Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata risposta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha tliet xhur tistenna risposta għall-applikazzjoni ta' benefiċċju soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-andament tal-każ-tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet s'issa l-pulizija wara r-rapporti li sarulha mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar telefonati malizzjuzi b'insistenza insapportabbli?
Fejn waslu s'issa l-investigazzjonijiet tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ għadu qed ikun investigat skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru minn spetturi ta' l-awtorita ta' l-ippjanar biex jivverifikaw jekk is-sid tar-razzett fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar hux miexi skond il-permessi u jekk il-bini humiex koperti kollha mill-permessi meħtieġa?
X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma ġie nnutat l-ebda żvilupp ġdid oltre dak li għalih diġa` hemm applikazzjoni sanatorja b`referenza PA 5356/00 li għadha pendenti. B`referenza għall-risposta preċedenti fuq l-istess każ għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18703, ta` min jinnota wkoll li l-Appell mill-Avviż ta` Twettieq b`numru EC 859/99 issa hu deċiż u s-sentenza ikkonfermat l-imsemmi Avviż. F`każ illi l-applikazzjoni sanatorja tiġi miċħuda l-avviż ta` twettieq jiġi fis-seħħ fi żmien ħmistax-il ġurnata wara l-applikazzjoni sanatorja tiġi definittivament miċħuda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni hemm jaħdmu bħala clearners fiċ-Ċentru ta' Kreattivita' ? Meta daħlu? Kif ġew reklutati? Kemm applikaw? Meta saru l-intervista? Kemm kien hemm persuni li ssejħu għall-intervisti? Kemm tħallew barra?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` timpjega tlett Casual Part-Time Cleaners.
Tnejn minn dawn il-Casual Part-Time Cleaners bdew l-impjieg tagħhom fis-27 ta' Settembru 2000.
Dawn ġew reklutati wara li l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita`, Kavallier ta' San Ġakbu talbet lill-ETC nies li tista' tintervista għal dan il-post vakanti. L-ETC għaddiet lista ta' 109 ismijiet ta' persuni li kienu jfittxu xogħol bħala Cleaner. Kollha ġew intervistati.
Il-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` ta' San Ġakbu dan l-aħħar talbet lill-ETC lista ta' nies li huma interessati għal xogħol ta' Cleaner biex jimtlew xi vakanzi. Il-Fondazzjoni irċeviet b'kollox 346 isem ta' persuni li urew interess li jattendu l-intervista għax-xogħol imsemmi. Ġew intervistati l-ewwel 50 kif ġew sottomessi u fit-2 ta' April 2002 il-Fondazzjoni impjegat Casual Part-Time Cleaner fuq kuntratt għal tlett xhur.
Qed ikompli l-proċess ta' interviews għall-persuni l-oħra sottomessi.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32749 u cioe, jista' jgħid fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħek kemm kien hemm rapporti dwar sexual harassment minn kollegi tax-xogħol fis-sena 1999, 2000, 2001?
F'liema oqsma, kumpaniji pubbliċi, dipartimenti saru dawn ir-rapporti?
X'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-snin imsemmija, fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` ministerjali tiegħi, saru dawn ir-rapporti dwar sexual harassment:
* Fl-2001, fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġie rappurtat każ
wieħed ta' sexual harassment bejn kollegi fi skola. Il-
persuna ġiet trasferita.
* Il-PBS kellha rapport wieħed li sar fl-2001. Wara li dan il-każ
ġie investigat intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet u l-każ ġie
magħluq.
* L-Universita` ta' Malta kellha żewġ rapporti fl-1999/2000 u
żewġ rapporti fl-2000/2001. Il-persuni li għamlu r-rapport
ġew riferuti lill-advisors appuntati apposta biex jgħinu f'dawn
il-każijiet. Dawn taw l-għajnuna meħtieġa skond il-proċeduri
stabbiliti mill-Universita` u l-bżonnijiet partikolari ta' min kien
qiegħed jagħmel ir-rapport.
* Il-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` kellha rapport wieħed
fis-sena 2000. Il-Bord investiga l-każ u ħa l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31546 u cioe, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 kemm intefqu flus fi ħlassijiet lill-facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali 1) fl-iskejjel statali - primarji u sekondarji 2) fl-iskejjel tal-knisja - primarji u sekondarji. F'kull każ x'inhu n-numru ta' persuni li qed jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħlas globali lill-facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel statali - primarji u sekondarji għas-sena 2001 huwa Lm2,959,542.176.
L-ammont hu maqsum kif ġej:
33 Facilitators: - Lm164,616.76
66 Kindergarten Assistants: - Lm333,446.458
54 Kindergarten Assistants Grede I: - Lm296,565.787
3 Kindergarten Assistants Grade II: - Lm18,144.208
4 Supply Kindergarten Assistants: - Lm18,558.20
93 Kindergarten Assistants Special Education: - Lm428,721.386
294 Supply Kindergarten Assistants Special Education: - Lm1,026,106.637
7 Part-Time Kindergarten Assistants: - Lm28,978.74
Informat ukoll li Lm644,404 intefqu fi ħlasijiet lil 14-il Facilitator u 136 Supply Kindergarten Assistant li jieħdu ħsieb studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja - primarji u sekondarji.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se tkun tikkonsisti s-sistema ta' sigurta li hemm il-ħsieb tiddaħħal fil-bini?
X'inhuma r-raġunijiet għal din is-sistema?
Kemm mistennija jqum t-tagħmir, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tagħha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Is-sistema ta’ sigurta`, li għaliha għadha kemm għalqet sejħa għall-offerti, tikkonsisti f’numru ta’ “cameras” mifruxa mal-bini (C.C.T.V.), kif ukoll sistema ta’ kontroll ta’ dħul u ħruġ ta’ persuni fil-bini (“Limited Access Control”).
Din is-sistema maħsuba għas-sigurta` tan-nies kollha li jaħdmu fil-Berġa ta’ Kastilja kif ukoll għas-sigurta` tal-bini nnifsu.
It-“tender” bħalissa qiegħed fl-“adjudication stage” u l-valur ta’ din is-sistema jkun magħruf meta tingħażel l-aħjar offerta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-MIC sponsorja parti mill-ispejjeż tax-xandir ta' l-għoti tal-oscars fuq Net TV? Kemm ġie jiswa dan l-isponsorship? Sponsorship bħal dan kif jinwadra fix-xogħol tal-MIC?
Response (BORG, JOE)
Il-fatt li dehru riklami tal-MIC waqt ix-xandira taċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l-Oscars fuq NET TV, programm li jiġbed udjenza mdaqqsa, bl-ebda mod ma jikkostitwixxi xi forma ta' sponsorship.
Inoltre nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32732.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kostitwit il-kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Min huma l-persuni differenti responsabbli mill-oqsma diversi tax-xogħol tal-kunsill
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta' l-MCST li għadu kif ġie rikostitwit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fis-sena 2001, x'safar sar minn nies tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Kemm intefqu flus fis-safar u f'kull każ x'kienu l-għanijiet tas-safar li sar b'konnessjoni max-xogħol tal-kunsill? Min kienu l-persuni li siefru f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se jkun jikkonsisti x-xogħol biex isolvi l-problema ta'
overflow
ta' drenaġġ fi Triq l-Imdina n-Naxxxar li mistenni jibqa fl-ewwel ġimgħa
ta' lulju 2002?
Għaliex ix-xogħol mistenni jdum madwar 20 ġimgħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet jikkonsistu fit-tqegħid ta' madwar 860 metru ta' main b'dijametru ta' nofs metru u l-kostruzzjoni ta' sensiela ta' manholes. Ix-xogħlijiet ser iseħħu fi Vjal il-Labour u fi Triq l-Imdina.
L-istima ta' għoxrin ġimgħa hija bbażata fuq esperjenza ta' xogħlijiet simili li twettqu fi ħdan l-istess taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlassijiet li l-MIC iħallas għas-slot li għandu fil-program televiżiv tal-PBS stedina?
Response (BORG, JOE)
Il-MIC ma ntalbitx ħlas għas-slot msemmija, li tikkonsisti f'intervista qasira ma' uffiċċjal tal-MIC mill-preżentatur jew preżentattriċi tal-programm. L-intervista tittratta suġġett ta' attwalita', b'rabta ma' l-Unjoni Ewropea, li tkun ta' nteress għat-telespettaturi in generali.
Irrid ngħid illi stazzjonijiet televiżivi u tar-radju lokali oħrajn, ħlief għal Super One, jistiednu lill-MIC b'mod regolari sabiex jagħmlu slots simili fil-programmi tagħhom, bl-iskop li jżommu lill-pubbliku Malti u Għawdxi dejjem aġġornat. Dawn is-slots ikunu wkoll bla ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema formula qed jiġi ffissat il-prezz tal-petrol u d-diesel kull 3 xhur għall-konsumatur?
Kif qed jiġi kkalkulat dan il-prezz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-formula, li qed tiġi applikata għall-ewwel darba, tħares lejn iċ-ċaqlieq tal-prezz taż-żejt tul perjodu ta' tlitt xhur; f'dan il-każ mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu ta' din is-sena.
F'dawn l-aħħar tlitt xhur, kien hemm ċaqlieq l-isfel fil-prezzijiet internazzjonali tal-petrol u tad-diesel. Għaldqstant, u a bażi ta' din il-formula, il-prezz tal-petrol, kemm biċ-ċomb kif ukoll bla ċomb, ġie mraħħas b'ċentezmu kull litru għal 35 ċenteżmu il-litru għall-petrol bla ċomb u 38 ċenteżmu il-litru għall-petrol biċ-ċomb.
Il-prezz tad-diesel f'Malta huwa sinifikament orħos mill-prezz fuq is-suq internazzjonali. Għal din ir-raguni ma saret ebda bidla fil-prezz ta' dan il-prodott li baqa' 21c5 kull litru.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar l-ittra mibgħata mill-kunsill lokali Żejtun fid-data tal-25 ta' Marzu 2002 dwar xogħol fl-iskola primarja B, Żejtun?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn naħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ssejħet laqgħa bejn il-partijiet kollha konċernati li jinkludu l-uffiċjal inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet mid-Diviżjoni, il-kuntrattur, il-perit maħtur mill-Kunsill Lokali, is-Sindku u s-Segretarju ta' l-istess Kunsill.
Din il-laqgħa saret nhar il-Ħamis 28 ta' Marzu, fejn l-ilmenti kollha msemmija fl-ittra ġew mgħoddija għall-attenzjoni tal-kuntrattur biex jiġu rranġati. Il-kuntrattur aċċetta li jagħmel it-tibdiliet meħtieġa biex dawn jiġu 'in regola' ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat f'valur ta' flus is-serq tal-enerġija elettrika pprovdut f'sena sħiħa mill-Enemalta?
Kemm huwa stmat f'valur ta' flus l-ammont ta' enerġija elettrika pprovduta għall-sena sħiħa mill-Enemalta li għal xi raġuni jew oħra hi ma titħallasx tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li mhux possibbli li tingħata stima fi flus tas-serq ta' elettriku li jsir f'sena. Dan għaliex il-Korporazzjoni Enemalta tista' tasal biss biex tistma fuq bażi soda bejn dak li jkun ħareġ mill-Power Stations u dak li jkun ġie reġistrat fuq il-meters tal-konsumaturi. It-telf jinqasam bejn "technical lossess in the system of distribution" u n-"non technical losses".
