Jista' l-Ministru jagħti skola bi skola l-vot tal-capital imprest equipment sena skolastika 2000-2001 għal kull skola governattiva
1) primarja
2) sekondarja/trade school/junior lyceum
3) post-sekondarja
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel statali kemm huwa estiż is-servizz ta' l-email:
1) fost l-għalliema
2) fost il-kapijiet
3) fost l-istudenti
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawk l-iskejjel li għandhom aċċess għall-Internet, kull student u għalliem se jkollu l-possibilta` ta' 'email account'.
Kull skola għandha l-'email address' tagħha li jista' jiġi utilizzat mill-Amministrazzjoni ta' l-Iskola.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi passi li ttieħdu mill-MFSC dwar dawk li kellhom polza ta' l-assigurazzjoni mal-kumpanija Micallef u għandha l-ammont ta' flus li ħallsu dawn il-policy holders? Hemm xi ħsieb li l-policy holders jirkupraw il-flus li tilfu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanbt li ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“iċ-Ċentru”) kien ħareg tlett avviżi li jġibu d-data tal-20 ta’ Ġunju 2001, 4 ta’ Lulju 2001 u 11 ta’ Awissu 2001. B’ dawn l-avviżi, id-detenturi ta’ polza ta’ Independent Insurance Company Limited (“Independent”), li kienu rappreżentati f’Malta minn l-aġent ta’ l-assigurazzjoni Micallef Insurance Agency Ltd. ġew avżati illi:
a) l-High Court of Justice ta’ l-Ingiliterra ħatret il-PricewaterhouseCoopers ta’ Plumtree Court London EC4A 4HT bħala Stralċjarji Provisorji ta’ Independent;
b) Li l-assi li Independent għandha hawn Malta eventwalment jiġu użati biss biex jitħallsu l-obbligi marbuta mal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li Independent mexxiet f’ Malta fosthom ir-return premiums u claims. F’ kaz li l-assi tal-kumpannija ma jkunux biżżejjed biex jitħallsu l-obbligi kollha tad-detenturi ta’ polza u kredituri oħrajn, isiru ħlasijiet fuq bażi “pro-rata”.
ċ) Li l-ebda ħlas ma jista’ jsir sakemm l-obbligi, kollha li Independent għandha f’Malta jkunu magħrufa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni tal-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ meta tiddeskrivi l-livell ta' dawk li jfittxu x-xogħol bħala
1) working knowledge operator
2) competent/skilled operator
3) o level/ city & guilds
Kif jistabilixxi l-livell ta' kompetenza fid-definizzjoni tagħha l-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-definizzjonijiet li tuża l-Korporazzjoni meta tiddeskrivi l-livell ta' dawk li jfittxu x-xogħol huma kif ġejjin:
1. Working Knowledge Operator: Il-persuna setgħet ħadmet għal ftit żmien f'qasam partikolari iżda mhux biżżejjed biex titqies li hi kompetenti;
2. Competent/Skilled Operator: Il-persuna jkollha esperjenza tax-xogħol f'qasam partikulari iżda ma jkollhiex ċertifikati x'turi;
3. O'level/City & Guilds: Jekk hux fil-pussess ta' kwalifiki relattivi.
Fl-assenza ta' livelli u standards ta' kompetenza, l-ETC qiegħda tuża dawn id-definizzjonijiet wiesa' bil-ħsieb li ma tillimitax iżżejjed l-opportunitajiet li persuna qiegħda tikkwalifika għalihom.
B'referenza għat-tagħrif mogħti bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 29760, jista' l-Ministru jagħti l-istess tagħrif għar-reġjun:
1) inner harbour
2) outer harbour
3) south eastern
4) western
5) northern
lokalita b'lokalita, reġjun b'reġjun
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mehmuz issib l-informazzjoni mitluba għal dawk il-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Malta fl-aħħar ta’ Settembru 2001 fuq l-ewwel parti tar-reġistru (Part 1).
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti f'korsijiet fil-livell 1 u 2 fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija?
F'liema korsijiet?
F'liema istituti?
F'liema livelli f'kull każ?
Kemm ġuvintur u kemm tfajliet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke f'Settembru, Ottubru u Novembru 2001 mill-persuni nkarigati mill-bini ta' l-iskejjel dwar il-futur tal-iskola primarja tal-komunita'?
