Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34291 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti subien u bniet li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC, suġġett b'suġġett mill-iskejjel, sekondarji tal-istat, junior lyceums, tal-knisja u privati fis-sessjoni ta' Mejju 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din l-informazzjoni tieħu ż-żmien biex tkun miġbura u bħalissa s-sistema li fiha din l-informazzjoni qed tintuża biex jiddaħħlu r-riżultati, għalhekk tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34296 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'Malta ti tmiem is-sena skolastika 2001/02, skejjel sekondarji tal-istat, junior lyceums, knisja, privat, opportunity centres imqassma f'subien u bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħrif mitlub jeħtieġ ċertu żmien biex jinġabar u jiġi verifikat u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34297 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'Għawdex fi tmiem is-sena skolastika 2001/02 bniet u subien fi skejjel sekondarji u tas-snajja, junior lyceums, u tal-knisja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab fil-lista ta’ hawn taħt. Skejjel Bniet Subien Total Junior Lyceum 180 81 261 Sekondarji 54 72 126 Skejjel tas-Snajja 11 32 43 Skejjel tal-Knisja 51 51 Total 245 236 481
Leg 9 PQ #34298 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ġgantija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjani mill-ministeru għar-restawr tat-tempju tal-Ġgantija f'Għawdex? Jekk hemm, meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minn meta twaqqaf il-Kumitat għall-Konservazzjoni tas-Siti Megalitiċi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni f’April 2000, saru studji li identifikaw diversi problemi ta’ konservazzjoni ta' tempji neolitiċi. Żewġ tipi ta’ miżuri kienu identifikati. Fost dawk il-miżuri short term li kienu urġenti u neċessarji kien hemm il-ħtieġa li jinbena scaffolding f’partijiet tas­siti li kienu identifikati mill-esperti bħala l-iktar instabbli. Għar­rigward tal­Ġgantija dan ix-xogħol sar fl-2001. Miżuri aktar long term qed jiġu studjati u investigati. Fost dawn hemm il-bini ta’ shelters protettivi fuq is-siti prinċipali fosthom il-Ġgantija.

Buġibba — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar id-drenaġġ li qed joħroġ regolarment fuq il-blat taħt il-lukanda Dolmen f'Buġibba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi d-drenaġġ mhux ħiereġ iżjed fil-post imsemmi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ħa passi mmedjati biex jara li ma kienx hemm xi ħsara jew żbroff min-naħa ta' xi main tal-Gvern. Irriżulta li l-mains tal-Gvern kienu qegħdin jiffunzjonaw tajjeb u d-drenaġġ li kien ħiereġ kien minn stabbiliment privat. Ġie identifikat dan l-istabbiliment kif ukoll il-post preċiż fejn kien hemm il-ħsara wara ħidma intensiva mid-Dipartiment tas-Sanita' mgħejjun mid-Dipartiment tad-Drenaġġ. Dan l-istabbiliment ħa passi privatament biex tissewwa l-ħsara. Wara li l-ħsara ssewwiet, mhux qiegħed jirriżulta ħruġ żejjed.
Leg 9 PQ #34196 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Santu Wistin — Working Group

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-working group li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija parlamentari 21701? Peress li għaddew iżjed minn sena u nofs mindu twaqqaf dan il-working group, ma jidhirlux il-Ministru li għadda biżżejjed żmien biex dan il-working group itemm ix-xogħol tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-working group lesta x-xogħol tiegħu u r-rakkomandazzjonijet ġew mgħoddija għall-kunsiderazzjoni ta' l-Awtoritajiet Edukattivi konċernati.
Leg 9 PQ #34202 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MISCO/KPMG

