Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Marfa — Spieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jiġi studjat x'wassal biex l-ispieri fil-Wied tal-Marfa qed jispiċċaw bla ilma u hekk l-uċuh tal-għaleiqi fl-inħawi qed jinxfu u jmutu u l-bdiewa huma nkwetati ħafna dwar il-futur tagħhom? Jekk sar xi studju, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34606 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi indikazzjonijiet li impjanti ta' reverse osmosis pubbliċi u privati fiċ-Ċirkewwa - fil-marfa qed jolqtu ħażin l-ispieri tal-bdiewa tal-inħawi u qed jispiċċaw jew b'ilma mielaħ ħafna jew niexfa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tgħin lill-Awtorita' Maltija għar-Riżorsi fl-investigazzjoni tagħha tal-problema li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru responsabbli għal din l-Awtorita'.
Leg 9 PQ #34607 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Għadira - Ċimiterju Militari

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li hemm imħejjija għax-xogħol li jrid isir fiċ-ċimiterju militari ta' l-Għadira fil-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li x-xogħol li hu mħejji biex isir fiċ-Ċimiterju militari ta` l-Għadira fil-Mellieħa jaqa` taħt manutenzjoni, ma jirrikjedi l-ebda pjanti.
Leg 9 PQ #34608 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli toħroġ il-permessi meħtieġa għax-xogħlijiet proposti fl-inħawi magħrufa bħala ix-Xagħra ta' Selmun fil-Mellieħa b'applikazzjoni PA 06528/01?

Response (BORG, TONIO)

Din l-applikazzjoni ġiet deċiża u fid-19 ta' Ġinju, 2002, l-applikant ġie notifikat bid-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #34609 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

DNO

Question

Jista' l-Ministru jgħid mnejn jirriżulta li skond regolamenti tad-DNO ma jistax isir reservoir fuq blat għeri?

Response (BORG, TONIO)

Il-Klassi 11 ta` l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp tkopri biss ġwiebi agrikoli li jkunu fuq art kurrentement użata għall-kultivazzjoni. Dan ma jfissirx li ma tistax issir applikazzjoni għal żvilupp fl-imsemmi sit.
Leg 9 PQ #34542 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat saru s'issa bejn il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada u l-kunsill lokali ta' Pembroke biex jiddiskutu bini adekwat għal edukazzjoni primarja għat-tfal tal-komunita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nħassitx ħtieġa li jsiru laqgħat f'dan l-istadju bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke. Bħalissa qed isir xogħol biex jiġi determinat is-sit li fuqu ser issir l-iskola l-ġdida.
Leg 9 PQ #34543 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat li se jsir fil-bini ċentrali ta' l-iskola Sir Adrian Dingli sa Ottubru li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat li l-ewwel sular tal-bini ċentrali (is-'Central Core") ta' l-iskola Sir Adrian Dingli ikun lest għall-użu ta' l-istess skola sa Ottubru ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #34544 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat li jsir fil-bini ta' l-iskola primarja ta' Sliema sa Ottubru li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ppjanat li sa Ottubru li ġej isir xogħol ta' riabilitazzjoni tal-blokka tat-toilets ta' l-iskola primarja ta' tas-Sliema.
Leg 9 PQ #34547 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34367, jista' - lil hinn minn kull suppożizzjoni żbaljata - ipoġġi kopja tad-dokumenti mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 34367 f'seduta 763.

Awtorita' tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi dwar allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront ta' impjegat ta' l-awtorita' tat-trasport f'ittra ffirmata b'data tal-25 ta' Ġunju 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-ittra li qiegħed jirreferi għaliha.
Leg 9 PQ #34506 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex San Ġakbu Kavallier jinżamm nadif peress li qed jasluli lmenti regolari dwar trab u tidlik fil-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn meta fetaħ il-Kavallier ta' San Ġakbu, Ċentru għall-Kreattivita`, il-Fondazzjoni ħadet ħsieb li ċ-Ċentru jinżamm nadif u dan qed isir billi l-post jitnaddaf kuljum inluż il-Ħadd. Ġieli anke aktar minn darba kuljum skond il-bżonn. Rigward it-trab li twaqqa' l-ġebla Maltija, l-esperti tal-gvern infurmaw lill-Fondazzjoni li peress li għal żmien twil il-ġebla Maltija kienet miksija bis-siment l-aħjar soluzzjoni hi li l-ġebla titħalla mikxufa sakemm tistabilizza ruħha. Kemm l-esperti Maltin u anke Taljani li ħadmu dan l-aħħar fuq il-Knisja ta' Santa Katerina ta' l-Italja, kollha qablu li mhux rakkomandat li l-ġebla tkun trattata f'dan l-istadju, peress li jekk il-ġebla tiġi trattata wieġed aktarx jaħbi l-problema u mhux isolviha. Apparti l-problema tal-ġebla hawn fuq imsemmi, ma kien hemm l-ebda lment fuq l-indafa fil-Kavallier ta' San Ġakbu.
Leg 9 PQ #34507 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34363, jista' l-Ministru jgħid jekk sakemm isir ix-xogħol meħtieġ huwa mistenni li r-residenti fi Triq Viani Sliema, jibqgħu mingħajr is-servizz ta' l-ilma? Kemm se ddum din is-sitwazzjoni? Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tagħmel dak kollu possibbli biex is-sitwazzjoni titjieb kemm jista' jkun.
Leg 9 PQ #34539 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jgħid huwiex aċċettabbli li għalliema jieħdu lill-uliedhom magħhom l-iskola u jdaħħluhom magħhom fil-klassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi li ma ssib l-ebda oġġezzjoni li tfal ta għalliema jidħlu fl-iskola sakemm dawn ma jkunux ta' xkiel għat-tagħlim fil-klassijiet. Bi ħsiebni niddiskuti din il-policy mad-Direttur Ġenerali biex nifhem aħjar l-implikazzjonijiet ta' din il-policy.
Leg 9 PQ #34540 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Skolastiku