Huwa stmat li ħamsa fil-mija jirrappreżetaw it-"technical losses" li jseżistu f'kull sistema ta' l-elettriku u għaldaqstant il-persentaġġ jista' jvarja. Il-bilanċ jirrapreżenta in-"non technical losses" li fost oħrajn jinkludu s-serq ta' elettriku, meters difettużi, stimi baxxi, u meters li ma jinqrawx.
L-ahhar sena li kienet ġiet awditjata (Settembru 2000) it-telf kollu kien jammonta għal 17.33 fil-mija, li minnu madwar ħamsa fil-mija kienu "technical losses". Il-bilanċ ta' 12.33 fil-mija jirrappreżenta in-"non technical lossess" li jekk tieħu medja tar-rati li bihom jinbiegħ l-elettriku, il-volum stmat ikun qrib is-Lm6.8 miljun f'sena. Jekk tieħu biss il-volum biex jiġi ġġenerat l-elettriku, l-ammont huwa stmat li jkun ta' Lm5.55 miljun.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 32431 u ċioe jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-fehma tal-Kunsill Edukattiv għal Għawdex dwar xi preżenza għandu l-MCAST f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex huwa talfehma li jew (1) kull Istitut ta' lMCAST jkun jista' jagħti permess lilliskola PostSekondarja Sir Mikelanġ Refalo biex tmexxi korsijiet li jkunu utli għallistudenti Għawdxin u listudenti jagħmlu listess eżamijiet jew (2) li lMCAST jiftaħ MCAST Gozo Centre f'post f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħek kemm kien hemm rapporti dwar sexual harassment minn kollegi tax-xogħol fis-sena 1999, 2000, 2001?
F'liema oqsma, kumpaniji pubbliċi, dipartimenti saru dawn ir-rapporti?
X'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol fuq il-junior lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke?
X'hemm maħsub li jintemm mix-xogħol sa l-aħħar ta' Diċembru 2002?
X'xogħol se jsir fis-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li qiegħed isir fil-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke hu ikkonċertrat fuq naħa waħda (Wing 1) ta' l-iskola, u miexi b'ritmu tajjeb. Bħalissa, ix-xogħol strutturali huwa kważi lest. Jonqos xogħol strutturali konness mal-"Main Staircase" ta' dik in-naħa ta' l-iskola. Issa bdiet il-fażi ta' stallazzjoni ta' servizzi, u dalwaqt ukoll jibda xogħol ta' "finishes". Minn Ottubru u matul 2003, huwa maħsub li jibda jsir xogħol konness man-naħa l-oħra (Wing 2) ta' l-iskola, kif ukoll it-tkomplija tal-parti ċentrali tal-bini.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32286 u cioe, jista' jgħid x'inhi r-rata ta' assentejiżmu tal-istudenti tagħhom f'xi wieħed mill-korsijiet ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Jista' jagħti l-istatistika mitluba kors b'kors?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:
Kors
Assenzi minn lezzjonijiet fl-ewwel semestru
%
Nru ta' studenti involuti
Medja ta' kull student involut fl-ewwel semestru
Food Preparation & Service - Level 1
883
26.96%
120
7
Hotel Services - Level 1
262
8.00%
14
19
Food & Beverage Course
199
6.08%
40
5
Food Preparation Course
663
20.24%
132
5
Accommodation Services Course
530
16.18%
93
6
Hotel Operations Course
211
6.44%
68
3
Travel Agency Course
73
2.23%
19
4
Tour Guiding Course
26
0.79%
8
3
Sports & Leisure Course
229
6.99%
25
9
Hospitality Management Diploma course
199
6.08%
61
3
Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jibgħat għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha sentejn ma tingħata pensjoni?
X'inhuma r-raġunijiet għal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nvestigat mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Din il-persuna ġiet notifikata bil-posta biex tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment biex ikellimha l-Welfare Officer. Jirriżulta li din il-persuna għadha ma marritx tkellem lill-Welfare Officer.