Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30397 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iżviluppaturi ta' dan il-proġett għandhomx il-firmatarji tal-kuntratt oriġinali? Jekk le kemm-il darba nbidlu u minn huma dawk t'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-firmatarji tal-kuntratt oriġinali kienu il-kumpanija Fort Chambray Ltd. F’Jannar 1996 il-Gvern irrikonoxxa lill-Kumpanija Forti Development Ltd. bħala l-utilista ta’ tmenin fil-mija (80%) ta’ l-art għall-iżvilupp residenzjali li akkwistat permezz tal-kuntratt tat-22 ta’ Novembru 1995 u lill-Forti Resort Hotel Ltd bħala utilista ta’ l-art għall-iżvilupp ta’ l-Hotel li akkwistat permezz tal-kuntratt li sar ukoll fit-22 ta’ Novembru 1995.
Leg 9 PQ #30398 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-klawsoli kollha tal-kuntratt dwar il-proġett ta' Forti Chambray humiex qed jiġu osservati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kundizzjonijiet tal-kuntratt qegħdin jiġu osservati imma f’dak li hu xogħolijiet rigward il-Units residenzjali u l-Hotel, l-iżviluppaturi ma imxewx maż-żmien stipulat fil-kuntratt. Il-Units residenzjali, minbarra numru żgħir minnhom, tlestew. Rigward l-Hotel din għadha ma bdietx tinbena.
Leg 9 PQ #30399 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Forti Chambray — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr sar fuq il-Forti Chambray u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta’ restawr li sar s’issa fuq il-Forti Chambray minn kemm ilu li ħareġ il-permess PA 3941/93 li jġib id-data tal-31 ta’ Lulju 1995, kien it-tindif minn ħaxix ‘ħażin’ minn parti mis-swar, ir-restawr tad-deffun u ċmieni fuq is-saqaf tal-barracks ta’ l-Ordni u r-restawr tal-loġoġ ta’ l-istess barracks. L-Awtorita` ta’ l-Ippjanar mhix f’pożizzjoni li tagħmel stima tax-xogħolijiet li saru.
Leg 9 PQ #30400 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett tal-Forti Chambray — Xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħolijiet fuq il-proġett tal-Forti Chambray twaqqfux sakemm ġew regolarizzati l-irregolaritajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħolijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ azzjoni ta’ nfurzar huma weqfin sakemm jiġu regolarizzati jew jitneħħew.
Leg 9 PQ #30401 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Forti Chambray — Irregolaritajiet

Question

Kemm mill-irregolaritajiet f'Forti Chambray ġew sanzjonati jew l-iżviluppatur reġġa x-xogħol lura għall-stat oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi xogħolijiet li kienu qed isiru mingħajr permess twaqqfu, iżda ma jidhirx illi ġew sottomessi applikazzjonijiet biex jiġi ssanzjonat l-iżvilupp. L-avviżi ta’ nfurzar għadhom pendenti peress illi l-iżvilupp illegali għadu ma tneħħiex. Ta’ min jgħid li sadanittant saru diversi laqgħat fejn l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar indikat lill-iżviluppatur u l-periti tiegħu x’miżuri jeħtieġ jittieħdu minnhom sabiex l-ebda binja antika ma tiġi kompromessa.
Leg 9 PQ #30402 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett Forti Chambray — Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice inħarġet fuq il-proġett tal-Forti Chambray? X'inhuma r-referenzi ta' dawn l-enforcement notices? X'kienu l-illegalitajiet li jindirizzaw u meta inħarġu?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30383 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Out Patients

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex in-nisa jingħataw l-prosthesis tas-sider - kif suppost - qabel jitilqu mill-isptar jew meta jmorru l-breast clinic tal-Out Patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-policy dwar prothesis tas-sider qed tiġi riveduta wara s-suġġerimenti mogħtija mill-Breast Care Policy Monitoring Group.
Leg 9 PQ #30384 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Prosthesis tas-Sider — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex aċċettabbli etikament li meta nisa jkollhom imorru jġibu l-prosthesis tas-sider ipprovduti b'fondi pubbliċi qed jiġu mħajra jixtru wkoll oġġetti oħra li jiswew xi Lm100?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30385 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Prosthesis — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fassal l-ispeċifikazzjonijiet tal-prosthesis tas-sider li qed jiġu pporvduti b'fondi pubbliċi lil dawk li għandhom bżonn? Jista' jiġi vverifikat jekk il-prosthesis tas-sider li qed jingħataw - li huwa air filled - fil-fatt humiex addottati għall-ħajja ta' kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30393 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30268?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li daħlu l-Universita` għall-korsijiet f'livell ta' degrees, kemm minn Malta u kemm minn Għawdex, sena b'sena mill-1991 sal-lum, kienu mqassmin kif ġej: Sena Malta Għawdex Total 1991 1015 67 1082 1992 1409 128 1537 1993 1338 75 1413 1994 1368 82 1450 1995 1713 96 1809 1996 1548 98 1646 1997 1684 92 1776 1998 1807 156 1963 1999 1730 106 1836 2000 1893 165 2058 2001 1938 137 2075

