Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32411 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hilti Local Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel se jkun organizzat Hilti Local Centre mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? F'kull skola kemm ġew reklutati persuni għal kull ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li ġew reklutati għal kull ċentru huwa kif se nsemmi: Ċentru Persuni reklutati Cospicua 3 Dingli 3 Għaxaq 3 Gżira 3 Ħamrun 3 Valletta 3 Hemm 3 persuni li ġew reklutati biex jissostitwixxu lil xi ħadd li tinqalgħalu emerġenza.
Leg 9 PQ #32412 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mqabba — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna għandu bżonn it-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex jegħleb id-diffikultajiet biex jieħu l-edukazzjoni tiegħu? X'għajnuna qed jingħata fl-iskola primarja ta' l-Imqabba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta dan it-tifel kien fil-Kindergarten f'Ġunju 1998 ġie identifikat li jista' għandu bżonn xi għajnuna. Il-Kap ta' l-iskola irreferietu lill-iStatementing Board. Fi Frar 1999, it-tifel ġie assessjat bħala 'slow learner' li għandu bżonn 'remedial teaching' iżda m'għandux bżonn facilitator. Fl-aħħar tal-Year I ġie deċiż li t-tifel jirrepeti l-ewwel sena, u wkoll ġie mogħti l-għajnuna minn 'remedial teacher'. It-tifel qed jingħata remedial teaching fuq bażi regolari, kif ukoll attenzjoni minn facilitator li għalkemm ma ġietx assenjata miegħu qiegħda tgħinu flimkien ma' tifel ieħor. Bħalissa l-każ qiegħed quddiem l-iStatementing Panel għal reassessment.
Leg 9 PQ #32413 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Promozzjoni Akkademika

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema istituzzjonijiet barranin intbagħtu l-pubblikazzjonijiet tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament waqt il-proċess ta' assessjar għall-promozzjoni akkademika li applika għaliha fl-Universita? X'kienu l-ġudizzju ta' dawn l-istituzzjonijiet barranin fuq ix-xogħol ta' din il-persuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jar l-Onor. Membru l-kriterji li fuqhom mexa l-Bord tal-promozzjonijiet huma magħrufa u pubbliċi. Informat li l-Bord unanimament ħass li l-każ imsemmi ma kienx jimmerita li jintbagħat biex jiġi assessjat barra. F'din il-materja, stante l-awtonomija ta' l-Universita` u bil-liġi kif inhi, il-Gvern m'għandux mezz kif jintervjeni ħlief billi l-każ jitressaq quddiem il-kunsill ta' l-Universita`. Barra minn hekk hemm ukoll l-Istituzzjoni ta' l-Ombudsman għall-Universita`.
Leg 9 PQ #32414 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' rapporti fil-media li ġew ornati 70 bullet-proof vest għall-pulizija, jista' jgħid kemm minnhom se jkunu jistgħu jintkisbu minn nisa fil-korp tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bullet proof vests jistgħu jintlibsu minn kull membru tal-Korp, skond ma tkun il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #32415 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jingħataw promozzjonijiet lill-istaff akkademiku ta' l-Universita' x'piż jingħata lill-pubblikazzjonijiet u x'tip ta' pubblikazzjonijiet jiġu kkunsidrati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess hu wieħed li normalment jintuża f'kull istituzzjoni akkademika. Il-kriterji huma magħrufa. Pubblikazzjonijiet huma normalment dawk li jissejħu 'refereed papers'. Nirreferi wkoll għall-aħħar parti tat-tweġiba għal PQ 32413.
Leg 9 PQ #32416 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jingħataw promozzjonijiet lill-istaff akkademiku ta' l-Universita' x'piż jingħata lill-kwalita' tal-lecturing?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kriterji fuq xhiex jingħataw promozzjonijiet huma magħrufa. Informat li normalment dawn jinqasmu fi tlieta - tagħlim, riċerka u amministrazzjoni. Nirreferi wkoll għall-aħħar parti tat-tweġiba għal PQ numru 32413.

