Jista' l-Ministru jgħid tistax l-awtorita' tal-komunikazzjoni tilqa' t-talba tar-residenti fi Triq il-Fraxxnu, San Ġiljan u tevalwa x'radjazzjoni elettro-manjetika ħtieġa minn fuq it-tagħmir tal-kommunikazzjoni il-bejt tar-residenza Stella Maris fl-istess triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni bħalissa hija mpenjata b'survey xjentifiku ta' ħamsin antenna tal-mobile phone base stations f'diversi bliet u rħula Maltin kif ġie avżat xi jiem ilu. Dan il-proġett għandu jitlesta' sa l-aħħar ta' Settembru meta jiġu ppubblikati r-riżultati. Għalhekk it-talba tar-residenti msemmija tista' tiġi kkunsidrata wara li tintemm il-fażi tas-survey ta' din is-sena. L-Awtorita' ser tkompli b'dan il-proġett fis-sentejn li ġejjin, fejn ser ikomplu jitkejlu madwar ħamsin antenna kull sena.
Jista' l-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili din is-sena? Kif intagħżlu dawk li ġew promossi? Kif kienu marru fl-eżami bil-miktub li għamlu wara kors fl-1999? Kif imbagħad qabżu 'l quddiem ċerti persuni fl-interviews?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, għadhom ma ingħataw l-ebda promozzjonijiet fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jiġi studjat x'wassal biex l-ispieri fil-Wied tal-Marfa qed jispiċċaw bla ilma u hekk l-uċuh tal-għalieqi fl-inħawi qed jinxfu u jmutu u l-bdiewa huma nkwetati ħafna dwar il-futur tagħhom? Jekk sar xi studju, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed issir ħidma mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, sew ma' l-Awtorita' dwar ir-Riżorsi u sew b'survey fil-post, bil-għajnuna tal-bdiewa milquta, biex tkun stabbilita l-kawża ta' dan in-nuqqas mhux tas-soltu, ta' ilma fl-ispejjer tal-Marfa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34606 li ġiet riferuta lilu, jista' jgħid hemmx xi indikazzjonijiet li impjanti ta' reverse osmosis pubbliċi u privati fiċ-Ċirkewwa - fil-Marfa qed jolqtu ħażin l-ispieri tal-bdiewa tal-inħawi u qed jispiċċaw jew b'ilma mielaħ ħafna jew niexfa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara investigazzjoni li għamlet l-Awtorita ta' Malta dwar ir-Riżorsi jista jiġi kkonfermat li l-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa, li tħaddem il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ma jħalli l-ebda effet fuq l-ispejjer tal-bdiewa fl-inħawi. Ta' min jgħid illi fl-1989 il-Water Works Department, li dak iż-żmien kien responsabbli għall-istallazzjoni ta' l-impjant taċ-Ċirkewwa, ħa ħsçb bçx jalloka l-impjant il-barra mill-private abstraction zone sabiex ma jaffettwax ħażin lill-bdiewa. Qatt ma ġew irrappurtati problemi fuq xi spejjer.
Iżda minn investigazzjoni li għamlet l-Awtorita dan l-aħħar, jirriżulta li operatur ta' lukanda fil-Marfa qçgħed itella ilma minn-boreholes bçx jippurifikaħ permess ta' impjant tar-Reverse Osmosis
Għalhekk l-Awtorita ta' Malta dwar ir-Riżorsi ħarġet Enforcement Notice fil-11 ta' Lulju, fejn l-operatur ġie ordnat bçx ma jużax dawk il-boreholes minn fejn qçgħed itella dan l-ilma, u jçħu l-ilma dirett mill-baħar.
L-Awtorita jidhrilha li n-nuqqas ta' l-ilma li qçgħed jiġi rrapurtat huwa wkoll kawża tan-nixfa ta' dawn l-aħħar snin, barra minn l-irfçħ ta' l-ilma bla rażan minn xi operaturi irresponsabbli. L-Awtorita qçgħda tkompli bl-investigazzjonijiet u timmonitorja s-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppaw s'issa r-relazzjonijiet bejn iċ-ċentru Nazzjonali tar-restawr u l-Istituto centrale del restauro ta' Ruma? X'inhuma r-relazzjonijiet preżenti? Kif hu mfassal li se jiżviluppaw fil-futur?
Response (GALEA, LOUIS)
Iċ-Ċentru Malti għar-Restawr avviċina l-Istituto Centrale per il Restauro(ICR) ta’ Ruma f’Mejju ta’ l-1999, ftit jiem biss wara t-twaqqif taċ-Ċentru bi proposta għal ftehim ta’ kollaborazzjoni. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar it-3 ta’ Mejju 2000 u kien, skond ix-xewqat ta’ l-ICR, validu għal tul il-ħajja tar-raba’ Protocol Finanzjarju ta’ bejn Malta u l-Italja. Dan il-ftehim formali skada f’Diċembru 2000 flimkien mar-raba’ Protocol. In-naħa Maltija proponiet tiġdid tal-ftehim formali iżda dan ma seħħx peress li l-ICR dejjem esprima preferenza li kwalunkwe ftehim isir fil-kwadru tal-ħames Protocol ta’ bejn Malta u l’Italja, liema Protocol għadu mhux finalizzat.
