Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32581 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Video — Heritage in Stone

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba l-valur edukattiv u kulturali tal-video heritage in stone li jiċċelebra l-wirt storiku tagħna, jikkunsidra li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tħeġġeġ lill-iskejjel iressqu lill-istudenti tagħhom lejn il-wirt tagħna permezz ta' dan il-video?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux ċar għal liema video qegħda tirreferi din il-mistoqsija billi hemm diversi videos kummerċjali li jittrattaw dwar il-wirt fil-ġebel. Hija konswetudni li l-iskejjel infushom jixtru materjal kummerċjali bħal dan mill-vot allokat lilhom għal riżorsi.
Leg 9 PQ #32696 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jingħata fil-klassi, t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament fl-Iskola Primarja tal-Belt? Qiegħed jinżamm fil-klassi? Min qed ikollu miegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan it-tifel li għandu bżonnijiet speċjali ġie assenjat facilitator minn meta beda jattendi fil-kindergarten. Issa li qiegħed Yr 1, il-facilitator tkun preżenti miegħu fil-klassi l-ħin kollu u tgħinu f'xogħol addattat għalih ippreparat mill-għalliema fil-klassi. Fejn hu possibbli għat-tifel huwa jagħmel l-istess xogħol bħat-tfal l-oħra tal-klassi. It-tifel jinħareġ mill-klassi biex jagħmel xogħol fil-Computer Room li tintuża biss mit-tfal bi bżonnijiet speċjali u biex jattendi għal ħin stipulat fil-playroom għal programm imħejji apposta għalih. Darba kull ħmistax-il ġurnata it-tifel jattendi ma' tfal oħra bi bżonnijiet speċjali fir-razzett tal-ħbiberija. Fil-playroom u fil-Computer Room ikun mal-facilitator li hija assenjata mieħgu għall-ħin kollu. Fil-klassi jkun mal-facilitator u l-għalliema fil-waqt li fir-razzett tal-ħbiberija minn barra l-facilitator tiegħu, ikun hemm facilitators oħra kif ukoll personnel tar-razzett.
Leg 9 PQ #32697 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jinstabu għalliema għall-form II tas-sekondarji tas-subien ta' Birkirkara fil-qasam tal-matematika għax ilhom żmien twil bla għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li instabet soluzzjoni għall-problema imsemmija. Qed jingħataw lezzjonijiet tal-Matematika lill-iskola kollha.
Leg 9 PQ #32698 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Servant Key

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-inkjesta dwar l-għibien ta' servant key mill-ħabs? Min mexxa din l-inkjesta? Kemm dehru persuni? F'hiex waslet l-inkjesta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar l-għibien tas-Servant Key ġiet imexxija mid-Direttur tal-Ħabs. B`riżultat ta` din l-investigazzjoni inbdew proċeduri dixxiplinari kontra żewġ uffiċjali, liema proċeduri għadhom mhux konklużi.
Leg 9 PQ #32450 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Educational Support Services Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid waslux fil-ministeru lmenti li l-kumpanija Educational Support Services Ltd (ESS) li għall-ħidmiet edukattivi tagħha tħallset eluf ta' liri mingħand ġenituri u issa għosfru u m'humiex joffru s-servizzi edukattivi li tħallsu għalihom? X'passi ttieħdu mill-Ministeru dwar dawn l-ilmenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma waslu ebda lmenti fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar il-kumpanija "Educational Support Services (ESS). Iżda, b'riżultat tal-kitba li dehret f'ġurnal lokali, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħadet l-inizjattiva biex tistabilixxi l-fatti. Kull azzjoni li tista' tiġi diskussa tiġi stabilita wara dan l-istħarriġ.
Leg 9 PQ #32573 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Maltacom meta s-sajf li għadda persuna sofriet persekuzzjoni sħiħa jċemplulha sa 125 darba fi tliet siegħat u qagħdu jissemmgħulha fuq telefon li n-numru tiegħu qed nibgħatu under separate cover, u ieħor ex-xdirectory? Għal liema raġuni l-Maltacom bagħtu persuni jsewwulha t-telefon meta ma kienx bil-ħsara? Min bagħat lil dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha l-Maltacom fil-Line Test System, ma jirriżultax li n-numru tat-telefon in kwistjoni ġie irrapurtat bil-ħsara matul is-sena l-oħra. Għaldaqstant ħadd mill-impjegati tal-Maltacom ma' ġie mibgħut biex isewwi xi ħsara fuq din il-linja. Fl-istess indirizz hemm numru ieħor li tpoġġa "malicious call tracing" bejn Jannar u Marzu tas-sena l-oħra u bejn l-14 ta' Frar u l-14 ta' April ta' din is-sena. L-informazzjoni li nġabret dwar telefonati li ġew indikati bħala malizzjużi ġiet mgħoddija lill-Pulizija. Fl-aħħarnett ta' min jgħid li dan in-numru ġie irrapurtat diversi drabi u kien hemm drabi fejn għalkemm marru l-ħaddiema tal-Maltacom, dawn ma tħallewx jidħlu jiċċekkjaw il-ħsara rapurtata.

