Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35308, jista' jgħid kemm intlqagħu talbiet għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju?
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talbiet li intlaqgħu għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda huma kif se nsemmi:
Qasam Primarju Qasam Sekondarju
Malta 43 40
Għawdex 3 7
Total 46 47
Jista' il-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li qed jiġi importat tip ta' diesel li jdaħħan ħafna u joħloq problemi fil-makni tal-karozzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed timporta diesel ta' kwalita' Ewropea magħruf bħala 'EN590'.
Tajjeb jingħad li d-duħħan jista' jkun ikkaġunat minn nuqqas ta' manutenzjoni tal-vettura.
Jista’ il-Ministru jgħid x’konsiderazzjoni qed tingħata lill-ittra tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li bagħtet lid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni fid-9 ta’ Settembru, 2002 dwar bintha b’diżabilita’?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Sekondarji ta' l-Istat, l-istudenti jattendu sa ma jagħlqu sittax-il sena. Ikomplu jattendu biss meta jaqbżu din l-eta` dawk li huma fil-ħames klassi u/jew għandhom potenzjal akkademiku.
Informat li fil-każ imsemmi, l-istudenta li għalqet is-sittax-il sena, tattendi s-Sannat Special Unit fejn tista' tkompli l-edukazzjoni tagħha.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tneħħiet mill-junior lyceum Carlo Diacono? Xi kwalifiki għandha? Min intbagħat minfloka? Xi kwalifiki għanda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-klassifikazzjoni tal-Junior Lyceum Carlo Diacono irriżulta li kien hemm għalliem żejjed (redundant) fil-Matematika. Il-Junior staff member f'dan is-suġġet kient il-persuna msemmija, li għalhekk ġiet trasferita fi skola oħra fejn kien hemm nuqqas ta' għalliem tal-Matematika.
Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-l-fdalijiet preistoriċi li hemm fl-inħawi Tas-Sruġ f’Għawdex li jinsabu fil-periklu li jiġu meqruda minn iżjed u iżjed bini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'post fi Triq is-Srug, ix-Xagħra, instabet evidenza ta' fdalijiet preistoriċi waqt eżerċizzju ta' Archaeological Impact Assessment li kien qed isir fl-istess post in konnessjoni għal żvilupp. Ta' min jgħid li fl-area fejn instabet din l-evidenza għadu ma ngħata ebda permess għal żvilupp. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet għadu jrid jagħmel aktar studji u analiżi ta' din l-evidenza.
Jista’ il-Ministru jgħid x’konsiderazzjoni se tingħata mill-MEPA għall-oġġezzjonijiet tar-residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq għall-applikazzjoni 01254/01 li kieku kellha tiġi aċċettata ċċaħħadhom minn art u mogħdija li jqisu tant bżonnjużi għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dwar l-applikazzjoni PA 1254/01, il-MEPA ma rċeviet ebda rappreżentazzjonijiet jew oġġezzjonijiet minn residenti. Din l-applikazzjoni li hija talba sa biex tiġi rijabilitata camping site eżistenti u jsiru xogħolijiet ta` landscaping ġiet approvata mill-MEPA fid-29 ta` April 2002.
Jista' il-Ministru jgħid x’rapporti saru mill-awtorita' tar-riżorsi fuq l-ispejjer tal-Wied tal-Marfa dwar il-problemi li nħolqulhom fix-xhur li għaddew wara li sfaw bla ilma? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' ħejjiet rapport fejn ġew identifikati l-kawżi tan-nuqqas ta' ilma rappurtat mill-bdiewa. Qed inqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-MEPA biex tipproteġi s-sies tas-sruġ li jibqa' jdur sa l-inħawi ta' Santa Verna fix-Xagħra, Għawdex li tant huwa karatteristiku ta' Għawdex u li jinsab fil-periklu li jinqered?
Response (BORG, TONIO)
Il-MEPA ħejjiet studji dwar l-importanza ta` l-inħawi tas-Sruġ, limiti tax-Xagħra, Għawdex, liema studji jindikaw li hemm bażi għal protezzjoni tas-sies. L-Awtorita` qegħda tikkonsidra li tiskeda is-sies u l-inħawi tas-Sruġ bħala Arja ta` Importanza Ekoloġika, Sit ta` Importanza Xjentifika u Sit ta` Importanza Arkeoloġika.