Fil-bidu ta’ din is-sena, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr ikkonferma lill-Gvern Malti li jixtieq ikompli jikkolabora ma’ l-ICR iżda f’ambitu ta’ kollaborazzjoni aktar wiesgħa ma’ entitajiet oħra Taljani. Fil-fatt, fil-ġejjieni qarib mistennija jiġu mħabbra il-ftehim formali bejn iċ-Ċentru Malti u mill-anqas żewġ istituzzjonijiet nazzjonali Taljani involuti fit-taħriġ u r-riċerka fil-kamp tar-Restawr.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar tliet snin kien hemm xi investigazzjoni li saret mill-pulizija dwar każ ta' attentat ta' avveleniment li sar fuq impjegata fil-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS? Fejn waslu l-investigazzjonijiet? Kemm ġew miġbura u nterrogati persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli l-uniku każ li b`xi mod jista` jinkwadra skond din il-Mistoqsija Parlamentari, huwa rapport li kien sar lill-Pulizija nhar it-12 ta` Novembru 2001, fejn kien ġie irrapurtat illi jumejn qabel impjegata kienet sabet xi velenu tal-ġrieden fil-kaxxa tat-tea bags tagħha. B`dan il-każ kien anke` ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u fl-investigazzjoni tagħha il-Pulizija kellmet diversi persuni. Din l-investigazzjoni għad mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jissewwa d-dawl pubbliku li ilu żmien twil maqtugħ fi Triq l-Għamad f'kantuniera ma' Triq il-Molletta fis-Swieqi?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm il-ħsieb li jitnaqqsu ħaddiema minn mal-Maltapost fid-dawl tal-korrispondenza li għaddiet bejn New Zealand Post u l-gvern ta' New Zealand li fid-dawl tal-ftehim bejn Transend u Maltapost se jitnaqqsu l-ħaddiema żejda minn mal-Maltapost?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li bħalissa qed jitħejja business plan li ser jinkludi wkoll l-utiliżżar tal-ħaddiema tal-kumpanija bl-aħjar mod. It-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dan il-business plan bl-ebda mod ma' jippreġudika d-drittijiet tal-ħaddiiema.
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 1999, 2000 u 2001 kemm investiment kapitali sar minn ċittadini Maltin f'pajjiżi oħra? Kemm kien l-ammont, sena b'sena? F'liema pajjiżi sar dan l-investiment kapitali?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar l-investiment kapitali li sar minn ċittadini Maltin normalment permezz ta' entitajiet u kumpanniji reġistrati taħt l-Att ta' l-1994 dwar il-Kumpanniji fis-snin imsemmija. Dan juri li l-ekonomija tagħna qegħda timmatura.
Jista' l-Ministru jgħid liema postijiet u ħatriet fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ntlew s'issa tul is-sena 2002? F'kull każ, min intgħażel biex jimla dawn il-postijiet? F'kull każ, min applika biex jimla dawn il-postijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-lista bl-ismijiet u l-ħatriet li mtlew s'issa matul din is-sena 2002 fuq il-Mejda tal-Kamra. Inħoss li l-ismijiet ta' l-applikanti sabiex jimtlew dawn il-postijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali.
Infurmat li f'din il-lista mhux qed ikunu nklużi l-għalliema li għalkemm l-ittra tal-ħatra ingħatatilhom din is-sena, il-postijiet imtlew u l-ħatriet kienu b'seħħ minn Settembru - Ottubru 2001.
Infurmat ukoll li ma din il-lista mhumiex inklużi l-ħatriet ta' Activity Teachers peress li għalkemm dawn huma approvati diġa`, il-ħatra tagħhom se tkun b'seħħ mill-bidu tas-sena skolastika li ġejja.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi jistgħu jittieħdu għat-traffic management, traffic lights u miżuri li jistgħu jgħinu lill-pedestrians jaqsmu bla periklu għall-ħajjithom il-by-pass ta' B'Kara biex jaslu l-universita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku u d-Direttorat għat-Toroq qed jaħdmu biex jingħata aċċess aħjar għal dawk li jkunu jridu jaqsmu f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid liema studenti u f'liema istituti tal-MCAST qed jintalbu jsibu sponsors għall-istudji tagħhom? Meta ġew mgħarrfa l-istudenti li jridu jsibu sponsors? Kemm ingħataw żmien biex isibu sponsors? X'jiġri jekk ma jsibux sponsors? X'għajnuna qed jingħata mill-MCAST biex l-istudenti jsibu sponsors?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li dawk l-istudenti li jintalbu jsibu sponsor huma dawk l-istudenti li jaqgħu taħt l-iskemi tat-TAS u ta' l-ESTS. Dawn l-istudenti jattendu l-Istitut ta' l-Inġinerija tal-bini u tal-Kostruzzjoni, l-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn u l-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika.
