Jista' l-Ministru jgħid x'ċirkularijiet intbagħtu lill-iskejjel tal-gvern matul din is-sena skolastika dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi? Jista' jpoġġi kopji ta' dawn iċ-ċirkularijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tibdil meħtieġ fir-regolamenti tal-Kunsilli Skolastiċi qed jieħu żmien aktar milli mistenni. Għaldaqstant għandha tibqa' sseħħ id-deċiżjoni li jibqgħu fil-kariga l-Kunsilli l-aħħar eletti. S'issa ma ntbagħtu ebda ċirkolarijiet relatati ma' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi. L-abbozz tar-regolametni l-ġodda għadu qed jiġi eżaminat u jien ser niltaqa' mal-Focus Group dwar "Parental Involvement and Schools as Community Centres".
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi żgurat li l-mobile phone antennae mhux qed jikkaġunaw problemi għas-saħħa ta' dawk li jgħixu qrib fejn twaħħlu, mindu ħarġet l-istqarrija li tgħid li ma jikkaġunawx problemi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma jingħata permess, kull talba għal mobile phone antenna tiġi investigata mid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy sabiex jiġi żgurat li r-rakommandazzjonijiet li ħarġu mill-kodiċi ta` prattika qegħdin jiġu osservati. Barra dan, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika irċieva 30 rikjesta mill-pubbliku biex jiġu mkejla l-livell ta` radjazzjoni minn antennae.
Dawn it-talbiet ġew referuti għall-investigazzjonijiet neċessarji lid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy bħala d-Dipartiment responsabbli biex jagħmel monitoraġġ għal-livelli ta` radjazzjoni minn dawn l-antennae.
Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li l-livelli kollha mkejla kienu f'livelli ferm aktar baxxi minn dawk rakkomandati għall-pubbliku.
Kull min għamel din it-taba ntbagħtitlu ittra mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fejn ingħatat l-informazzjoni kollha, nkluż il-livelli mkejla f'kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex l-awtoritajiet konċernati jissorveljaw li l-mobile phone antennae fuq il-bjut qalb ir-residenzi jitwaħħlu f'distanza, f'angoli u bla ebda electro-magnetic leakage għar-residenti qrib?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili kontinwament qiegħed jagħmel kejl tar-radjazzjoni fil-viċinanzi ta' dawn il-mobile phone antennae nstallati f'diversi nħawi ta' Malta u Għawdex. Il-metodi ta' kejl jew kalkoli li jintużaw huma bbażati fuq ir-rapport intitolat Report on Recommendations for Limiting Human Exposure to Time - Varying Electric, magnetic and Electromagnetic Fields in the Frequency Range from 0 Hz to 300 GHz. Dan ir-rapport ġie ppreparat minn kumitat inter-dipartimentali magħmul mill-Ministeru tas-Saħħa flimkien mal-Ministeri għall-Politika Soċjali u għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili joħroġ rapport ta' dan il-kejl u jibgħatu lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fejn jiġi ċċertifikat li fl-inħawi fejn sar il-kejl m'hemmx periklu għas-saħħa.
Fil-fatt jirriżulta li mit-testijiet kollha li saru s'issa, il-livelli mkejjla kienu dejjem baxxi u ma jeċċedux il-livelli ta' espożizzjoni stabbiliti għall-pubbliku ġenerali fir-rapport imsemmi hawn fuq.
Jien infurmat ukoll li fil-ġranet li ġejjin il-Malta Communications Authority ser tniedi proċess ta' audit fuq bażi regolari ta' numru konsiderevoli ta' mobile phone base stations. Dan il-proċess, li ser ikun ibbażat kemm fuq mudelli teoretiċi kif ukoll fuq kejl ta' emissions fuq il-post, għandu jservi biex wieħed jikkonferma li kollox qiegħed kif suppost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn, b'tagħrif aġġornat sal-lum, mobile phone antennae imwaħħla f'Malta u f'Għawdex lokalita' b'lokalita?
Kif tvarja s-saħħa tat-trasmissjoni minnhom mill-massimu livell sa dak minimu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fl-ispazju ta' ħdejn Triq il-keffa fis-Swieqi jinbena ċentru civiku li jinkludi wkoll kumpless ta' ħwienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-rekords ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma hemmx applikazzjoni għal ċentru ċiviku fi Triq il-Keffa, Swieqi.
Jista' l-Ministru jgħid x'obbligu għandhom il-kunsilli lokali ta' komunitajiet kbar bħal tan-Naxxar li jonfqu parti proporzjonali mill-fondi tagħhom f'komunitajiet li jaqgħu taħthom bħall-Baħar iċ-Ċagħaq? X'passi jittieħdu mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiżhura li komunitajiet żgħar ma jiġux abbandunati mill-Kunsill Lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsilli Lokali jinmghataw fondi biex jaqdu f-funzjonijiet statutorji taghhom fil-lokalita`. Il-lokalita` tfisser il-konfini hekk stabbiliti bl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Ghaldaqstant hemm id-dmir li ma ssirx distinzjoni bejn ir-residenti tal-lokalita`.
Forsi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-irhula zghar hekk elenkati fl-Att (listed hamlets). Hawn ukoll l-obbligu tal-Kunsilli Lokali huwa li jahtru kumitat ghar-rahal bl-iskop li jassisti fl-ezekuzzjoni tal-funzjonijiet taghhom. Hemm ukoll l-obbligu li jipprovdu separatament ghall-htigijiet ta` dawk l-irhula zghar fl-estimi tan-nefq a (budget) approvat mill-Kunsill u mhux xi somma proporzjonali. Biex jigi elenkat bhala rahal zghir hemm bzonn ta` numru ta` residenti mhux anqas mill-ghaxra fil-mija (10%) tal-popolazzjoni tal-lokalita`. Il-Bahar ic-Caghaq s`issa mhux elenkat.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jircievi xi ilment dwar dan, isir l-istharrig mehtieg mal-Kunsill Lokali koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-karozza tal-linja nru 68 tibda tidħol fil-komunita' (anki sa quddiem il-Knisja) ta' Baħar iċ-Ċagħaq għall-qadi tal-bżonnijiet tar-residenti tal-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma saret l-ebda talba formali lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għall-estensjoni tas-servizz tar-rotta Nru. 68.
Madanakollu, l-Awtorita' ser tara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-proposta li tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tibni beach rooms fl-Armier qed tinkludi raba saqwi u raba tajjeb li qed jinħadem? X'sens jagħmel li jinqered tant raba tajjeb?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-abbozz tal-Pjan ta` Azzjoni għall-Marfa ġie emendat u għandu jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Il-vot tal-capital imprest funds għas-sena skolastika 2000 – 2001 għall-iskejjel f’Għawdex kien kif jidher fil-lista hawn taħt.
Skola Primarja Qala LM 800
Skola Primarja Sannat LM 900
Skola Primarja Victoria LM 900
Skola Primarja Għajnsielem LM 900
Skola Primarja Xewkija LM 900
Skola Primarja Kerċem LM 800
Skola Primarja Nadur LM 900
Skola Primarka Xagħra LM 900
Skola Primarja San Lawrenz LM 800
Skola Primarja Għarb LM 800
Skola Primarja Żebbuġ LM 800
Skola Speċjali Sannat LM1000
Agius de Soldanis School LM5000
Ninu Cremona Lyceum Complex LM4500
Sir M’Ang Refalo School for Further Studies LM3000
Mary Meilak Girls’ Trade School Xagħra LM 700
Kelinu Galea School of Agriculture & Building LM1000
Skola tad-Drama LM 600
Skola ta’ l-Arti LM1000
Skola tal-Mużika LM1000
Barra minn hekk, matul is-sena 2001 kien hemm spiża kapitali fuq diversi skejjel kif jidher fil-lista hawn taħt:
Skola Agius de Soldanis LM41338.16
Liċeo Ninu Cremona LM23635.87
Skola Sir M’Ang Refalo LM19865.10
Skola Primarja Għajnsielem LM23701.60
Skola Primarja u Special Unit Sannat LM 6791.00
Skola Primarja Qala LM 7200.87
Skola Primarja Nadur LM 709.51
Skola Primarja Victoria LM 433.46
Skola Primarja Għarb LM 153.43
Skola Primarja Kerċem LM 34.75
Skola tal-Biedja Xewkija LM 22.50
Total LM123886.25
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm raba li ġiet reġistrata bħala li jinħadem fl-inħawi tal-Armier fejn qed jiġi propost li jinbew beach rooms?
Kemm hemm raba li qed tiġi inkluża fil-proġett propost li se jispiċċa meqrud u mibni?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` ma jżommx informazzjoni dwar liema art fl-Armier hija raba` tinħadem jew le. Dan hu qasam tal-agrikoltura u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saretx il-case conference dwar it-tfalja li isimha qed jintbagħat separatament biex jiġi stabbilit jekk jistax jaraha missierha f'dawn il-jiem tal-Milied? X'inhuma r-raġunijiet li l-missier u l-bint mhux qed jitħallew jiltaqgħu? Tista' tittieħed deċiżjoni f'dawn il-jiem biex ma jibqgħux 'il bogħod minn xulxin f'dawn il-jiem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-minuri li għamel referenza għaliha l-Onor Interpellant qiegħda taħt Ordni ta' Ħarsien. Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwiet mill-qrib u regolarment mit-Taqsima għall-Ħarsien tat-Tfal ta' l-Aġenzija Appoġġ. Bħal f'każijiet oħra simili, din it-Taqsima ressqet care plan dwar din il-minuri quddiem il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u Żagħżagħ, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti. Dan il-care plan ġie approvat u qed jiġi segwit.
Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li l-karozza pirvata li tieħu l-istudenti bniet mill-Belt għall-iskola Maria Assunta tal-Ħamrun qed jiġu offruti sigaretti mis-sewwieq, qed ikun hemm imġieba mhux xierqa minnu ma' l-istudenti u l-karozza tkun iffullata bi studenti żejda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Maria Assunta hemm 89 student mill-Belt. Hemm żewġ karrozzi għad-dispożizzjoni ta' dawn l-istudenti.
Xi studenti għamlu rapport lill-amministrazzjoni ta' l-iskola, li studenti oħra huma responsabbli għal din l-imġieba. L-Amministrazzjoni ta' l-iskola widdbet lil dawn l-istudenti u esiġiet imġieba korretta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li saru u/jew li għaddew pendenti għall-ftuħ ta' ħwienet f'Pembroke fis-snin 1995 - 2001?
F'liema oqsma huma dawn il-ħwienet?
Kemm minnhom ġew aċċettati?
Kemm ġew rifjutati?
Kemm hemm pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għat-tip ta` żvilupp li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet erba` (4) applikazzjonijiet.
Dawn kienu għall :-
1. butcher shop
2. sale of stationery
3. confectionery
4. retail hardware store for paint
Applikazzjoni waħda ġiet aċċettata u t-tlieta l-oħra ġew rifjutati. L-applikazzjonijiet huma kollha determinati, iżda fuq applikazzjoni minnhom ġie sottomess appell li għadu pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biddlet il-policy tagħha u mhux se jsir is-shopping centre f'Pembroke, issa se jippermetti li ħwienet individwali jiftħu f'din il-lokalita?
Response (BORG, TONIO)
L-abbozz tal-Pjan Lokali għal Portijiet tat-Tramuntana jiddentifika "neighbourhood centre" għal dan il-lokal. Neighbourhood centre hija żona speċifika intenzjonata li tipprovdi lok għal ħwienet kemm ta` ħtiġijiet kif ukoll ta` servizzi. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar tikkonsidra ukoll applikazzjonijet għal ħwienet ta` tip lokali (local shops) fiż-żoni residenzjali ta` Pembroke.
Jista' l-Ministru jgħid fil-websites li għandhom aċċess għalihom l-iskejjel tagħna, liema ġurnali, stazzjonijiet lokali tat-tv u r-radju jistgħu jidħlu fihom l-istudenti tagħna mill-klassijiet tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-bidu ta' din is-sena l-istudenti fl-iskejjel ta' l-Istat għandhom aċċess għas-siti ta' l-Internet eżistenti tal-ġurnali, stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30421?
Response (GALEA, LOUIS)
F'każ li hemm xi skola partikolari li dwarha l-Onor. Membru jixtieq it-tagħrif konċernat, nitlob li tiġi speċifikata l-iskola. Ma nifhimx ir-raġuni għaliex jeħtieġ tinġabar l-informazzjoni skola skola.