex jerġa' jgħum 'il barra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jieħu passi biex jikkordina l-Protokol dwar ic-Cetacei mfassal mill-istess Dipartiment b'konsultazzjoni ma' għadd ta' entitajiet oħra fosthom NGO's ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar l-inċidenti fil-Fuego fil-Qawra fl-aħħar żminijiet? X'passi ħa l-Ministeru dwar l-istess inċidenti?
Dan l-aħħar tħabbar li diversi artisti ġew magħżula biex jippreżentaw lil Malta fil-Palais des Nations u fis-sede tal-World Intellectual Property Organisation (WIPO) f'Ginevra.
Jista' l-Ministru :
a) jgħid min huma t-12-il artist li ġew magħżula biex jesebixxu x-xogħolijiet tagħhom?
b) jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu dawn il-baned u artisti.
c) jgħati dettalji tal-kontribut li l-artisti u l-baned magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta taw lill-aspett kulturali Malti fil-passat
d) jelenka l-kwalifiċi akkademiċi ta' artisti magħżula fl-oqsma rispettivi tagħhom
e) jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla u jelenka l-kwalifiċi akkademiċi, u l-esperjenza li għandhom fid-diversi dixxiplini.
f) jgħid kemm ser jitħallsu l-artisti u l-baned magħżula
g) jagħti dettalji ta' kemm din l-inizjattiva ser tiġi tiswa
h) jgħid kemm ha tiġi tiswa kull biċċa xogħol ta' l-art li ser tiġi regalata?
Response (BORG, JOE)
B'referenza għall Mistoqsija Numru 30261, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-2001 kemm kien hemm studenti li qatt ma attendew l-iskola, minkejja li huma obbligati jagħmlu dan?
X'inhuma l-etajiet ta' dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti li assentew ruħhom fit-tul mill-iskola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika dwar ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-iskejjel sekondarji tas-subien u bniet ta' Malta u Għawdex, skola bi skola, għas-sena skolastika 2000 - 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu qed jiġi kompilat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jilqa' t-talba li għamillu l-Maltese Community Council of NSW Inc. permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Settembru, 1999 biex jingħataw għajnuna ta' kotba, dizzjunarji u materjal edukattiv ieħor li huma indispensabbli għalihom għall-programmi edukattivi li għandhom biex ixerrdu t-tagħlim u l-kultura Maltija?
Meta se jilqa' din it-talba? X'għajnuna se tintbagħat?
X'għajnuna lest jagħti għat-tmexxija tal-ilsien Malti fl-Awstralja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, b'risposta għall-ittra msemmija mill-Onor. Membru, u wara laqgħat li membri ta' N.S.W. Inc. tal-Maltese Community Council kellhom ma' uffiċċjali tal-Ministeru tiegħi matul il-konferenza ta' Emigranti Maltin li saret f'Malta fil-bidu tas-sena 2000, intbagħtu kotba u CD's lill-Maltese Community of N.S.W. Inc, kif se nsemmi:
Titlu Kwantita`
Ħolma tal-Milied 4
Erba' Drammi 4
L-Isqaq 4
Nadriet 1-4 4
Ix-Xhud li ma deherx 4
Stejjer għal qabel jidlam 4
Fit-Teatru 4
Nimxu Flimkien 1-12 4
Denfil 1-6 4
Noli Noli 1-2 4
Ilsien Pajjiżi 4
Grammatika Maltija 1 4
Grammatika Maltija 2 4
Fra Martin 4
Stejjer minn tarf ir-raħal 4
Meta jaqa' ċ-Ċpar 4
Nies bla Sabar 4
Malta - An intimate Survey 50
CD "Mid-Djarju ta' Trevor Żahra 30
Informat ukoll li ntbagħtu għadd ta' kotba u CD's lil komunitajiet ta' Maltin oħra li jgħixu fl-Awstralja. Dan barra r-Roots Programme li twaqqaf mill-Ministeri tat-Turiżmu u ta' l-Edukazzjoni. Għajnuna oħra tingħata minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tista' tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellu joħroġ fuq leave twil bla ħlas u bla ebda għajnuna soċjali u dħul ieħor biex ikun jista' jieħu ħsieb martu li tbati minn epilessija u bilfors ikollha lil xi ħadd jieħu ħsiebha l-ħin kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu m'għandha l-ebda talba mad-dipartiment u ghaldaqstant tista' tmur fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalita' tagħha fejn tista' tkun megħjuna mill-Welfare Officer tad-distrett fuq id-drittijiet tagħha.