Tħassir ta' Linji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni lukandi ewlenin f'Tas-Sliema, fosthom The Diplomat fi Triq it-Torri, tħassrulhom il-linji fit-toroq quddiemhom u tneħħietilhom il-possibilita' li jtellgħu u jniżżlu turisti? X'sens tagħmel miżura bħal din? Liema lukandi ntlaqtu minn miżura bħal din?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn stħarriġ li għamel id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku flimkien mal-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema, irriżulta li r-reserved parking bays for loading and unloading li ġew allokati lill-lukandi matul iż-żmien ma kienux qed jintużaw għall-iskop intenzjonat meta dawn kienu oriġinarjament approvati. Diversi minn dawn il-parking bays kienu qed jibqgħu vojta jew qed jintużaw b'abbuż mill-istess staff tal-lukandi. Għal din ir-raġuni ttieħdet id-deċiżżjoni li l-loading and unloading bays tal-lukandi jsiru bħal dawk ta' entitajiet oħra kummerċjali u għal mhux iktar minn erba' siegħat konsekutivi filgħodu u erba' siegħat konsekutivi wara nofsinhar. Il-Kunsilli Lokali kollha u s-Segretarju tal-Malta Hotel and Restaurants Association ġew infurmati b'dawn ir-regolamenti ġodda u ġew infurmati biex jaġġornaw is-sinjali tat-traffiku billi juru l-ħinijiet li l-parking bays kienu riservati għalihom. Peress li l-lukandi ma ħadu ebda passi biex jaġġornaw is-sinjali tat-traffiku, id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku assuma li dawn ma kien baqa' ebda bżonn għalihom u talab lill-Kunsilli Lokali biex is-sinjali jiġu mneħħija. Rigward il-każ tad-Diplomat Hotel partikolari, id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku mhux talli ma neħħiex il-post riservat iżda indika fejn dan għandu jsir waqt l-embellishment project li kien f'idejn il-Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #32289 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32004?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.
Leg 9 PQ #32404 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Istandarisation Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie reklutat il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' l-Istandarisation Authority? B'liema kundizzjonijiet tax-xogħol? Meta ġie reklutat? X'inhu x-xogħol tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ma hemm l-ebda persuna impjegata ma' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards bl-isem u l-indirizz mogħtija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #32405 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Skema ta' Rtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm s'issa ħaddiema 1) tat-tarzna ta' Bormla 2) tas-Shipbuilding li ħadu l-offerta tal-iskema ta' rtirar kmieni mix-xogħol? Min huma f'kull każ? Kemm ħadu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa kien hemm 397 ħaddiem mill-Malta Drydocks u 44 ħaddiem mill-Malta Shipbuilding li applikaw għall-offerta ta' rtirar kmieni mix-xogħol. Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-ismijiet ta' dawn il-persuni u l-ammont relattiv għal kull wieħed minnhom.
Leg 9 PQ #32406 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hilti Local Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jaħdmu fil-Hilti Local Centres tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ċentru b'ċentru? F'kull ċentru min applika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn kull skola fejn hemm stabbilit Ċentru Ħilti kien hawn dawn in-numru ta' persuni li applikaw biex jassistu lil-Local Programme Animator biex imexxu ċ-ċentru wara l-ħin ta' l-iskola: Ċentru Numru ta' applikanti Cospicua 9 Dingli 4 Għaxaq 4 Gżira 4 Ħamrun 7 Valletta 7
Leg 9 PQ #32409 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hilti Local Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ tal-persuni reklutati għall-Hilti Local Centres x'inhuma r-rati ta' ħlassijiet għad-diversi dmirijiet? Kif ġie stabbilit il-ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija nkluża fit-tweġbia għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32238. Informat li r-rati ġew stabbiliti hekk: - Il-Co-workers tal-Local Programme Animators: l-ogħla rata ta' supply teacher. - Local Programme Animators li jmexxu Ċentru Ħilti: l-ogħla rata ta' supply teacher u Lm1 fis-siegħa marbuta ma' koordinament ta' tim magħmul minn co-workers u voluntiera.

