Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmel il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Artiġjanat biex jiżgura li fl-Istitut tal-Arti u d-Disinn ta' Tarġa Gap jibqgħu jiġu mrawwa żgħażagħ fl-oqsma ta' artiġjanat bħall-filigram, ċeramika eċċ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Kunsill Nazzjonali ta' l-Artiġjanat iżomm kuntatt ma' l-imseħbin kollha li għandhom il-kompitu li jippromwovu u jrawmnu l-ħiliet meħtieġa sabiex is-snajja u l-artiġjanat Malti jissaħħu u jimxu 'l quddiem.
L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn li twaqqaf fil-bidu ta' din is-sena skolastika ġabar fih l-aħjar elementi miċ-Ċentru ta' l-Arti u d-Disinn Emvin Cremona tal-Belt Valletta u mill-Iskola ta' l-Artiġjanat Salvatore Dimech ta' Tarġa Gap.
Il-Kunsill huwa sodisfatt li, bħala miżura immedjata, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni sa mis-sena li għaddiet beda programm intensiv ta' refurbishment tal-workshops ta' Tarġa Gap. Bħala eżempju wieħed jista' jsemmi li reġa' infetaħ il-workshop tal-metalcraft, u kiber il-workshop tl-fidda u l-ġojjellerija. Infetħu korsijiet ġodda li jikkumplimentaw il-korsijiet ta' artiġjanat u li fil-futur jistgħu joffru impjiegi ġodda għaż-żgħazagħ, bħal ngħidu aħna il-kors tal-fashion design li jikkumplimenta l-kors tal-ħjata u il-kors ta' l-interior design li jikkumplimenta numru ta' snajja' f'diversi materjali bħal injam, ċeramika u metal. Dawn il-korsijiet huma kollha pprovduti fl-istess Istitut ta' l-Arti u d-Disinn.
Fil-futur qrib ser jinfetħu korsijiet ta' filgħodu fil-ganutell, fil-bizzilla - kemm għall-prinċipjanti kif ukoll għal dawk li diġa laħqu ċertu livell ta' kompetenza - fit-tailoring u dressmaking u fil-curtain making. Ser jinfetħu korsijiet oħra, li jinżammu matul filgħaxija, fil-filigranu u fl-istained glass.
Il-Kunsill jibqa' jagħmel l-almu tiegħu biex jidentifika u jiżgura li l-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn iservi ta' punt ta' riferenza għal dawk l-artiġjani li jkunu jixtiequ xi għajnuna teknika fil-kamp ta' l-attivita' tagħhom, b'mod speċjali f'dak li jirrigwarda d-disinn u l-innovazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda għas-sengħa ta' l-istampar fl-Institut ta' l-Arti u d-Disinn ta' Tarġa Gap għall-kors li beda f'Ottubru 2001? Xi pjani hemm għall-iżvilupp ta' dan il-qasam tant importanti għall-pajjiżna li għandu nuqqas ta' opportunitajiet ta' taħriġ fih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Ottubru 2001 daħlu erba' studenti ġodda full-time għas-sengħa ta' l-istampar. L-istudenti l-ġodda li daħlu fil-Basic Year ta' l-MCAST, dawk li għażlu l-Kors ta' l-Arti u l-Artiġjanat, sarilhom orientation course fl-istampar ukoll. Seba' studenti tal-ħames sena sekondarja ħadu kors simili. Bħalissa hemm sittax-il student fit-tieni sena tal-kors ta' l-Istampar, u sebgħa fit-tielet sena.
Informat ukoll li minn Ottubru 'l hawn żidna xi makni ma' dawk li diġa` kienu jeżistu biex l-istudenti jkollhom possibbilta` aħjar jifhmu u jipprattikaw dak li titlob is-sengħa.
1. Hydraulic Press
2. Case Maker
3. Gold Blocker
4. Gluing Machine
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fit-taqsimiijiet differenti tad-Dipartiment tat-Taxxi li tul Novembru u Diċembru 2001 u Jannar 2002 qed jingħataw xogħol ta' sahra? Kif jintgħażlu dawn il-persuni biex jagħmlu s-sahra? Kemm hemm impjegati li ma ngħatawx sahra? Kemm siegħat ta' sahra nħadmu fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2001 u Jannar 2002?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ impjegati fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ħadmu s-sahra huwa dan:
Novembru 2001 - 114
Diċembru 2001 - 101
Jannar 2002 - 50
Impjegati li ma kienx hemm bżonn li jingħataw sahra:
Novembru 2001 - 181
Diċembru 2001 - 194
Jannar 2002 - 245
Siegħat ta’ sahra li nħadmu:
Novembru 2001 - 4009
Diċembru 2001 - 3293
Jannar 2002 - 1207
Is-sahra tinħadem f’kull sezzjoni tad-Dipartiment fejn ikun hemm il-bżonn għaliha u tiġi approvata minn quddiem mill-management.