Xi pjani futuri hemm għal din l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda f'taħditiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi identifikat sit alternattiv għall-bini ta' skola moderna. Malli s-sit jiġi approvat mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar isiru l-laqgħat meħtieġa mal-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa estiż is-servizz tal-internet fl-iskejjel statali? F'liema skejjel? X'passi se jittieħdu biex jintlaqgħu l-ilmenti ta' skejjel li ma tantx għandhom aċċess għall-web sites kollha li jixtiequ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sal-lum l-Internet fl-iskejjel huwa estiż għal 79 skola u jilħaq madwar 33,000 student fl-iskejjel Primarji, Sekondarji u Post Sekondarji. Lista bl-iskejjel qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra (Annex A).
Il-fatt li l-iskejjel mhux dejjem ikollhom aċċess għal ċerti Websites huwa dovut għall-fatt li qed tintuża sistema li tissejjaħ 'Walled Garden'. Din is-sistema tintuża fl-iskejjel biex tipproteġi l-istudenti minn sites li jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom. Jeżistu diversi sistemi ta' filtering u l-'Walled Garden' hija l-waħda li bħalissa qed tintuża għal dan il-għan.
Din is-sistema taħdem billi tħalli biss kategoriji ta' sites jidħlu. Kull kategorija fiha eluf ta' sites. Il-Kategoriji li qegħdin disponibbli bħalissa huma elenkati f'Annex B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Teżisti sistema biex l-għalliema li jkunu jridu jżidu xi Websites ikunu jistgħu jagħmlu dan billi jinfurmaw lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni permezz ta' formola elettronika li hi aċċessibbli mill-Ischoolnet Website għall-iskejjel (Portal.) (Annexe C).
Minn naħa tad-Diviżjoni qed issir evalwazzjoni tas-servizz biex jittieħdu l-miżuri ħalli jitjieb l-aċċess fil-limiti ta' dak li jkun ta' ġid għall-istudenti.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-2001 skola b'skola kemm kien hemm logged calls biex il-MITTS tagħti l-appoġġ tekniku meħtieġ għat-tħaddim tal-kompjuters fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru kemm hemm laboratorji tal-kompjuters fi skejjel sekondarji u Junior Lyceum li għandhom kompjuters li spiss tiġrilhom ħsara u ma jaħdmux?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa f'xi laboratorji tal-Kompjuters wieħed jiltaqa' ma żewġ diffikultajiet:
L-ewwel sitwazzjoni hi dik elettrika, fejn l-elettriku ta' l-iskola konċernata mhux dejjem ilaħħaq mad-domanda meħtieġa. Għal dan il-għan qed jiġu ppjanati 'substations' fil-lokal fejn teżisti din il-problema.
It-tieni sitwazzjoni hija li hemm ammont ta' kompjuters li nxtraw fl-1994. Hu maħsub li f'din is-sena jibda proċess mgħaġġel biex dawn jinbidlu f'kompjuters aktar moderni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji tal-kompjuters fi skejjel sekondarji u Junior Lyceum li huma tajbin biex jintuża s-software għas-sillabu Sec tal-Matematika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Laboratorji kollha huma tajbin għall-użu tas-'Software' għas-Sillabu tas-SEC tal-Matematika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li nefqu l-familji maltin u għawdxin fuq lezzjonijiet tal-privat għal uliedhom fiż-żmien li sar l-istħarriġ għall-household budgetary survey l-iżjed reċenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn tagħrif li nkiseb fl-aħħar Household Budgetary Survey, huwa stmat li l-ammont li intefaq fuq lezzjonijiet tal-privat fuq perjodu ta' sena kien ta' Lm3,537,180.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-Bord tal-Students Maintenance Grant?
Min minnhom jirrapreżenta lill-istudenti?
B'liema kriterji nħatru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti hu magħmul minn:
Mario Schiavone - Chairman
Henry Naudi - rappreżentant tar-Rettur ta' l-Universita`
Michael Gatt - rappreżentant tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni
Joe Cutajar - rappreżentant tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
Paul Micallef - rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi
David Gonzi - rappreżentant tal-Kunsill Studenti Universitarji
Keith Victor Grech - rappreżentant ta' l-Istudenti Post-Sekondarji
Stephen Cordina huwa s-Segretarju tal-Bord.