Reġistrar

Question

B'referenza għat-tagħrif mogħti fi tweġiba għall-PQ 31971, jista' jgħid x'livelli ta' literacy, kompetenzi, kwalifiki għandhom il-2693 persuna li bdew jirreġistraw għall-ewwel darba fis-sena 2001? Jista' jagħti t-tagħrif organizzat skond is-sess, il-faxex differenti tal-eta' u separat għal Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32283 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' korsijiet, taħriġ u esperjenza edukattivi qed jingħataw dawk li jaħdmu fis-settur turistiku u qed imorru fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? X'tip ta' ċertifikazzjoni jingħataw? Abbużi ta' xiex? Sempliċi Attendenza? Jew ta' evalwazzjoni ta' xi jkunu kisbu minn din l-esperjenza edukattiva?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nahseb li l-Onor Interpellant qed jirreferi ghall-Quality Service Programme li gie offrut lil min jaħdem fl-industrija u qatt ma ngħata l-opportunita’ li jirċievi taħriġ. Il-programm qed jigi offrut lil dawk li jaħdmu fil-Food and Beverage Service u fl-Accommodation Operations. Dan il-programm jinħadem fuq medda ta’ sitt sessjonijiet ta’ tliet siegħat il-waħda mifruxa fuq perjodu ta’ tliet gimgħat. Qed isir kors fil-għodu b’ripetizzjoni wara nofs inhar biex jakkomoda l-ħaddiema li jaħdmu b’shift. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi relativi. Fl-aħħar tal-kors ma jsirx eżami. Min jattendi jingħata certifikat ta’ attendenza. Ma nistax nifhem ir-riferenza li qed issir mill-Onor Interpellant ghall-abbużi.
Leg 9 PQ #32284 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Kwalifiki Vokazzjonali Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol biex jitfasslu l-livelli differenti tal-Kwalifiki Vokazzjonali Nazzjonali għall-Korsijiet tal-Istituti għall-Istudji Turistiċi? Kif qed isir l-assessjar għal-livelli differenti tal-NVQs? Kif tfassal il-kontenut ta' kull livell ta' kull kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fil-preent l-ITS ma joffrix korsijiet skond is-sistema ta’ NVQ’s. F’dan l-istadju tiddaħħal bi prova sistema ta’ logbook għal kull student ibbażat fuq il-mudell ta’ l-NVQ. Dan jintuża biex jitkejjel kif student jilħaq il-livelli necessarji fil-prattika. Dan japplika biss għall-korsijiet ta’ Servizz u Kcina.
Leg 9 PQ #32285 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew analizzati x'jistgħu jkunu r-raġunijiet għall-assentejiżmu tal-istudenti f'ċerti korsijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Ittieħdu xi passi bħala rimedju? X'passi ttieħdu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Mill-istudju li sar, l-akbar assentejiżmu kien fil-modules ta’ Life Skills u fil-lingwi tal-Ġermaniż u Franciż u dan f’każ ta’ studenti fil-Foundation Level. Jidher li l-istudenti qed isibu t-tagħlim ta’ lingwa barranija diffiċli u fil-każ tal-Life Skills, l-istudenti jħossu li l-module mhux tant relevanti għall-karriera tagħhom. Jittieħdu passi dixxiplinarji meta student jassenti ruħu għal aktar minn tliet darbiet minn kull module u jsir tnaqqis fl-istipendju għal kull darba li student ikun assenti
Leg 9 PQ #32286 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' assentejiżmu tal-istudenti tagħhom f'xi wieħed mill-korsijiet ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jista' jagħti l-istatistika mitluba kors b'kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-assentejiżmu minn studenti ta’ l-ITS ma jinħadimx fuq bażi ta’ kors, iżda fuq bażi tad-diversi modules. Peress li l-istatistika mitluba tirrikjedi ħafna xogħol, l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta ohra.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed isir xogħol biex impjegati tal-Kunsilli lokali jħassru linji tat-traffiku inkluż li titneħħa l-possibilita' li turisti jittellgħu u jitniżżlu quddiem lukandi, eg. f'Tas-Sliema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-materja taqa' fir-responsabilta' tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u konsegwentement nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

St James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-għotijiet finanzjarji mill-Ministru lil St James Cavalier 1) fis-sena 2000 2) fis-sena 2001? Għal-liema inizjattivi marru dawn l-għotijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda għotjiet finanzjarji mill-vot kapitali relatat mal-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #32263 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St James Cavalier — Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-għotjiet finanzjarji mill-Ministeru lil St. James Cavalier 1) fis-sena 2000? 2) fis-sena 2001? Għal liema inizjattivi marru dawn l-għotjiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għotjiet finanzjarji mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni lil St James Cavalier kienu: 2000 2001 Lm Lm Kontribuzzjoni mill-Gvern 30,000 150,000 Ħlas ieħor konness ma' wirjiet u newsletter 3,513 1,070