Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35155 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni ta' s-Sur Marin Hili lil sħabu tal-bord li jmexxi l-korporazzjoni tal-Freeport li abbażi tagħha waslu għall-konklużjoni li m'hemmx konflitt ta' interess bejn is-sehem privat tiegħu fil-port ta' Venezja u l-ħatra pubblika tiegħu fil-Freeport? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti bl-informazzjoni li tahom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' għidt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 35023 waqt is-Seduta numru 782, li kienet titratta l-istess suġġett, huma l-istess karatteristiċi tal-port ta' Venezja, speċjalment il-pożizzjoni ġeografika tiegħu fil-parti magħluqa tal-baħar Adrijatiku madwar seba' mitt mil il-bogħod mir-rotta ewlenija tat-trasbord ta' containers fil-Mediterran, li jwasslu għall-konklużjoni li l-istess port ta' Venezja ma jikkompetix mal-Malta Freeport.
Leg 9 PQ #35132 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spazju se jieħu l-MCAST li s'issa kien qed jintuża mill-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispazju li ħa l-MCAST li kien jintuża mill-iskola Primarja tax-Xagħra ġewwa Għawdex huma żewġt ikmamar u li nstab spazju biżżejjed fl-istess skola għall-użu li kien isir minnhom.
Leg 9 PQ #35133 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet (sala, klassijiet, playground) se jieħu l-MCAST mill-bini tal-iskola primarja tax-Xagħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MCAST se juża dawk il-faċilitajiet li kienu jappartjenu lill-iskola tas-Snajja' Mary Mejlaq.
Leg 9 PQ #35137 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija 34914, jista' jgħid kemm għaddew studenti fl-eżami tas-SEC fis-suġġetti kollha fis-sessjoni ta' Mejju 2002: 1) mill-iskejjel sekondarji subien tal-gvern 2) mill-junior lyceum subien 3) mill-iskejjel tal-knisja subien 4) mill-iskejjel privati subien a) f'Malta b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35138 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija 34913, jista' jgħid kemm għaddew studenti fl-eżami SEC (sessjoni Mejju 2002) fis-suġġetti kollha: 1) mill-iskejjel sekondarji bniet tal-gvern 2) mill-junior lyceum bniet 3) mill-iskejjel tal-knisja bniet 4) mill-iskejjel privati bniet a) f'Malta b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35137.
Leg 9 PQ #35142 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jibqgħalna mill-bini, faċilitajiet u spazju li kellha s'issa l-iskola primarja tax-Xagħra wara li fl-istess bini se jidħol l-MCAST, biex l-iskola tax-Xagħra tkun f'pożizzjoni li jintlaħqu l-għanijiet tal-kurrikulu minimu Nazzjonali li jessiġi ċerti spazji li se jitlef?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l­iskola Primarja tax­Xagħra ser jibqgħalha bini, faċilitajiet u spazju biżżejjed biex jintlaħqu l­għanijiet tal­kurrikulu Minimu Nazzjonali wara li fl­istess kumpless ser jidħol l­MCAST.
Leg 9 PQ #35154 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qormi — Dar għall-Anzjani

Question

B'riferenza għall-każ ta' l-Onor. s-segretarju parlamentari George Hyzler li jrid iwaqqaf fondazzjoni biex bi sħab man-negozjant Nazzareno Vassallo tinbena dar għall-anzjani f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid meta u kif l-Onor. Hyzler mexa mal-kodiċi ta' etika għal segretarju parlamentari li skond sezzjoni G (l-interessi privati) p16 u 17 huwa obbligat jikseb l-approvazzjoni tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jirrizultax illi l-inizzjattiva li ha s-Segretarju Parlamentari George Hyzler bhala promotur tal-Fondazzjoni imsemmija tammonta b’xi mod ghal xi interess privat fit-termini tas-Sezzjoni G tal-Kodici ta’ Etika ghall-Ministri u Segretarji Parlamentari. In¿id nghid li s-Segretarju Parlamentari kien strumentali fit-twaqqif ta’ fondazzjoni li l-ghan ewlieni taghha huwa inkorporat fl-Art.3 tal-istatut li kopja tieghu qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra. Qabel ma twaqqfet il-fondazzjoni s-Segretarju Parlamentari agixxa ta’ promotur taghha u kiteb lill-Kummissarju tal-Artijiet dwar il-possibilita` li l-arja tac-centru tas-sahha ta’ Hal Qormi tinghata ghall-iskop li tinbena dar ghall-anzjani flimkien mal-privat. Hija politika tad-Dipartiment tal-Artijiet illi talbiet biex art tal-Gvern tigi kunsidrata li tinhareg bil-procedura tas-sejha ghall-offerti ma jigux kunsidrati fin-nuqqas ta’ “outline development permit” mill-MEPA (li huwa essenzjalment qbil fil-principju). Ghalhekk saret l-ap plikazzjoni (PA 01818/02) u sakemm giet trattata, il-fondazzjoni twaqqfet fl-10 ta’ Lulju 2002 meta l-Istatut gie tranzuntat fl-atti tan-Nutar Gerard Spiteri Maempel.
Leg 9 PQ #34946 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru tar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk fiċ-Ċentru tar-Restawr hux qed isir xogħol għall-privat u jekk l-ħlassijiet li jgħaddu jispiċċawx fid-dħul taċ-ċentru? X'sistemi hemm biex jiżguraw li x-xogħol li jsir fiċ-Ċentru għall-privat iħalli dħul għaċ-ċentru u mhux għal xi individwu?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr joffri s-servizzi tiegħu kemm lis-settur pubbliku kif ukoll lill-privat. Fejn ix-xogħol ikun ta' natura kummerċjali, jiġi miġbur il-ħlas skond stima li tkun ingħatat minn qabel lid-Dipartiment, organizzazzjoni jew individwu konċernat. Meta l-proġett ikun wieħed didattiku, jiġifieri l-opra tkun magħżula primarjament għax tkun addattata biex fuqha jipprattikaw l-istudenti mingħajr terminu ta' żmien, ma jintalabx ħlas iżda ħafna drabi ċ-:entru jagħmel kull mezz sabiex jiġbor l-ispejjeż tal-materjal. Infurmat ukoll li jeżistu proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li l-ħlasijiet li jsiru jgħaddu kollha kemm huma għaċ-Ċentru. L-ebda xogħol ma jista' jsir fiċ-Ċentru sakemm ma jingħatax numru ta' proġett u tittieħed deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Management tal-proġetti taċ-Ċentru jekk dan għandux jitqies bħala xogħol didattiku jew kummerċjali. F'kull każ, il-ħlas dovut, kemm għas-servizzi u anke għall-materjal, jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet taċ-Ċentru.

Swieqi — Triq il-Faxxina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi hemm fi Triq il-Faxxina fis-Swieqi biex xi ħadd għamel rampa bil-ħamrija biex jgħaddi b'vetturi tqal għal fejn ipparkjati f'għalqa li tagħti għal fuq it-triq? X'awtorizzazzjoni hemm biex jagħmel sinjali ta' No Parking quddiem l-aċċess għal din l-għalqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma ħareġ l-ebda permess biex issir rampa bil-ħamrija u lanqas biex issir in-No Parking Sign li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #34959 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 34792, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni msemmija u x'azzjoni relattiva se tittieħed u meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt ftit ġranet wara li l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta, ħaddiema tal-Korporazzjoni marru jagħmlu l-ispezzjoni. Għandi għax naħseb li l-Onorevoli Membru innota li x-xogħol meħtieġ diġa' inbeda u fil-fatt twaħħal arblu. Ix-xogħol biex jitneħħa l-cable temporanju huwa ppjanat li jitkompla mill-aktar fis.
Leg 9 PQ #34960 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

1) When did PBS publish last its Accounts? 2) How many 'consultants' are employed directly or indirectly by PBS? Who are they? What is the cost to the station or to the exchequer of each of these 'concultants'? 3) Is it true that a particular 'consultant' is also a part-time contributor with PBS? Does the authorities responsible consider the two roles exercised by this individual as being compatible? What is the total amount of remuneration received by this individual as a contributor, during his tenure as a consultant? 4) Can the minister responsable for broadcasting report on the fate of the works carried out by the Task Force appointed some time back? Is the Task Force still in force? What has or is the Task Force costing PBS or the Exchequer? What is or was the remuneration of the members of the Task Force

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-PBS Ltd tippubblika r-Rapport Finanzjarju tagħha, u kif obbligata tagħmel bħala Limited Liability Company tissottometti r-Rapport Annwali lill-Malta Financial Services Centre regolarment darba fis-sena. L-aħħar Rapport Finanzjarju, dak għas-sena 2000 ġie ppubblikat wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali f'Awwissu 2001. Ir-Rapport għas-sena 2001 mistenni jkun pubblikat ix-xahar id-dieħel. Bħalissa l-Kumpanija għandha konsulent wieħed. Fr. Joe Borg huwa l-konsulent għall-Bord tad-Diretturi dwar xandir, skedar ta' programmi u riformi. Il-PBS Ltd., kif ingħad kemm il-darba f'dan il-Parlament, hija entita` kummerċjali li topera f'industrija kompetittiva ħafna u għalhekk dettalji dwar materji ta' natura kummerċjali jistgħu jkun ta' dannu għaliha jekk jiġu ppubblikati. Għalhekk l-informazzjoni mitluba dwar ħlas lill-konsulent inħoss li għandha tibqa' kunfidenzjali. Informat ukoll li huwa veru li dan il-konsulent jieħu parti f'xi programmi tar-radju bħala kontributur. Ta' dan ix-xogħol ma jitħallasx u qatt ma tħallas minn kemm ilu konsulent. Minħabba li l-parteċipazzjoni tiegħu fi programmi tar-radju hija relatata mal-professjoni tiegħu, u minħabba li kif diġa` għidt ma jitħallasx għal dan ir-rigward tas-servizzi tiegħu, ma nħossx li hemm xi kunflitt bejn ir-rwol ta' konsulent u dak ta' kontributur. Ir-rakkomandazzjonijiet li saru mit-Task Force imwaqqfa apposta ġew studjati u nittama li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ġejjieni. Bħalissa għadhom qed isiru sforzi biex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat f'dak li jirrigwarda l-iSkema ta' Irtirar kmieni. Għalkemm it-task Force għadha kostitwita, ma tistax tkompli topera qabel jintlaħaq ftehim dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha. Fl-aħħarnett infurmat li l-aħħar ħlas li sar liż-żewġ membri tat-Task Force kien ikopri l-perjodu li għalaq f' Diċemru 2001. Bħalissa m'hemm ebda ħlas dovut u għalhekk it-Task Force bħalissa mhux qed tiswa flus lill-PBS Ltd. jew lill-gvern. Għal raġunijiet imsemmija qabel mhux il-każ li jiġi pubblikat il-ħlas li sar liż-żewġ membri tat-Task Force. Nista' nassigura lill-Kamra li l-ammont huwa wieħed relattivament żgħir (ftit mijiet) u li kieku l-membri kellhom jitħallsu bir-rati kummerċjali ta' ażjendi ta' konsulenti, ir-rapport kien jiġi jiswa ħafna aktar. Infurmat li l-ħlas sar lil żewġ membri tat-Task Force għaliex it-tielet membru huwa Fr. Joe Borg li anke f'dan il-każ il-ħlas għas-servizzi tiegħu lit-Task Force kien inkluż fil-ħlas dovut lilu bħala konsulent.

Engineered Landfills

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jintbagħtu xi kunsillieri jżuru pajjiżi oħra biex jaraw kif taħdem "engineered landfill"? Liema kunsilliera mil-liema inħawi se jintbagħtu? Fejn se jintbagħtu? Liema "engineered landfills" se jżuru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-klawsola numru 1.1.43 tat-tender li ħareġ il-Gvern, imsejjaħ Integrated Solid Waste Management Project, u li bħalissa hemm konsultazzjonijiet dwaru ma' tliet konsozji. Din il-klawsola tirrikjedi li l-kuntrattur magħżul għandu, meta mqabbad mill-Gvern, jagħmel arranġamenti għal żjajjar f'pajjiżi oħra fejn metodi simili għall-immaniġġjar, trattament, proċessar u rimi ta' skart huma diġa' eżistenti. Dawn iż-żjajjar huma maħsuba għal dawk il-kunsilliera li huma nvoluti direttament max-xogħol ta' engineered landfill. S'issa l-Kunsill Lokali tan-Naxxar biss wera x-xewqa li jżur faċilitajiet simili f'pajjiżi oħra, u l-ħsieb huwa li delegazzjoni minn dan il-Kunsill iżżur engineered landfill, landfill f'pajjiż ieħor u sit ta' Civic Amenity.
Leg 9 PQ #35023 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Container Port Terminal

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34829, kif wasal għall-konklużjoni tiegħu? Fuq liema bażi u x'fatti kellu f'idejh għall-konklużjoni tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' intqal fl-istqarrija maħruġa nhar il-Ġimgħa 19 ta' Lulju 2002, l-istess karatteristiċi tal-port ta' Venezja, speċjalment il-pożizzjoni geografika ta' dan il-port fil-parti magħluqa tal-baħar Adrijatiku daqs seba' mitt mil il-bogħod mir-rotta ewlenija tat-trasbord ta' containers fil-Mediterran, iwasslu għall-konklużjoni li ż-żewġ portijiet ma jikkompetux ma' xulxin.
Leg 9 PQ #34915 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna tfal Maltin u Għawdxin jattendu l-aħħar sena tal-primarja fl-iskejjel tal-gvern fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' tfal Maltin u Għawdxin li kienu jattendu l-aħħar sena fl-iskejjel Primarji ta' l-iStat kien ta 2238 tifel u 1930 tifla, għal total ta 4168 tifel u tifla.
Leg 9 PQ #34916 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz Farmaċewtiku tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif qed joħorġu boroż ta' mediċini mis-servizz farmaċewtiku tal-gvern u jitqassmu b'xejn? X'inhi n-nefqa tal-gvern fuq mediċini pprovduti minn dan is-servizz kull xahar jekk tieħu l-medja tas-sena 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern iqassmu mediċini u tagħmir mediku lill-isptarijiet tal-Gvern, Health Centres kif ukoll lill-pazjenti speċifiċi. Jista` l-Onorevoli jindika għal liema 'Boroż ta` mediċini' qiegħed jirreferi?

San Pawl il-Baħar — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga x'ġara mill-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta' Buġibba mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u jingħad li kienet ġiet tiswa Lm34,000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-funtana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet inxtrat mill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni. In-nefqa totali fuq ix-xiri u stallazzjoni tal-funtana kien jammonta għal madwar Lm56,776. Din il-funtana sas-sajf l-ieħor kienet qed tintrama fix-xhur tas-sajf f'Buġibba b'arranġament ta' armar u manutenzjoni mal-kumpanija MDS (parti mill-WSC). Dan l-arranġament kien qed jiswa lit-Taqsima tax-Xogħlijiet is-somma ta' Lm7,000 fis-sena. Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni li għalissa din il-funtana ma tintramax aktar u bħalissa tinsab maħżuna f'imħażen tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #34943 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Marfa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34729, meta huwa maħsub li tkun lesta l-ħidma biex tkun stabbilita l-kawża tan-nuqqas ta' ilma mhux tas-soltu fl-ispejjer tal-Marfa.

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħidma għadha għaddeja sabiex tinstab il-kawża kif ukoll is-soluzzjoni għal din il-problema. Pero nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-Dipartiment iżda huwa marbut ma kemm tagħmel xita u ma kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.

Reverse Osmosis

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34730 x'passi ttieħdu kontra l-bore holes bla permess f'qiegħ il-Wied tal-Marfa mill-operatur ta' lukanda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34730, fejn ġie kkonfermat li ħarġet Enforcement Notice lill-operatur fil-11 ta' Lulju.
Leg 9 PQ #34945 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34732, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew interrogati nies mill-pulizija dwar il-każ tal-velenu tal-ġrieden mat-tea bags ? X'jonqos biex tiġi konkluża l-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tul il-kors ta` din l-investigazzjoni il-Pulizija tkellmet ma` mhux anqas minn ħdax-il persuna. Dawn kollha taw ukoll ix-xhieda tagħhom fl-Inkjesta Maġisterjali, illi l-proċess verbal dwarha għad ma ġiex redatt.
Leg 9 PQ #34220 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'intlaħaq mill-miri tal-ewwel pjan strateġiku tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, inkluż it-3% żieda fir-rata ta' turisti li kellhom jaslu f'pajjiżna fil-medda ta' snin li għalihom jgħodd l-ewwel pjan strateġiku?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-paġni Nri. 20 – 23 tal-Pjan Strateġiku l-ġdid ta’ l-MTA, li jelenkaw ir-riżultati ġenerali li kisbet l-Awtorita’ matul il-perjodu 2000 / 2. Barra minn hekk, paġni Nri. 24 – 29 jelenkaw ukoll lista dettaljata tal-programmi kollha, li wettqet l-Awtorita’ matul il-ħajja ta’ l-ewwel Pjan Strateġiku.