Infurmat ukoll li l-istudenti ġew mgħarrfa li jridu jsibu sponsor meta rċevew id-dar il-Prospectus ta' l-MCAST kif ukoll fil-laqgħat ta' informazzjoni li saru għall-ġenituri. Tagħrif simili jingħata miċ-ċentru ta' Informazzjoni u Appoġġ ta' l-MCAST li huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Saret ukoll laqgħa mill-ETC biex tinforma lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom dwar l-isponsors. Il-maġġor parti ta' l-istudenti jaqgħu taħt waħda mill-iskemi ta' l-apprendistat li huma Extended Skills Training Scheme u Technician Apprenticeship Scheme u huma għaldaqstant apprendisti. Dawn iż-żewġ skemi huma responsabbilita` tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Waħda mill-funzjonijiet tal-Korporazzjoni hija li tgħin lil dawn l-apprendisti jsibu sponsors, madanakollu jekk l-apprendist jieħu l-inizjattiva u jfittex sponsor din l-inizjattiva ma titwaqqafx. Pero l-isponsor misjub mill-apprendist xorta jkollu bżonn l-approvazzjoni tal-Korporazzjoni.
Infurmat ukoll li ż-żmien li jingħataw l-apprendisti sabiex isibu sponsor jiġi stipulat mill-ETC.
Fil-passat jekk l-istudent ma jsibx sponsor l-apprendistat tiegħu jiġi mwaqqaf. Madanakollu din is-sena il-Bord tal-Gvernaturi ta' l-MCAST ħa deċiżjoni li dawk l-istudenti li ma jinstabilhomx sponsor jingħataw l-opportunita li jkomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom fil-laboratorji u l-ħwienet ta' taħriġ tal-Kulleġġ.
Fl-aħħarnett infurmat li għalkemm mhix ir-responsabbilta ta' l-MCAST iżda ta' ETC li tgħin lill-istudenti jsibu sponsor, fl-istituti ta' l-MCAST isir ħafna xogħol sabiex jgħinu lill-istudenti jsibu dawn l-isponsors.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet fuq l-applikazzjoni PA 06611/00 mill-awtorita' ta' l-ippjanar u li dwar l-iżvilupp inkwistjoni hemm mandat ta' imbizzjoni minn wieħed mill-ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Din l-applikazzjoni ġiet approvata, suġġett għal ħlas ta` CPPS.
B'riferenza għat-tweġiba 34607, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ta' ħidma għax-xogħol li jri isir fiċ-ċimiterju militari ta' l-Għadira fil-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm ta' ħidma għax-xogħol li jsir fiċ-Ċimiterju ta' l-Għadira fil-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga x'ġara mill-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta' Buġibba mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u jingħad li kienet ġiet tiswa Lm34,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta` Buġibaa ma kienitx proprjeta tal-Kunsill.
Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlestew ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-toroq ta' Swieqi, fit-toroq li jieħdu u jagħtu għal Triq is-Swieqi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntratt tax-xogħlijiet f'dawn it-toroq jagħlaq fl-aħħar ta' Settembru u l-proġett hu mistenni jitlesta' fiż-żmien.
Jista' l-Ministru jgħid min huma s-sidien tal-kiosks kollha li hemm f'Ta' Sliema u f'San Ġiljan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sakemm dawn il-liċenzji kienu għadhom jinħarġu mill-Pulizija, mir-records disponibbli jidher li kien hemm dawn il-persuni li kellhom liċenzja ta` fixed kiosks fil-lokalitajiet imsemmija fil-Mistoqsija:-
Tanti Edward; Tanti Martin; Camilleri Anthony; Gauci Josephine; Catania Anthony; Cutajar Emanuel; Zammit Josephine; Cuschieri; Cachia Anna.
Peress li l-permessi għal attivita` kummerċjali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma baqgħux jinħarġu mill-Pulizija, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jistax d-dipartiment tal-kunsill lokali jinvestiga jekk hemmx tagħmir tat-tindif mixtri mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar li mhux qed jintuża għal xogħol tal-kunsill? Fejn jinsab dan it-tagħmir? Kif intuża matul is-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funżjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-bqija ta' Triq in-Nissieġ fin-Naxxar li għadha maqlugħa u mħarbta tinkesa u tingħata t-tarmac minħabba l-inkonvenjenzi kbar ta' trabijiet u ħsara għas-saħħa tar-residenti tal-lokal?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-direttorat għat-Toroq qed jara x'jista' jsir f'dan il-każ.