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34008 jista' l-Ministru jispeċifika x'rapporti għamlu l-kumpaniji MISCO/KPMG għan-numru ta' dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar diversi azjendi li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Din il-lista ma tinkludix rapporti li jistgħu jkunu ta' natura kummerċjali jew kummerċjalment sensittivi għall-istess azjendi.
Leg 9 PQ #34220 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'intlaħaq mill-miri tal-ewwel pjan strateġiku tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, inkluż it-3% żieda fir-rata ta' turisti li kellhom jaslu f'pajjiżna fil-medda ta' snin li għalihom jgħodd l-ewwel pjan strateġiku?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34221 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-aħħar ta' Settembru 2002, hemm xi applikazzjonijiet għal xi luna park, kunċert, divertiment fil-miftuħ f'xi spazju għall-beraħ fil-lokalitajiet ta' Pembroke u Swieqi? X'tip ta' applikazzjonijiet hemm? F'liema data se jsiru, jekk hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija m`għandix applikazzjonijiet pendenti għal xi kunċert fil-lokalitajiet ta` Pembroke u Swieqi. Dwar l-attivitajiet l-oħra, peress illi mill-1 ta` Ġunju bdew fis-seħħ ir-Regolamenti ta` l-2002 dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jitlob dan it-tagħrif lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34237 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżorsi ħarġet il-Maltacom biex tinbotta 'l quddiem il-kandidatura tas-Sur Tonry de Borro għall-post ta' segretarju ġenerali tal-organizzazzjoni dinjija tat-telekomunikazzjoni - ITU?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34238 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Segretarju Ġenerali ta' l-ITU

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż daħlet fihom il-Maltacom fil-vjaġġi u l-kampanja elettorali li għamel is-Sur Tony de Bono fil-pajjiżi tad-Danimarka, Iżlanda, Libanu, Afrika ta' Isfel, Svizzera, Renju Unit, Stati Uniti u Venezuela biex jinħatar segretarju ġenerali ta' l-ITU?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34120 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu lill-gvern biex jgħid lit-tobba li m'hemmx għalfejn joħorġu iżjed irċevuti fiskali tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 31657 u 34170.
Leg 9 PQ #34122 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Stella Maris — Għalliem

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex jgħallem l-edukazzjoni fiżika fil-Kulleġġ Stella Maris? Jista' jgħid meta nkisbu l-kwalifiki li jintitolawh biex jgħallem f'dan il-kulleġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa biex tkun għalliema regulari u qed taħdem fuq bażi temporanju (casual). Kien ġie impjegat għax l-iskola ma sabitx persuna kkwalifikata. Din il-persuna trid terġa' tapplika biex tkun approvata mill-ġdid hekk kif tibda s-sena skolastika, u jekk ma jkunx hemm persuni kkwalifikati aktar minnha li japplikaw għall-post, tista' tingħata estensjoni ta' sena skolastika oħra. Din il-persuna titħallas mill-iskola u mhux mill-fondi ta' l-istat.
Leg 9 PQ #34112 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jiġi mneħħi kull konflitt ta' interess f'dan il-każ peress li l-applikazzjonijiet PA 6059/00 u PA 3161/01 ġew sottomessi mill-uffiċċju tal-periti Demicoli & Asscociates u persuna minn dak l-uffiċju huwa chairman ta' wieħed mill-bordijiet tad-DCC?

Response (BORG, TONIO)