Informat ukoll li r-rappreżentant ta' l-istudenti ta' l-Universita` jkun nominat mill-Kunsill Studenti Universitarji li hu l-organu ewlieni ta' l-istudenti f'din l-istituzjzoni.
Ir-rappreżentant ta' l-Istudenti Post-Sekondarji jinħatar mill-Ministru minn fost lista nominata mill-istudenti ta' l-iskejjel f'dan is-settur.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex l-għalliema nieqsa regolarment mill-iskola primarja ta' Wied il-Għajn fis-sitt klassi issa li dalwaqt waslu għall-eżami tal-Junior Lyceum?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30348.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għaddej fl-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid?
Kemm se jdum għaddej?
X'passi qed jittieħdu biex ix-xogħol ma jkunx ta' periklu jew/u ta' disturb għat-tfal u l-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isir xogħol ta' tibdil ta' soqfa fejn se ssir is-sala fl-iskola Primarja 'B', Raħal il-Ġdid. Dan ix-xogħol se jitlesta dalwaqt. Wara jibda x-xogħol ta' kisi u tqegħid ta' madum u żebgħa.
Waqt it-twettiq ta' dawn ix-xogħlijiet il-librerija u l-klassijiet li jmissu mal-lant ġew imbattla. L-aċċess għal fejn qed isir ix-xogħol huwa magħluq għat-tfal. Ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex it-tfal u l-għalliema jbatu l-anqas inkonvenjent possibbli.
Ix-xogħol strutturali mistenni jkun lest f'qasir żmien. Il-proġett kollu mistenni jkun lest qabel l-Għid li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet il-kwistjoni dwar ta' min hi l-art li fiha nvoluta l-familja li isimha qed jintbagħat separatament?
Meta se jkun hemm soluzzjoni għal din il-kwistjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kwistjoni dwar min hu l-proprjetarju ta` l-art li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant tiddependi mill-eżitu tal-kawża li kienet għamlet il-familja nvoluta quddiem il-Qorti Ċivili.
Il-kawża qiegħda għar-rapport, u s-smiegħ li jmiss huwa appuntat għall-20 ta` Frar, 2002.
Jista' l-Ministru jgħid jistax l-kumitat tat-tiswija tat-toroq jikkkunsidrax favorevolment biex l-isem ta' Triq tal-Ħandaq jinbidel għal Triq John Michael Testa b'ġieħ għal din il-persuna li tant iddedikat ruħha għall-Junior Lyceum ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-isem tat-triq li rrefera għaliha huwa wieħed toponomastiku. Dan ma jeskludix illi tali suġġeriment jiġi ikkunsidrat għal xi triq oħra f`dawn il-viċinanzi.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet li kienu qed isiru dwar il-kunsill lokali tas-Sliema u infieq abbużiv li jirriżulta li għamel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awdituri tal-Gvern Lokali ikkonkludew fl-ittra ta' direzzjoni tagħhom li l-Kunsill Lokali Sliema kellu irregolaritajiet fl-operat finanzjarju tiegħu. Dawn il-kummenti jixbħu lil dawk li kellhom fl-ittri ta' direzzjoni lill-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara, Hamrun, Tarxien, Lija, Attard, Swieqi, Żebbuġ (M),
Għaxaq, Kalkara, Rabat ta' Malta, San Ġiljan, Santa Venera, Xagħra u tal-Mosta.
Skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u wara l-istħarriġ li għamel id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jien tajt Avviżi Formali lil dawn il-Kunsilli Lokali li l-aġir tagħhom kien nuqqas ta' tħaris tal-Liġi. Fejn l-irregolaritajiet li sabu l-Awdituri tal-Gvern Lokali kienu jinkludu ħlasijiet li ma kellhomx isiru jien obbligajt lill-
Kunsilli rispettivi biex jieħdu l-passi neċessarji biex isiru ir-rifużjoni ta' l-ammonti li tħallsu illegalment.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-Avviżi Formali li bgħatt lill-Kunsilli Lokali msemmija.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kunsill Lokali qiegħed fil-preżent jistħarreġ ukoll rapporti mill-Awdituri tal-Gvern Lokali dwar xi irregolaritjiet fil-proċeduri ta' tendering.
Qiegħed ukoll nikkommetti ruħi li kull darba li jinħareġ Avviż Formali jien inpoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra.