Jista' l-Ministru jgħid jekk AFM records standing instructions - serial no 3 maħruġa fit-19 ta' Novembru 1976, l-instructions dwar il-promozzjonijiet fl-armata għandhomx in vigore u jekk le, biex ġew sostitwiti? Jekk qatt ma ġew sostitwiti u ma għandhomx in vigore, b'liema ordni jew regolament ġew aboliti? Liema regolamenti jew instructions kienu jirregolaw il-promozzjonijiet li kienu ħarġu fl-armata f'Jannar 1993?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-1976 l-Amministrazzjoni preċedenti, li introduċiet l-imsemmija “AFM Records Standing Instructions serial No3” maħruġa fid-19 ta’ Novembru 1976 dwar il-promozzjonijiet fil- Forzi Armati, qatt ma osservat l-istess provedimenti ta’ dawn l-“Instructions” fl-għaxar snin u nofs li kienet fil-Gvern, cioe` sa Mejju 1987. Għaldaqstant ma kienx ekwu jew raġunat li jiġu applikati dawn l-istess “Instructions” fil-promozzjonijiet li ġew approvati f’Jannar ta’ l-1992, u mhux fl-1993 kif indikat fil-Mistoqsija. Ir-regolament numru 31 ta’ Avviż Legali Numru 91 ta’ l-1970, cioe` ir-Regolamenti ta’ l-1970 dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta, ġie applikat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-kummissarju tal-pulizija fil-ġimgħat li ġejjin biex jiżgura li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman (kaz B 474) biex il-pulizija ma tonqosx milli twettaq dmirijietha kif naqset fl-imgħoddi meta l-lido Amazonia ta' Buġibba opera bi ksur tal-liġi u b'inkonvenjenza għar-residenti ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34109.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċizjoni ttieħdet mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-applikazzjoni PA 3155/93 biex tirregolarizza bini illegali f'Buġibba? Jista' jgħid jekk din l-applikazzjoni qattx instemgħet mid-DCC tal-awtorita' ta' l-ippjanar? Jista' jgħid x'ordnijiet ta' nfurzar ħarġet l-awtorita' ta' l-ippjanar kontra l-istrutturi illegali msemmija fl-applikazzjoni PA 3155/93? Meta twettqu dawn l-ordnijiet? X'passi fil-fatt ittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
L-applikazzjoni għall-iżvilupp PA 3155/93 kienet ġiet irtirata mill-applikant stess.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34100 f`din l-istess seduta.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-applikazzjoni PA 6059/00 biex jiġu estiżi strutturi li ma kellhomx permessi kif jinnota r-rapport tad-DPA? Jista' jgħid kif ġie rrikmandat li s-somma bħala sehem għall-parking inħadmet biss fuq l-estensjoni ta' 270 metru kwadru u ġiet Lm13,500? Jista' jgħid jekk il-permess li ħareġ għal din l-applikazzjoni kienx biss għall-piano bar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Fis-16 ta' Mejju, 2001 l'Awtorita` ta' l-Ippjanar ħarġet permess biex jiġu estiżi l-istrutturi ta' d-
Dolmen Beach Lido
kif kien ġie propost fl-applikazzjoni PA6059/00.
Is-somma ta' Lm13,500 bħala sehem għal parking f'kontribuzzjoni lejn il-
Commuted Parking Payment Scheme
tal-Qawra/Buġibba ġiet ikkalkolata skond l-estensjoni tal-proposta fuq dak li kien hemm eżistenti. Is-sit kien diġa użat bħala
Beach Lido Restaurant
u
Bar
bħala parti mid-
Dolmen Hotel
, u għalhekk ittieħdet konsiderazzjoni biss tal-bini ġdid li kien jammonta għal 270 metru kwadru. L-ammont ta' parking spaces li dan kien jiġġenera skond il-
policies
ta' l-Awtorita` kien jammonta għal
parking space
kull 10 metru kwadru jiġifieri 27
parking spaces
. L-iskema ta' CPPS għal Qawra/Buġibba titlob li jitħallsu Lm500 għal kull
parking space
u għalhekk it-total tela' għal Lm13,500.
Kundizzjoni Nru. 2 fil-permess PA6059/00 tpoġġi limitu fuq l-użu ta' l-istabbiliment għal
bar
,
restaurant
,
water sport facility
u
diving school
u l-ebda użu ieħor, anke dawk li jagħmlu parti minn Classi 6 u Classi 10 tad
-Development Planning (Use Classes)
Order
1994.
Jista' l-Ministru jgħid jekk enforcement notice E646/01 tal-awtorita' ta' l-ippjanar tikkonkludiex li n-night club, is-swimming pool u l-alterazzjoni fuq is-sit ta' l-Amazonia f'Bubibba huma kontra l-pjani approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar? Jista' jgħid x'passi ttieħdu dwar dan l-enforcement notice?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Enforcement Notice ECF 646/01 ġiet maħruġa minħabba dawn l-imsemmija irregolaritajiet kif jidher hawn taħt:-
Il-
pitch
tat-tinda imsaqqfa aktar minn kif approvat fil-permess relatat li jġib referenza PA6059/00, maħruġ fis-6 ta' Mejju, 2001.
Il-Kundizzjoni mposta fuq il-permess relatat, li jitħalla passaġġ ta' 6m fuq iż-żewġ naħat, ġiet miksura fuq naħa waħda.
Talli tpoġġew
air-condition units
fuq is-saqaf ta' l-istabbiliment.
Ta' min jinnota li spetturi mis-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita` għamlu diversi spezzjonijiet u laqgħat dwar dan l-iżvilupp. Fil-fatt, fuq ordni ta' l-Awtorita` ġie mneħħi ostaklu tal-konkos fuq in-naħa fejn ma' ġiex osservat is-6m mix-shoreline. Ġew ukoll mgħottija l-air-condition units li tpoġġew fuq is-saqaf ta' l-istabbiliment u sarulhom alterazzjonijiet mekkaniċi biex jitnaqqas in-noise level. Ta' min jinnota li hemm applikazzjoni sanatorja pendenti li ġġib referenza PA3161/01.
Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li fl-estensjoni ta' l-Amazonia f'Bugibba ma tħallewx is-sitt metri shoreline għall-użu tal-pubbliku? X'passi ttieħdu dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34103 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess ta' l-applikazzjoni PA 3161/01 sottomessa to amend PA 6059/00 and to sanction items as built, restaurant and bar with loud music? X'passi ħadu l-pulizija u l-awtorita' ta' l-ippjanar wara li jirriżulta li dan il-kumpless qed jerġa' jopera mingħajr il-permessi meħtieġa u qed jirreklama fuq billboards kbar servizzi ta' ristorant li mhux kopert bil-permess?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jikkonċerna l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi din l-applikazzjoni ntbagħtet sabiex terġa` tiġi ppubblikata wara li ġew sottomessi xi emendi. Din l-applikazzjoni se terġa` tidher fil-Malta Independent nhar is-Sibt 22 ta` Ġunju 2002.
Infurmat ukoll li minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 646/01 fl-1 ta` Lulju 2001 għal xogħol mhux skond il-pjanti approvati u ksur ta` kundizzjoni mposta fuq il-permess.
Għal dak li jikkonċerna id-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet u ser tkompli tieħu passi skond il-liġi sabiex l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jopera skond il-liċenzji.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jingħata l-għajnuna meħtieġa t-tifel li ismu qed jintbagħat under separate cover li għandu bżonnijiet speċjali u jattendi l-iskola Dun Frans Camilleri tal-Ħamrun?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel imsemmi ġie identifikat 'slow learner' mill-iskola, u għalhekk qiegħed jiġi mogħti għajnuna komplimentari minn għalliema apposta. It-tifel ġie referit għall-Istatementing Board fit-23 ta' Ottubru 2001, u s'issa għadu ma ġiex assessjat. It-tifel qiegħed jiġi wkoll assessjat minn School Psychologist.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk jirriżultax li partijiet mill-eżami intermediate (Matsec) tal-graphical communications kienu mpossibbli li jinħadmu? Fil-każ li iva x'rimedji se jittieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull parti ta' l-eżami tal-graphical communications fil-livell intermedju kienet tinħadem.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33850, jista' jgħid x'rapporti, stadji u xogħol ieħor li tqabbdu jagħmlu l-kumpanji MISCO u KPMG għall-ministeru, xi dipartiment jew entita' li jaqa' taħt il-ministeru fis-snin 1999, 2000 u 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul is-snin imsemmija, numru ta' dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi ikkummissjonaw lid-ditti li qed issir riferenza għalihom fil-mistoqsija biex jagħmlu numru ta' rapporti. Dawn ir-rapporti kienu relatati mad-diversi oqsma, fosthom taħriġ għall-impjegati, li fihom joperaw l-entitajiet, preparazzjoni ta' Business Plans kif ukoll preparazzjoni ta' liġijiet speċifiċi bħal Business Promotion Act.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-livell ta' volum ta' mużika u storbju permess mill-awtorita' għas-saħħa u sigurta' għal luna parks li jarmaw fil-miftuħ f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol issegwi n-normi tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli aċċettabbli ta' storbju li għalihom ikunu esposti ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Dawn huma ta' 90 dB(A) (daily passed noise extreme) u ta' 200 Pa (unweigħted in stantaneous sound pressure).
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33927, jista' l-Ministru jgħid x'livell ta' mużika u storbju huwa l-massimu permess mil-luna park li joperaw fil-miftuħ f'pajjiżna? Jista' jagħti l-livell f'decibels?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-permess maħruġ mill-Pulizija sabiex titħaddem luna park ma jkunx hemm il-livell f`decibels tal-mużika li tista` tindaqq. Dan il-permess jingħata pero` bil- kundizzjoni li ma jkunx hemm inkonvenjent. Infurmat ukoll illi minn spezzjoni li saret mill-Occupational Health & Safety Officer nhar is-6 ta` Ġunju, irriżulta illi l-livell ta` mużika li kienet qed tindaqq fil-luna park f`Pembroke kien ivarja bejn 85dB u 90dB.