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30263?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalma kelli l-okkażjoni ngħid fi drabi oħra il-ħidma kontra l-abbuż kienet waħda estensiva u rrikjediet ħafna xogħol minn membri tad-dipartiment sabiex kien possibbli jiġu identifikati n-numru kbir ta' persuni li kienu qed jabbużaw mill-għoti ta' diversi benefiċċji. Għal dak li jirrigwarda l-Assistenza Soċjali, l-Assistenza tal-Mard u l-Pensjoni mhux kontributorja, id-dipartiment kien għamel eżerċizzju speċjali fuq dan u kienet inżammet statistika apposta tal-każi li kienu ġew individwati li qed jabbużaw. Meta spiċċa l-eżerċizzju, il-ħidma tkompliet max-xogħol normali tal-ġurnata u għalhekk ma baqghatx tinżamm statistika speċifika ta' dawn il-każijiet. Bħalissa, qed tiġi aġġornata s-sistema komputeriżżata tad-dipartiment biex fil-futur id-dipartiment ikollu f'idejh din ix-xorta ta' statistika u jkun f'pożizzjoni li jagħti tagħrif dwar dan.
Leg 9 PQ #30396 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30272?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-lista ta' żbruffar jew 'blockages' li kien hemm matul din is-sena fl-inħawi tal-Mellieħa huma dawn:- 11.01.2001 Qasam Barrani - Popeye Village Area; 01.01.2001 Ta' Pannellu Housing Estate - House connection of Block B.III; 12.01.2001 Ċirkewwa - opposite Paradise Bay Hotel; Ghadira - Inlet to Pumping Station opposite Sea Bank Hotel; 21.02.2001 Popeye Village Area - back of Danish Village; 23.02.2001 Qasam Barrani - Main from Ġnien Ingraw; 06.03.2001 Selmun - Selmun Road; 21.03.2001 Ghadira - Entrance to Caravan Site; 27.03.2001 Tal-Braġġ; 10.05.2001 Qasam Barrani - Popeye Village Area; 18.06.2001 Cirkewwa - Under Bridge - burst main replaced; 10.07.2001 Trig l-Gherien; 12.07.2001 Ghadira - Opposite Sea Bank Hotel - burst rising main; 23.07.2001 Ghadira/Qammieħ - Caravan Site; 03.08.2001 Qasam Barrani - Ġnien Ingraw; 09.08.2001 Qasam Barrani - Ġnien Ingraw; 14.08.2001 Qasam Barrani - Ġnien Ingraw; 22.08.2001 Ghadira - Triq it-Trill; 29.08.2001 Qasam Barrani - Ġnien Ingraw; 19.09.2001 Ghadira - Triq it-Tumbrell; 26.09.2001 Selmun - Selmun Road; 23.10.2001 Anchor Bay Outfall; 05.11.2001 Old Road to Armier. F'kull kaz intbghatu nies tad-Dipartiment tad-Dranaġġ biex ineħħu l-'blockage' mill-ewwel.
Leg 9 PQ #30375 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qawra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30248?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara l-inċident li kien seħħ nhar is-26 ta` Ottubru 2001, barra l-post isemmi mill-Onorevoli Interpellant fejn tlett membri tal-Korp tal-Pulizija kienu ġew aggrediti u msawta minn numru ta` persuni, kienu ġew imressqa quddiem il-Qorti erba` persuni. Dan il-każ għad ma ġiex deċiż.
Leg 9 PQ #30378 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallas il-gvern għal kull prosthesis tas-sider?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull 'prosthesis' tas-sider tqum Lm18.90 .
Leg 9 PQ #30379 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex tikkonsisti l-policy and design guidance - fish farming addottata f'Mejju 1994 u emendata? Tista' tpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra?

Response (BORG, TONIO)

Il-Policy & Design Guidance for Fish Farming maħruġ fl-1994 jipprovdi linji gwida għall-industrija ta` l-akwakultura f`dak li għandu x`jaqsam ma` l-ippjanar ta` l-iżvilupp. 4 kopji tal-guidelines u ta` l-emenda qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Aktar kopji ta` dawn il-guidelines jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30359 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-topic paper ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ir-retail?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tat-topic papers dwar ir-retail mħejjija mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Aktar kopji ta` dawn it-topic papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30360 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-topic paper dwar it-turiżmu mħejjija mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tat-topic papers dwar it-turiżmu mħejjija mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Aktar kopji ta` dawn it-topic papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).