Kunsill Lokali — Pembroke - Triq Suffolk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru mindu rċieva petizzjoni mill-kunsill lokali ta' Pembroke dwar il-passi li hemm bżonn jittieħdu biex jitneħħa l-periklu eżistenti li hemm fid-dħul u ħruġ li hemm minn Triq Suffolk fl-akwati tal-Qasam tad-Djar San Patrizju għal Triq Sant Andrija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31632.
Leg 9 PQ #32576 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema tal-Fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi raġuni għaliex l-għalliema tal-fiżika tal-form III fil-Junior Lyceum Margaret Mortimer ta' Santa Lucia ilha ġimgħat sħaħ ma tattendi? X'passi se jittieħdu biex l-istudenti jirkupraw dak li tilfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt li l-għalliema tal-Fiżika tal-Form 3 tal-Junior Lyceum Margaret Mortimer kienet ma tiflaħx, il-klassijiet tagħha ttieħdu minn Supply Teacher għall-parti kbira miż-żmien. Illum l-għalliema regolari tinsab lura għax-xogħol.

Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32269 u cioe, b'referenza għat-tagħrif mogħti fi tweġiba għall-PQ 31971, jista' jgħid x'livelli ta' literacy, kompetenzi, kwalifiki għandhom il-2693 persuna li bdew jirreġistraw għall-ewwel darba fis-sena 2001? Jista' jagħti t-tagħrif organizzat skond is-sess, il-faxex differenti tal-eta' u separat għal Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #32433 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet fl-Universita' qed iħallsu lill-istudenti demokristjani maltin jokkupaw l-ispazju fil-bini ta' l-Universita' b'mod sproporzjonat u li jeskludi organizzazzjonijiet oħra li se jikkontentaw l-elezzjonijiet għall-kunsill ta' l-istudenti universitarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux vera li l-awtoritajiet ta' l-Universita` taw xi permess lil xi organizzazzjoni ta' l-istudenti biex tokkupa spazju fl-Universita` b'mod li teskludi organizzazzjonijiet studenteski oħra. Informat ukoll li l-organizzazzjonijiet li ser jikkontestaaw l-elezzjonijiet għall-kunsill ta' l-istudenti universitarji waslu għall-ftehim bejniethom kif jintuża minnhom l-ispazju quddiem 'University House'.
Leg 9 PQ #32434 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Edukattiv għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħa dwar l-assentejiżmu fl-iskejjel Għawdxin diskussa mill-Kunsill Edukattiv għal Għawdex? Kemm jaħseb li hi kbira din il-problema l-kunsill u x'pariri ta' dwarha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Kunsill Edukattiv għal Għawdex innota b’sodisfazzjon li f’Għawdex issa hemm Welfare Officer u issa każijiet ta’ assentejiżmu fit-tul u bla bżonn qed jkunu mistħarrġa. Il-Kunsill ra l-istatistika għal kull skola f’Għawdex kif maħruġa min-National Statistics Office fl-4 ta’ Lulju 2001 u jidher li filwaqt li l-medja għall-iskejjel Primarji f’Malta kienet ta’ 8.5%, f’Għawdex kienet ta’ 5.15% u fl-iskejjel sekondarji f’Malta kienet ta 14.22% u f’Għawdex lienet medja ta’ 10.94%. F’dawk li huma skejjel tas-Snajja’ il-medja f’Malta kienet ta’ 17.89% u f’Għawdex 10.5%. Dwar l-iskejjel privati l-medja f’Malta kienet ta’ 5.58% u f’Għawdex 5.32%.
Leg 9 PQ #32435 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Lokali — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spazju ta' parteċipazzjoni għall-kunsilli lokali qed tippjana li jkun hemm il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għall-ħidma tagħha fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħsieb tal-Fondazzjoni hu li jkollha l-aħjar relazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali.