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi riżenji mill-kunsill skolastiku ta' l-iskola primarja ta' Pembroke? X'se jiġri issa biex jintela' l-post vakanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm riżenja waħda mill-kunsill skolastiku ta' l-iskola Primarja ta' Pembroke. Il-persuna li kien imissa minn fost dawk li kkontestaw l-elezzjoni tal-Kunsill skolastiku ġiet mistiedna ssir membru tal-kunsill sakemm issir elezzjoni oħra. Din il-persuna aċċettat u l-post vakanti mtela.
Leg 9 PQ #34541 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Skolastiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Mejju u Ġunju 2002 kemm-il darba ltaqa' l-kunsill skolastiku ta' l-iskola primarja ta' Pembroke? F'kull każ fejn iltaqa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tul Mejju u Ġunju 2002 il-kunsill skolastiku ta' Pembroke iltaqa' tliet darbiet u l-laqgħat inżzmmu fl-iskola stess.
Leg 9 PQ #34457 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċens

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34365 jikkunsidra l-Ministru jressaq riżoluzzjoni għat-tiġdid taċ-ċens tal-każin Malti fil-ġejjieni qarib biex dawk li jmexxu l-każin ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar ċertu investiment għat-titjib tal-bini u faċilitajiet li ma jiflaħx jistenna sentejn u nofs? Xi problemi hemm biex iċ-ċens jiġġedded qabel iż-żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-materja qed tiġi kunsidrata mill-aspetti kollha tagħha, inkluż il-konsegwenzi li jista` jkun hemm fuq għadd ta` proprjetajiet mogħtija lil terzi eż. ħwienet li jiffurmaw parti mill-istess konċessjoni enfetewtika li faddlilha sal-01.01.2005 biex tagħlaq.
Leg 9 PQ #34458 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34332 meta sar ix-xogħol meħtieġ fit-tiswija tal-kanna bil-ħsara fin-niżla tal-bajja ta' Għajn Tuffieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tiswija saret xi ġranet wara li l-Onorevoli Interpellant għamel il-mistoqsuja numru 34332.
Leg 9 PQ #34459 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid ittieħdux xi passi mill-pulizija wara lmenti minn residenti u operaturi turistiċi li fil-bini ta' kostruzzjoni fuq sit f'kantuniera bejn Summer Street u St. Simon Street f'Buġibba, qed ikun hemm minn siegħat bikrin ta' fil-għodu b'ħafna ħsejjes insapportabbli b'inkonvenjenzi kbar għall-ġirien? X'passi ttieħdu? X'riżultati ħallew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi xi ġimgħat ilu il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra kellha ilment mingħand operatur ta` stabbiliment turistiku dwar ix-xogħol li kien qed isir fis-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Il-Pulizija immedjatament ħadet il-passi meħtieġa fejn wissiet lill-kuntrattur sabiex josserva il-ħinijiet li fihom għandu jsir ix-xogħol. Wara dan il-Pulizija ma kellhiex aktar ilmenti.
Leg 9 PQ #34460 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Skola Primarja - Tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34336 dwar xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tenders imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33333 ser jiġu ppubblikati l-ġimgħa d-dieħla mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Għaldaqstant, appena jiġu appuntati l-kuntratturi, jinbeda x-xogħol immedjatament.
Leg 9 PQ #34461 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid mindu fetaħ il-Kavallier ta' San Gakbu kemm-il darba ħadmu u kemm-il darba ma ħadmux il-liftijiet peress li wasluli lmenti li dawn iżjed ma jaħdmux milli jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` li tieħu ħsieb il-Kavallier ta' San Ġakbu ma żżommx statistika tar-rapporti li jsiru meta xi lift ma jaħdimx. Meta jkun hemm ilment dwar lift li ma jaħdimx jittieħdu l-passi meħtieġa.