Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati f'St James Cavalier tul is-sena 2000?
X'kien id-dħul minn dawn l-attivitajiet tul is-sena 2000?
X'kien il-ħruġ fuq dawn l-attivitajiet tul is-sena 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bl-attivitajiet li kienu organizzati f'St James Cavalier matul is-sena 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 min kien jaħdem
1)
full time
2) part time
3) b'xi kuntratt
ma' St James Cavalier?
F'kull każ x'kienu l-ħlassijiet: paga, allowance?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha li bdiet topera l-cafeteria f'St James Cavalier?
Kif intagħżel l-operatur preżenti?
X'kien id-dħil minn din il-cafeteria għal St James Cavalier?
X'kien il-ħruġ fuq din il-cafeteria?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Cafeteria f'St James Cavalier, ilha topera minn Settembru 2000.
L-operatur preżenti intgħażel wara sejħa għall-offerti pubblikata fil-gazzetta. Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28938.
Informat li l-ammont ta' dħul dovut mill-operatur tal-cafeteria Ole` Ltd lil St James Cavalier hu:
Settembru 2000 - Jannar 2002
DHUL - Lm27,362, li Lm25,714 minnhom għadhom dovuti.
ĦRUĠ - Lm 675
Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar u Frar 2002 kemm kien hemm każi fejn il-pulizija
1) żaret postijiet tad-divertiment biex tiċċekja kienx hemm persuni taħt is-16-il sena?
2) Kemm qabdu minn dawn l-adoloxxenti?
3) X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar u Frar 2002, il-Pulizija għamlet mhux anqas minn 110 spezzjoni f`postijiet ta` divertiment. B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet instabu 21 persuna taħt is-sittax-il sena u ser jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra s-sidien ta` żewġ stabbilimenti fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom
1) xi ħatra
2) xi impjieg
mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Min huma dawn il-persuni f'kull każ?
Xi ħlassijiet u kundizzjonijiet oħra għandhom dawn il-persuni f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Tagħrif dwar il-persuni maħtura fuq il-Bord tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi u oħrajn impjegati diġa` ingħata f'din il-Kamra f'PQ's numri 25740, 28307 u 28322. Ir-remunerazzjoni dovuta għall-membri tal-Bord għadha ma ġietx deċiża mill-MPO.
Il-Fondazzjoni tista' wkoll tuża s-servizzi skond il-bżonn ta' numru ta' għalliema li urew l-interess wara sejħa pubblika. Dawk li jservu bħala Local Programme Animator jitħallsu bis-Lm6 jew Lm5.05,7 fis-siegħa skond ikunux "animators" jew "co-workers". Il-Fondazzjoni għandha wkoll is-servizzi ta' żewġ handyman li jitħallsu bit-Lm3 is-siegħa.
B'referenza għat-tagħrif mogħti mill-EUPU lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali bid-data tal-11 ta' Frar 2002, f'hiex jikkonsisti l-proġett pilota li l-UE ħarġet għalih 334, 864 Euros?
Kif intefqu dawn il-flus?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġett pilota, immexxi minn Elanguest English Language School, jismu "Web and Multimedia Training for Medical English". Dan il-proġett li għandu budget ta' 334,864 Ewro, beda f'Novembru 2001 u se jiġi implimentat fuq perjodu ta' sentejn.
Il-proġett ser jiżviluppa għodda għal taħriġ li jagħti l-opportunita` lil nies li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa biex jiksbu ħiliet tal-lingwa li jħalluhom jagħmlu x-xogħol tagħhom mingħajr ostakli ta' mobilita` fl-Ewropa.
Kif hemm imniżżel fil-kuntratt li ġie ffirmat bejn il-Leonardo da Vinci Coordinating Committee u Elanguest English Language School, erbgħin fil-mija ta' l-ammont totali ġew mgħoddija lill-organizzazzjoni fil-fażi inizjali tal-proġett.
Skond il-kuntratt, tletin fil-mija ta' l-ammont totali jiġu mgħoddija meta r-rapport intermedjarju jkun approvat, filwaqt li l-aħħar tletin fil-mija jiġu mgħoddija lill-Elanguest English Language School meta r-rapport finali jiġi approvat. Din hija l-proċedura addottata mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 min kien jaħdem 1) full-time 2) part-time 3) b'xi kuntratt ma' St James Cavalier? F'kull każ x'kienu l-ħlassijiet paga, allowance?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati f'St James Cavalier tul is-sena 2001? X'kien id-dħul minn dawn l-attivitajiet tul is-sena 2001? X'kien il-ħruġ fuq dawn l-attivitajiet tul is-sena 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bl-attivitajiet li kienu organizzati f'St James Cavalier matul is-sena 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-parti tat-triq li minn Triq Sant Andrija taqbad ma' ta' Baħar iċ-Ċagħaq jistgħu isiru linji ċari fit-triq u jitwaħħlu cat's eyes?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jimplimenta x-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid tistax il-pulizija tieħu passi biex tissettja limiti ta' speed għall-karozzi li jgħaddu mill-Coast road minn Triq Sant Andrija u Baħar iċ-Ċagħaq u jitwaħħlu tabelli li juru l-limitu ssettjat?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li nqabdu jiksru l-liġi f'Jannar u Frar 2002 u li għandhom taħt is-16-il sena? X'reati f'kull każ wettqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar u Frar 2002 il-Pulizija qabded 6 żagħżagħ taħt is-sittax-il sena, bi ksur ta` liġi, li kienu jinkludu ksur ta` bon ordni, kliem oxxen, ħebb, inġurji, offiża fuq il-persuna u pussess ta` droga.
Jista' l-Ministru jgħid matul it-tliet snin li għaddew x'każi ġew investigati mid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali għax irriżulta li kien hemm każi fejn xi sindku, viċi-sindku jew kunsillier ħa sehem f'xi votazzjoni fejn kellu interess pekunarju? X'kien dawn il-każi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa mindu twaqqaf il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex? X'deċiżjonijiet ħa? Xi kwistjonijiet ittratta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex iltaqa’ seba’ (7) darbiet mindu twaqqaf f’Jannar 2001.
Fost il-kwistjonijiet trattati kien hemm: il-flus li jieħdu l-iskejjel f’Għawdex, il-vaganzi ta’ Kapijiet u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel, Tourism Business Links fl-iskejjel, Servizzi ta’ nurses fl-iskejjel, il-Foundation for Tomorrow Schools, l-MCAST, l-assentejiżmu fl-iskejjel u l-Addendum ta’ l-MUT mal-Gvern.
Il-Kunsill huwa organu konsultattiv u ma jiħux deċiżjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm offerti mitfugħa biex jipprovdu għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada? F'kull każ kemm kienet l-offerta mitfugħa u b'liema kundizzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed nasssumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għar-rispons għall-Avviż tal-FTS li deher f'ġurnali dwar "Professional Services: Architerctural, Quantity Surveying u Project Management".
Lista ta' persuni jew kumpanniji li urew interess qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F'dan l-istadju mhux opportun jiġu svelati dettalji kummerċjali indikati minn dawk interessati.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlassijiet l-Perit Anton Valentino u Sur George Papagiorcopolo, żewġ konsulenti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada? X'benefiċċji oħra jgawdu mill-ħatra tagħhom? X'inhuma x-xogħolijiet u dmirijiet ta' dawn iż-żewġ persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Rigward is-Sur George Papgiorcopulo, m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32026.
Rigward il-Perit Valentino informat li kien jifforma parti mit-Task Force ta' Tomorrow's Schools u issa qed jagħmel xogħol ta' konsulenza mal-Fondazzjoni. Imħallas bir-rata ta' Lm10 fis-siegħa, u l-ħlasijiet li saru s'issa lis-Sur Valentino minn meta twaqqfet il-Fondazzjoni sal-lum jammontaw għal Lm4,365.50 inkluża l-VAT.
Iż-żewġ persuni ma' jgawdu ebda benefiċċju ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid x'wieġbet id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għall-ittra tat-18 ta' Frar 2002 tal-persuna indikata under seperate cover dwar is-suġġett tal-cultural leave?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din it-talba ma taqax fit-termini taċ-ċirkolari dwar Cultural Leave Educ Circ 138/92 tat-8 ta' Ottubru, 1992
Jista' l-Ministru jgħid x'dokumenti nġabru dan l-aħħar minn Għawdex dwar artijiet hemm hekk? X'kien l-iskop li ġew miġjuba dawn id-dokumenti? Kemm se jdum f'Malta u min se jaħdmu fuqhom sakemm idum Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dokumenti li nġiebu minn Għawdex huma files li jirrigardjaw proprjeta` tal-Gvern. Dan sar wara li n-Nutara tal-Gvern f`Għawdex saret Direttur u ma baqgħetx tagħmel xogħol tad-Dipartiment tal-Artijiet. Qiegħed jiġi kostatat x`inhi l-azzjoni li hemm bżonn tittieħed f`kull file, u wara jiġi deċiż minn min fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ser tittieħed.