Speed tal-Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 32228 u cioe jista' l-Ministru jgħid tistax il-pulizija tieħu passi biex tissettja limiti ta' speed għall-karozzi li jgħaddu mill-Coast road minn Triq Sant Andrija u Baħar iċ-Ċagħaq u jitwaħħlu tabelli li juru l-limitu ssettjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-limiti ta' speed tat-traffiku li jgħaddi minn Triq Sant Andrija u t-telgħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq fiż-żewġ direzzjonijiet diġa' huma ssenjalati bit-tabelli li juru limiti ta' speed. Il-parti l-oħra tal-Coast Road hija regolata mill-limitu ta' speed stabbilit mill-Kodiċi tat-Traffiku.
Leg 9 PQ #32448 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Educational Support Services Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid waslux xi rapporti għand il-pulizija li l-kumpanija Educational Support Services Ltd (ESS) tħallsitx eluf ta' liri għal servizzi edukattivi u issa sparixiet bla ma għandha tipprovdi dan is-servizz? Jekk waslu dawn ir-rapporti, x'passi ħadet il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex rapporti kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #32449 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Att ta' l-Edukazzjoni — Educational Support Services Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kien hemm skond l-Att tal-Edukazzjoni lill-kumpanija Educational Support Services Ltd (ESS) biex topera għall-ħadmiet edukattivi tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumpanija, "Education Support Services" għandha l-permess biex topera bħala "Tuition Centre". Dan il-permess ingħata f'Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #32418 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Kunsill ta' l-Universita' approva l-promozzjonijiet lill-istaff akkademika ta' l-Universita', x'rapporti dettaljati jkollhom il-membri biex ikunu jistgħu jaslu għad-deċiżjoni tagħhom, jew joqogħdu fuq sempliċi rakkomandazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Promozzjonijiet hu magħmul minn tliet membri li jiġu eletti mis-Senat minn fost il-full professors li huma membri tas-Senat u minn membru li jiġi elett mill-Kunsill minn fost il-membri tiegħu li mhumiex membri ta' l-Universita`. Fil-każ ta' l-aħħar Bord dan kien il-President tal-Kunsill. Għalhekk, mhux korrett wieħed jgħid li l-Kunsill joqgħod fuq sempliċi rakkomandazzjoni. Meta l-kriterji huma magħrufa l-Bord, partikolarment meta deċiżjoni tkun waħda negattiva, ma jħossx li għandu jidħol fid-dettal bil-miktub. Ir-Rettur informa x'kienu n-nuqqasijiet lil dawk l-individwi, li ma ħadux promozzjoni u xtaqu jafu għaliex.
Leg 9 PQ #32421 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Associate Professor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatax il-promozzjoni għal Associate Professor fl-Universita' X'nuqqasijiet għandha fil-kwalifiki akkademiċi u tekniċi li ma ħallewhiex jilħaq il-kriterji stabbiliti biex jinħatar Associate Professor?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għall-aħħar parti tat-tweġiba għal PQ numru 32413 u għal PQ 32418.
Leg 9 PQ #32423 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Associate Professor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatax il-promozzjoni għal Associate Professor fl-Universita? X'kellha defiċjenti fil-qasam tal-pubblikazzjonijet u l-lecturing tagħha li żammewha milli tilħaq il-kriterji stabbiliti biex tinħatar Associate Professor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat kif ġej: il-persuna msemmija saret lecturer fl-10 ta' Ġunju 1994 u ingħatat promozzjoni ta' Senior Lecturer tul l-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet fit-28 ta' Jannar 2001. Minkejja li ma għaddewx il-ħames snin minn meta saret Senior Lecturer, xorta waħda ntbagħtet barra l-applikazzjoni. Żewġ professuri barranin indipendentement minn xulxin ħassew li l-persuna konċernata ma kellhiex tingħata promozzjoni ta' Associate Professor.

Kunsill Lokali — Kuntratt

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 32231 jista' jinvestiga kif ingħata l-kuntratt tal-kunsill lokali għall-kiri tad-day care centre ta' l-anzjani f'San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

B`referenza għall-mistoqsija preċedenti ta` każi ta` interess pekunarju li ġew investigati mid-Dipartiment ninsab infurmat li meta d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali lesta r-risposta għalija ma kien rċieva ebda allegazzjoni li fil-għotja tal-kuntratt għall-kiri tad-Day Care Centre f`San Pawl il-Baħar, xi kunxillier li seta kellu interess pekunjarju ma ddikjarax dan u ħa parti fid-diskussjoni. Wara li saret id-domanda parlamentari odjerna, minn stħarriġ li għamel issa id-Dipartiment jirrizulta mill-minuti approvati tal-Kunsilli li kien hemm dikjarazzjoni ta` interess pekunjarju u l-Kunsillier involut ma ħax parti fid-diskussjonijiet. Jidher ukoll mill-minuti provduti li l-Kunsill segwa l-proċeduri kontemplati fir-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar l-offerti. Għaldaqstant ma narax lok ta` investigazzjoni.
Leg 9 PQ #32432 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Tourism-Business Links

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pariri tal-Kunsill Edukattiv għal Għawdex dwar tourism-business links fl-iskejjel Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex qed jipprova jistabilixxi tourism business links agreements ma’ l-iskejjel Għawdxin fuq l-istess linji kif ġew stabbiliti f’Malta l-Education-Business Link Agreements.