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex residenti f'ċerti toroq ta' Santa Maria Estate fil-Mellieħa ma jibqgħux ibatu intortament minn toroq imħarbta minħabba li qed titwal għal snin sħaħ il-kwistjoni ta' min hija r-responsabbilta' li jissewwew it-toroq, jekk hux tal-kunpanija Cenmed Ltd jew hux ta' l-awtoritajiet ċivili?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi fil-preżent għaddejin proċeduri fil-Qorti mill-Kunsill tal-Mellieħa kontra l-kumpanija Cenmed biex din ta' l-aħħar tagħmel il-manutenzjonijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm mill-awtorita' tad-djar għall-użu ta' l-art abbandunata li hemm bejn Triq is-Sifa u Triq Napuljun Caruana Dingli fil-Mellieħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tikkonsidra x'possibilitajiet hemm ta' żvilupp fuq l-art indikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li kien hemm xi problemi serji fix-xogħol tat-twieqi maħduma għall-isptar Mater Dei? X'kienu dawn il-problemi? Kemm kien hemm twieqi nvoluti? X'kien il-valur totali tagħhom? X'passi ttieħdu biex jiġu rrimedjati l-problemi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li hemm problemi għax-xogħol tat-twieqi maħduma għall-iSptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid x'allowances huma ntitolati għalihom kunsilliera u sindki li jieħdu sehem fix-xogħol tal-kumitati konġunti? Kemm għandna kumitati konġunti f'Malta u Għawdex? Liema lokalitajiet ikopru? Liema oqsma jikkordinaw bejniethom? X'inhuma l-parametri li fihom jaħdmu dawn il-kumitati konġunti? Min ifassal dawn il-parametri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-regolamenti ma jipprovdux għal xi allowance lis-Sindki u Kunsillieri talli jieħdu sehem fix-xogħol tal-Kumitati Konġunti pero` huma ntitolati għar-rimborz għal xi spejjez li jistgħu jagħmlu fuq kwalunkwe xogħol tal-kunsill.
F`Malta u Għawdex għandna għaxar (10) Kumitati Konġunti fuq l-infurzar lokali u sitt (6) Kumitati Konġunti fuq id-dawl tat-toroq kif jidher fit-tabelli annessa li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-Kumitati ġew iffurmati skond il-provvedimenti ta` Artikolu 37 ta` l-Att dwar il-Kunsilli Lokali fejn jittratta bil-Koperazzjoni ma Kunsilli oħra.
Il-Gvern Centrali ħajjar lill-Kunsilli Lokali biex jimxu b`dan il-metodu biex ikunu aktar cost effective fix-xogħol tagħhom. Tfassal ukoll abbozz ta` ftehim ta` koperazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali. Madanakollu fl-awtonomija tagħhom il-Kunsilli Lokali jimxu ukoll bil-parametri li jidhrilhom li huma xierqa, fil-fatt hemm xi Kunsilli Lokali li għazlu ma jieħdux parti f`ebda kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid id-dipartiment tal-artijiet għadda l-art pubblika lis-sid li se jibni pompa tal-petrol wara l-ground tal-football fil-Mellieħa? Meta sar it-trasferiment? B'liema kundizzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jingħata l-għajnuna meħtieġa t-tifel ta' 8 snin li ismu qed jintbagħat under separate cover li għandu bżonnijiet speċjali u jattendi l-iskola primarja tal-Mosta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel li kien referit lill-iStatementing Board f'Novembru 2000 u l-iSchool Psychologist u l-Art Therapist, it-tnejn assessjawh.
Meta ġie trasferit fl-iskola tal-Mosta, ġie offrut l-għajnuna tal-facilitator, iżda t-tifel irrifjutaha. L-Assistant Director - Student Services ġiet infurmata bil-każ, kif ukoll il-Clinical Psychologist fis-CDAU, fejn ġie referit it-tifel. L-omm irrifjutat li t-tifel ikun assessjat. Il-każ ġie mgħoddi liċ-Child Guidance Clinic.
Jista' l-Ministu jgħid meta se jitkompla x-xogħol li fadal fuq is-sala tal-iskola primarja tal-Imġarr? F'hiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent qegħdin jitħejjew l-offerti relattivi għax-xogħlijiet meħtieġa fis-sala msemmija. Ix-xogħlijiet sejrin jikkonsistu f'servizzi elettriċi u dawk ta' finitura. Dak li jrid isir qiegħed jiġi diskuss ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola sabiex meta jiġu ppubblikati l-offerti f'tarf Lulju 2002, dawn ikunu jikkomprendu l-ħtiġijiet kollha.
Jista' l-Ministu jgħid xi pjani hemm biex l-iskola primarja ta' l-Mqabba tkun kbira biżżejjed għall-komunita' lokali u jkollha l-faċilitajiet meħtieġa fi skola tas-seklu 21?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed jitħejjew pjanti sabiex issir sottomissjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal bini ta' numru ta' klassijiet u sala.