Minħabba numru t`applikazzjonijiet għal żvilupp, matul l-aħħar xhur il-MEPA b`kollaborazzjoni mas-Superintendenza tal-Wirt Kulturali u l-Bord Konsultattiv dwar il-Wirt, ordnat isiru skavi xjentifiċi sabiex jiġi determinat il-firxa tad-depożiti arkeoloġiċi li hemm fiż-żona ta` żvilupp ta` l-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin 1) bniet 2) subien li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom is-sena skolastika li għaddiet:
a)
junior lyceum
b) area secondary
c) tal-knisja
d) privat u
e) tas-snajja?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid meta l-Malta Enterprise Board se jibda jopera u minn fejn? X’se jiġri mill-ħaddiema li huma impjegati mal-korporazzjonijiet li se jifformaw il-Malta Enterprise Board? X’numru ta’ ħaddiema u xi gradi ta’ dawn il-ħaddiema hemm bżonn biex il-Malta Enterprise Board tibda topera? Hemm xi ħsieb li jiġu mpjegati nies minn barra l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Malta Enterprise Board? X’se jiġri mill-ftehim kollettiv li għandhom dawn il-korporazzjonijiet (MDC, MIMCOL, METCO, eċċ.) u mill-ħaddiema tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Huwa maħsub li, sa l-aħħar ta' din is-sena, tkun inħolqot il-Malta Enterprise bħala aġenzija pubblika li ser tiġbor fiha il-funzjonijiet fil-preżent koperti mill-MDC, METCO u IPSE. Dan sabiex dawn il-funzjonijiet jiġu indirizzati b'mod aktar integrat u għalhekk ukoll b'mod aktar effettiv.
Il-Gvern diġa' ta' l-assikurazzjoni tiegħu li ħadd mill-impjegati preżenti ta' l-MDC, METCO jew IPSE mhu ser jispiċċa mingħajr impjieg. Fil-fatt huwa maħsub li 'l maġġoranza ta' dawn l-impjegati ser jikkostitwixxu l-bażi ta' l-aġenzija l-ġdida (i.e. tal-Malta Enterprise).
Huwa ppjanat li, fil-futur qarib ħafna, jingħataw aktar dettalji dwar dan is-suġġett direttament lill-ħaddiema involuti kif ukoll lill-Unions li jirrappreżentawhom.
Meta se tingħata l-għajnuna li ntalbet għall-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li din is-sena se tibda l-ħames sena? Meta l-istatementing board se jipproċessa t-talba li saret għal din it-tifla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa l-Istatementing Board ma jirriżultalux li għandu xi talba biex tingħata l-għajnuna lill-istudenta msemmija.
X’rapporti saru mill-awtoritajiet fil-biedja dwar l-ispejjer ta’ Wied il-Marfa li fix-xhur li għaddew sfaw bla ilma? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma saru l-ebda rapporti mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura. Sar biss survey minn uffiċjali ta' l-agrikultura fl-inħawi milquta, fejn ittieħdet nota ta' prodotti li kienu jitkabbru u l-kundizzjoni tagħhom.
X’għajnuna se tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li se jattendi grade 6 fl-iskola St. Elizabeth, Sliema li ilu mis-sena li għaddiet jitlob għajnuna biex jegħleb id-diffikultajiet biex jitgħallem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-każ ġie referut lill-iStatementing Board.
X’inhuma r-raġunijiet li għalihom d-direzzjoni ta’ l-orkestra nazzjonali għall-kunċert riċenti ta’ l-Enemalta ma kenitx f’idejn Chris Muscat kif kellu jiġri oriġinarjament u kif fil-fatt bdew il-provi?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li minħabba n-natura tax-xogħol ta' Christopher Muscat bħala uffiċċjal eżekuttiv impjegat ma' l-Orkestra ma hux opportun li jieħu sehem f'direzzjoni ta' kunċerti fl-istess waqt li jkun involut fin-negozjati dwarhom.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema kriterji ġiet aċċettata l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għall-ħatra ta' assistent kap ta' skola mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-eliġibilita` tal-persuna msemmija għall-post ta' Assistent Kap qed tkun riveduta mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-għalliema li ntlaqgħet it-talba tagħhom għal trasferiment għal skola oħra għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
3) lejn liema skejjel iċċaqalqu f'kull każ?
Jista' il-Ministru jgħid kemm intlqagħu talbiet għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jidħlu f'xi istitut tal-MCAST f'Malta u f'Għawdex, għas-sena akkademika li se tibda? F'liema istituti applikaw f'kull każ u f'kull istitut kemm se jiġu aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 1,620 żagħażagħ li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-ewwel sejħa ta' applikazzjonijiet għal dħul fl-MCAST f'Malta u Għawdex għas-sena akkademika 2002-2003.
In-numru ta' applikazzjonijiet s'issa Istitut b'Istitut hu kif ġej:-
Istitut Numru ta' dawk li applikaw
Malta Għawdex
Istitut ta' l-Inġinerija 265 12
Elettronika
Istitut ta' l-Inġinerija 176 4
tal-Bini u Kostruzzjoni
Istitut tat-Teknoloġija 464 21
ta' l-Informatika u l-
Komunikazzjoni
Istitut tan-Negozju u 513 19
Kummerċ
Istitut ta' l-Arti u d- 183 0
Disinn
Istitut Marittimu 19 1
In-numru ta' kemm ser jiġu aċċettati f'kull Istitut, jiġi definit wara t-tieni sejħa għal applikazzjonijiet li ser toħroġ fil-ġranet li ġejjin.