Normalment, in-nies tas-sezzjoni partikolari jaħdmu s-sahra fis-sezzjoni tagħhom għax huma jkollhom l-aqwa esperjenza u sengħa fix-xogħol partikolari.
Id-Dipartiment tat-Taxxi qed jagħmel ħiltu biex, kemm jista’ jkun, jonqos il-bzonn tal-overtime fid-Dipartiment billi jdaħħal sistemi ta’ alternattivi għal iżjed effiċjenza fix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn ta' Tarġa Gap hemm fejn isiru żewġ lectures differenti fl-istess ħin fl-istess kamra minħabba nuqqas ta' spazju? Jirriżulta li hemm klassijiet bi ħġieġ nieqsa tant li lecturers u studenti fi klassijiet differenti jisimgħu lil xulxin u jtellfu lil xulxin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jirriżultax li jsiru żewġ lectures differenti fl-istess ħin fl-istess kamra. Informat li biex isir użu massimu mill-faċilitajiet u r-riżorsi, studenti ta' klassijiet differenti ġieli jiltaqgħu fl-istess ħinijiet biex jaħdmu, ngħidu aħna, fuq il-kompjuter. Dan huwa normali f'Istituti, Kulleġġi u Universitajiet. Meta jkun hemm bżonn li dan iseħħ, jiġi aċċertat li ma jkun hemm ebda tfixkil. L-għalliema konċernati ma jħossux li dan hu ta' tfixkil, u huma stess irrapurtaw li qatt ma kien hemm studenti li ressqu xi lment f'dan ir-rigward. Fil-fatt dan l-arranġament hu possibbli biss meta l-ispazju tas-sala huwa kbir u jippermettih. Ukoll għax in-numru ta' studenti huwa żgħir.
Informat ukoll li fejn in-numru ta' studenti li jagħżlu xi sengħa huwa relattivament żgħir, u fejn il-workshop jiflaħ numru kbir, huwa anki għaqli li ma jkunx hemm ħela bla bżonn ta' riżorsi. F'każi bħal dawn ma ssir ebda ħsara jekk fuq bank tax-xogħol ikollok student ta' l-ewwel sena jiskolpi xi biċċa ornate sempliċi, u fuq bank ieħor ikollok ngħidu aħna erba' studenti mhux ta' l-istess klassi jaħdmu fuq xogħol differenti.
Dwar il-ħġieġ tal-bibien ta' xi klassijiet, informat li bħala prekawzjoni xi ħġieġ inqala' apposta malli instab li kien qed jikkawża periklu: mhux għax kien miksur imma għax kien kbir iżżejjed u mhux ta' ħxuna addattata. In-numru ta' klassijiet affettwati kien ta' ħamsa. B'danakollu l-ispazju tal-ħġieġ issa ser jiġi imblukkat b'materjal iżjed addattat biex jekk jeżisti xi periklu jiġi eliminat ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħinijiet hemm allokati għall-attivitajiet sportivi fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? Kemm hemm persuni ngaġġati biex jagħmlu ħidma edukattiva sportiva ma' l-istudenti fil-kulleġġ? X'attivitajiet sportivi saru s'issa f'dan il-kulleġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kulleġġ għad irid jiżviluppa programm sħiħ u integrat ta' attivitajiet sportivi. Informat li l-Kulleġġ kellu programm ta' attivitajiet sportivi għall-istudenti qabel il-ġranet tal-Milied u qed iħejji attivitajiet oħra għall-kumplament tas-sena. F'dan l-istadju ma hemm ebda persuna speċifikament ingaġġata biex tagħmel dan ix-xogħol. L-attivitajiet sportivi li saru sa issa kienu jinkludu għawm, rugby u football u volleyball.
Jista' l-Ministru jgħid teżistiex statistika dwar kemm hawn
1 karozzi jużaw
fuel leaded
2 karozzi jużaw fuel unleaded
3 karozzi b'catalyctic converter
għas-snin 1997 - 2001 sena b'sena?
Tista' tpoġġi din l-istatistika fuq il-mejda tal-kamra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma jżommx l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se jkun jikkonsisti l-audit tal-mobile phone base stations li bi ħsiebha tmexxi l-Malta Communications Authority?
F'liema lokalitajiet mistennija tagħmel dan l-audit f'Jannar, Frar u Marzu 2002?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan l-audit mhux ser ikun jikkonsisti biss f'miżuri meħuda fuq il-post. L-audit ser isir fuq bażi xjentifika li fl-ewwel fażi tiegħu ser jikkomporta żewġ attivitajiet prinċipali. Dawn huma d-disinn u l-kumpilazzjoni ta' database b'dettalji speċifiċi tas-siti individwali kif ukoll dettalji tekniċi rigward it-trasmitters.
Din l-informazzjoni hija ddetaljata u ser isservi biex jinbdew mudelli fuq il-computer ta' l-attivita elettromanjetika fis-siti individwali. Dawn il-mudelli jservu biex l-ewwel nett jagħtu idea ta' liema jistgħu jkunu s-siti li hemm bżonn jingħataw l-aktar attenzjoni filwaqt li jservu ta' double check fuq il-miżuri li aktar tard ser jittieħdu fuq il-post. Barra minn hekk, permezz ta' dawn il-mudelli wieħed ikun jista' jikkalkula minn qabel l-effetti ta' xi tibdil li jista' jkun propost fis-sit mill-operaturi (eż. talba biex jiżdiedu l-power levels, tqegħid ta' aktar antenni fis-sit).
Id-database ser jittratta s-siti kollha, filwaqt li n-numri ta' mudelli maħduma fuq computer huwa stmat li ser ikun ta' 80 għal din is-sena. Dawn iż-żewġ attivitajiet ser iwasslu sa tmiem Awissu. Sadanittant, iżda madwar Ġunju ser jibdew ukoll l-on site measurements. Liema ser ikunu s-siti li jiġu mkejla jrid jiġi stabbilit wara l-ewwel parti ta' l-eżerċizzju.
Ta' min wieħed ifakkar li dan huwa audit u ma jeżonerax l-operaturi individwali mill-obbligu li huma stess jiżguraw il-funzjonament korrett tal-base stations tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-persuna bid-dettalji ammessi separatament li tgħix f'kamra waħda ma wliedha tiġi kkunsidrata bis-serjeta' għall-akkomodazzjoni soċjali diċenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat bis-serjeta' bħal ma jsir fil-każijiet kollha li jiġu għall-attenzjoni tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid peress li f'laqgħa li kelli ma' residenti li jħossuhom abbandunati mill-kunsill lokali tan-Naxxar, jista' d-Dipartiment tal-kunsill lokali jistħarreġ jekk dan l-ilment hux ġustifikat u li fil-każ li huwa ġustifikat jirrikmanda rimedji biex il-bżonnijiet tar-residenti ta' Baħar iċ-Ċagħaq jiġu moqdrija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, għaddejt l-ilment lill-Kunsill Lokali Naxxar b`rakkomandazzjoni li jekk l-ilment huwa ġustifikat m`għandux ikun hemm diskriminazzjoni mar-residenti tal-Baħar iċ-Cagħaq.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li ċ-Ċentru għar-Riżorsi għall-Edukazzjoni Inklussiva ġewwa l-Imsida jissemma għas-Sur Frank Mallia li tant ħadem fuqu u li miet dan l-aħħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Isem Frank Mallia diġa' kien qed jiġi konsidrat għaċ-Ċentru għar-Risorsi fl-Imsida sa minn qabel ma miet.
Jista' l-Ministru jgħid sarx il-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u s-sid tal-lukanda l-ġdida fil-Marfa dwar l-art li kien żviluppa llegalment?
Jekk ma sarx, meta se jsir il-kuntratt dwar l-art in kwistjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tender għall-bejgħ ta` l-art fejn saret din il-lukanda għadu qiegħed jiġi aġġudikat mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex trakkijiet qed inkomplu jbattlu bil-pumping station ta' Baħar iċ-Ċagħaq b'dannu għar-residenti tal-inħawi meta jistgħu jmorru jbatlu (Kennedy Groove) b'inkonvenjenza għal ħadd?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-raġuni li jsir it-tbattil ħdejn il-Pumping Station ta' Baħar iċ-Ċagħaq hija li dak huwa post awtorizzat għat-tbattil.
Il-'board' qed jinvestiga x'possibbilta' hemm li d-'discharge point' titressaq minn Baħar iċ-Ċagħaq għal Kennedy Grove.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm mill-Enemalta biex jiżdiedu d-dwal pubbliċi fit-toroq mudlama ta' Baħar iċ-Ċagħaq li tant huma ta' nkonvenjent għar-residenti tal-irħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li żżid id-dawl f'numru ta' toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq. Huwa ttamat li l-Korporazzjoni tkun tista' twettaq ix-xogħol meħtieġ fi żmien mhux il-bogħod.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maħtura għalliema bħala responsabbli tas-sigurta' u s-saħħa fl-iskejjel? F'liema skejjel? Kemm f'kull każ għamlu rapporti dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema b'responsabbilita` għal Saħħa u Sigurta` fl-iskejjel huwa kif se nsemmi:
Fi Skejjel sekondarju - 52 (part time asssenjati fl-iskola)
Fi Skejjel primarji - 4 (full time fuq bażi paripatetika)
Tmienja (8) mill-għalliema msemmija qed jagħtu servizz ġewwa Għawdex.
Informat ukoll li fl-iskejjel kollha fis-settur sekondarju saru rapporti dwar is-sitwazzjoni ta' Saħħa u Sigurta`. Fl-iskejjel fis-settur primarju fir-Reġjuni 3 u 4 l-aċċent kien aktar fuq il-protezzjoni min-nar u eżerċizzji ta' evakwazzjoni. Fl-iskejjel tar-Reġjuni 1 u 2 dan ix-xogħol beda jsir din is-sena skolastika minħabba li qabel ebda għalliem f'dan is-settur ma kien inħatar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir zebra crossing u traffic light fl-arterja ewlenija ta' Baħar iċ-Ċagħaq biex jitneħħew il-perikli għal min jaqsam din it-triq tant traffikuża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' għamel żewġ pelican crossings is-Salini fejn il-Coastline Hotel.
Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pelican crossings ħdejn iż-żona residenzjali ta' Baħar iċ-Ċagħaq.
Pelican crossings ikomplu jsiru skond il-ħtiġijiet li jirriżultaw aktar 'il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm ġew impjegati 1) part-time 2) full-time locally engaged staff mal-Malta High Commission f'Canberra fl-Awstralja? Kif qegħdin jiġu mħallsa. Il-female staff qed jiġu impjegati skond il-liġijiet industrijali fl-Awstralja? Kellhom bżonn security clearance?
Response (BORG, JOE)
F'dawn l-aħħar sentejn fil-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Canberra ġew impjegati erbgħa minn nies part-time li minnhom tlieta għadhom impjegati sal-lum u li għalihom diġa rreferejt fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Numru 30981. Ma dawn l-impjegati li għadni kemm semmejt, irrid inżid li f'Diċembru 2001 ġew ingaġġati tlieta minn nies oħra għal perjodu ta' ftit gimgħat sakemm jinħadmu l-ħlasijiet ta' l-arretrati tal-pensjonijiet lil madwar 2,800 pensjonant tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali. Minn dawn it-tlieta tnejn għadhom fl-impjieg. Dawn iż-żewġ impjegati tħallew barra bi żvista mir-risposta għall-Mistoqsija Numru 30981 fuq imsemmija. Ma kien hemm l-ebda mpjieg full-time ġdid f'dawn l-aħħar sentejn.
L-impjegati part-time tħallsu b'rata fissa matul dawn l-aħħar sentejn li tvarja minn A$15 sa A$25 fis-siegħa skond in-natura ta' l-impjieg. Filwaqt li għar-rigward ta' l-impjegati full-time tnejn jitħallsu A$1088 kull ġimagħtejn, wieħed jitħallas A$1022 kull ġimgħatejn u mpjegata waħda titħallas A$914 kull ġimagħtejn. Il-female staff qed jiġu mpjegati skond il-liġijiet industrijali fl-Awstralja u ma kellhomx bżonn Security Clearance.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament għadu ma ngħatax l-istipendju għall-kors li beda fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-istudent li g[alih qed jirreferi l-Onor. Membru mhuwiex student ta’ l-Istitut dwar l-Istudji Turisti/i i]da qed jattendi g[ax jie[u sehem fl-iskema ta’ E.S.T.S. Dawn l-istudenti ma jit[allsux stipendju mill-I.T.S.
Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ħsieb li jinġiebu xi mobile schools? Għal-liema lokalitajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Waħda mill-problemi li rridu nsolvu biex inwettqu l-programm estensiv ta' estensjonijiet u refurbishment ta' skejjel tal-Gvern hi li nkunu nistgħu nagħmlu x-xogħol is-sena kollha u mhux biss f'madwar xahrejn ta' vaganzi fis-sajf. F'numru ta' skejjel dan ix-xogħol ma jistax isir jekk ma nipprovdux faċilitajiet alternattivi għall-istudenti ta' l-iskola konċernata. Għaldaqstant il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed teżamina x'possibilitajiet fattibbli jeżistu li tuża 'mobile classes' fejn ikun hemm bżonn waqt li jkun qed isir xogħol ta' estensjon, refurbishment u maintenance estensiv.
Isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa qabel ma tittieħed xi deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu assistent heads ġodda fl-iskejjel tal-gvern? Kemm se jintgħażlu minnhom għal ġol-iskejjel matul din is-sena skolastika? Kemm fil-primarji? Kemm fis-sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li lista ta' Assistenti Kapijiet (Sekondarji) għadha kif ġiet ippublikata. Fil-każ ta' l-Assistenti Kapijiet (Primarja) qed isiru l-interviews għal vakanzi li jeżistu f'Malta u Għawdex. Hu mistenni li matul din is-sena skolastika fis-settur Sekondarju ser jintagħżlu 15-il Assistent Kap u fis-settur Primarju 12-il Assistent Kap.