F`każijiet bħal dawk li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, kull membru tad-DCC hu marbut li jiddikjara l-interess u li ma jieħux parti fid-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #34113 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu dwar l-applikazzjonijiet PA 6059/00 u PA 3161/01? Jista' jgħid kif l-awtorita' waslet għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-numru ta’ riferenza ta’ l-applikazzjonijiet ikkwotati mill-Onor. Interpellant huma dawk ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Għaldaqstant m’inhix f’pożizzjoni li niġbor l-informazzjoni mitluba mingħand l-Awtorita’ tat-Turiżmu. Jekk l-Onor. Interpellant jagħtini r-riferenzi relattivi għat-talbiet lill- MTA nkun nista’ nwieġbu.
Leg 9 PQ #34114 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-aħħar binja tal-kiosk f'Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kirja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar kera tal-Catering Establishment f`Paradise Bay kienet ta` (Lm13,000) tlettax-il elf u ħames mitt Lira fis-sena. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja.
Leg 9 PQ #34116 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum Blata l-Bajda — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jitgħallmu r-Russu fil-junior lyceum, Blata l-Bajda? Kemm hemm studenti f'form II li jixtiequ jistudjaw l-istorja f'form III u mhux se jħalluhom għax qalulhom li hemm ftit wisq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena kellna sitt studenti fil-V jitgħallmu r-Russu u studenta waħda fil-Form III. Fil-Form II f'din l-iskola, kien hemm żewġ studenti biss li għażlu l-Istorja fil-Form III. Din l-option ser tingħata fil-Junior Lyceums l-oħra fejn in-numru ta' l-istudenti li għażlu dan is-suġġett jiġġustifika li tinħoloq klassi. Dawn l-istudenti ngħataw għażla li jmorru f'waħda minn dawn l-iskejjel. Huma ppreferew li jibdlu l-għażla (option) tagħhom.
Leg 9 PQ #34117 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsilli Skolastiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'laqgħat għamlu l-kunsilli skolastiċi tul din is-sena skolastika tal-iskejjel fil-livelli kollha ta' Għawdex? Xi flus għandu kull kunsill skolastiku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fil-lista ta’ hawn taħt. Skola Numru ta’ Laqgħ at Bilanċ tal-Fondi ta’ L-Iskola Skola Primarja Għarb 8 Lm 452.20 Skola Primarja Għajnsielem 8 Lm 139.00 Skola Primarja Kerċem 3 Lm 1,093.37 Skola Primarja Nadur 5 Lm 3,292.00 Skola Primarja Qala 5 Lm 517.22 Skola Primarja San Lawrenz 11 Lm 681.00 Skola Primarja Sannat 8 Lm 2,093.06 Skola Primarja Rabat 4 Lm 792.82 Skola Primarja Xagħra 7 Lm 1,499.11 Skola Primarja Xewkija 7 Lm 820.38 Skola Primarja Żebbuġ 5 Lm 629.86 Skola ta’ l-Agrikoltura u l-Bini 1 Lm 305.29 Skola Sekondarja tal-Bniet Agius de Soldanis 8 Lm 1,123.00 Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona 3 Lm 1,073.00 Skola Post Sekondarja Sir M.A. Refalo 3 Lm 2,898.00 Skola tas-Snajja Xagħra 7 Lm 69.45 Skola ta’ l-Arti 4 Lm 327.68
Leg 9 PQ #34119 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vot Sponsorship

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema attivitajiet where's everybody ingħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern taħt il-vot sponsorship mill-ministeru vot 2980 fis-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 'Where's Everybody' tħallsu s-somma ta' Lm1,713.50 mill-vot 2980 (Sponsorships) tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-produzzjoni ta' spots dwar Caravaggio trasmetti fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju.
Leg 9 PQ #33235 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Non-substantive

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fil-ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern u civil, bħal sptarijiet u skejjel, li mis-sena 1998 ingħataw allowances għal pożizzjonijiet ġodda li huma ogħla mis-substantive grade tagħhom? Jista' jgħid kemm għola gradi non-substantive kull ħaddiem f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi li qed jitħallsu, jew tħallsu, fuq skala ta’ salarju ogħla minn dik sostantiva tagħhom minħabba f’pożizzjoni li jokkupaw, jew li kienu jokkupaw, mill-1998 ’l hawn huwa ta’ tliet mija u sitta u erbgħin (343). Mitejn u disgħa u ħamsin (259) minn dawn kienu jew għadhom uffiċjali f’segretarjati privati ta’ Ministeri jew Segretarji Parlamentari u tħallsu jew jitħallsu skond id-dokument “Guidelines on the engagement of staff for Private Secretariats”. Hemm ukoll uffiċjal tal-Forzi Armati li qiegħed jitħallas fuq skala ta’ salarju ogħla minn dik marbuta mal-grad sustantiv tiegħu minħabba fix-xogħol li qiegħed jagħmel fl-Armata. Ma’ entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm ukoll żewġ (2) uffiċjali pubbliċi li qegħdin jirċievu salarju ta’ skala ogħla minn dik marbuta mal-grad tagħhom. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba’ (4) listi mmarkati minn A sa D li jagħtu d-dettalji li qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Informazzjoni dwar uffiċjali ma’ entitajiet tal-Gvern f’Ministeri oħra għandha tintalab lill-Ministri konċernati .