Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35732 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Twaqqigħ ta' Fabbrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tipproċessa l-applikazzjoni 06254/01 biex titwaqqa' fabbrika eżistenti u tinbena oħra minflokha? Meta se tipproċessa l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Direttorat ta` l-Ippjanar fi ħdan il-MEPA analizza l-'Project Description Statement' u ġie stabbilit li m`hemmx bżonn ta` 'Environment Impact Assessment'. L-applikant intalab jissottometti construction and management plan, rapport dwar il-ħarsien kontra n-nirien u l-ventilazzjoni u l-livell massimu ta` enerġija elettrika li għandu bżonn l-iżvilupp. Kif din l-informazzjoni tingħata id-Direttorat jipproċedi bil-konsultazzjonijiet mad-dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, l-Enemalta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita`.
Leg 9 PQ #35733 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors tal-PGCE

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema korsijiet tal-PGCE fetħu din is-sena? F'kull kors kemm applikaw studenti? F'kull kors kemm ġew aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena fetaħ il-PGCE f'disa' suġġetti. In-numru ta' applikazzjonijiet u kemm ġew aċċettati minnhom huma kif ġej: Suġġett Applikazzjonijiet * Aċċettati Business Studies 39 6 Computing 6 2 English 16 12 French 5 4 Geography 10 10 PSE 37 6 Religion 5 4 Science 12 9 Social Studies 22 8 * In-numru ta' applikazzjonijiet jinkludu l-applikazzjonijiet ta' dawk li indikaw il-kors bħala t-tieni jew it-tielet preferenza, anke jekk huma kienu aċċettati f'xi kors ieħor jew fl-istess kors imma suġġett differenti.
Leg 9 PQ #35735 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema tat-Taljan — Applikazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li din is-sena applikaw biex jidħlu jgħallmu t-Taljan f'xi skola tal-gvern? Min kienu l-persuni li applikaw? B'liema kwalifiki? Min ġie aċċettat? B'liema kwalifiki?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għażla ta' l-għalliema regolari ssir permezz ta' proċess imniedi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni kollha relatata mal-proċess ta' l-għażla tappartjeni lill-istess Kummissjoni u hija kunsidrata minnha bħala kunfidenzjali. Għalhekk, ma hux fil-ġurisdizzjoni tiegħi li nwassal l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35762 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Vokazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-kunsill nazzjonali għall-kwalifiki vokazzjonali? Kemm lesta mix-xogħol tiegħu? X'fadallu jagħmel? Liema oqsma stabilixxa l-livelli meħtieġa għall-għarfien tal-kwalifiki vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MPVQAC, wara ħafna xogħol fil-livell lokali u anke wara kuntatti internazzjonali mal-European Training Foundation u The Scottish Qualifications Authority, issottometta Operational Plan, flimkien ma budget lill-Ministeri tal-Politika Soċjali u ta' l-Edukazzjoni. Dan il-pjan għadu għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati.
Leg 9 PQ #35777 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegat

Question

B'riferenza għall-ittra mibgħuta lill-Ministru b'kopja lili mill-koppja li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu sepratament (datata 26.09.2002), jista' il-Ministru jivverifika jekk l-assistent direttur li ismu wkoll qiegħed jintbagħat separatament qal il-kliem attribwit lilu u li jekk qal jarax li żgur mhux aċċettabbli li jkun uffiċjal ta' sistema edukattiva li tiddikjara li trid tkun inklussiva?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-verifiki li tlabt li jsiru b'ebda mod ma jirriżulta li fit-telefonata bejn l-uffiċċjal edukattiv konċenat (u mhux assistent direttur) u omm l-istudenta kien hemm il-kliem jew l-atteġjament dispreġjattiv li għalih issir riferenza fl-ittra.
Leg 9 PQ #35666 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-awtorizazzjoni mogħtija mill-ministeru tiegħu lill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada biex din tkun tista' tissellef mill-APS Bank?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35665.
Leg 9 PQ #35667 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-liċeo tas-subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja ta' Tal-Pieta' filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għad irid jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35668 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' xogħol li permezz tiegħu l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada mpjegat messaġġier magħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tal-Kuntratt mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35669 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, skola skola, sena b'sena, hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel kollha statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha, skola skola, sena b'sena, għal dawk li jaħdmu ġo klassi wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif miblub irid jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35727 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pembroke — Skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi jistgħu jittieħdu f'Pembroke fejn inħawi differenti qed jimtlew bi skart fuq art mhijiex mibnija, kif ilmenta f'ittra lill-awtoritajiet is-sindku tal-lokal (16 ta' Settembru 2002, 46/3016/02/0/131/132/288)?

Response (BORG, TONIO)

Hekk kif lill-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jirriżultalha li xi ġmiel jew siwi ta` xi żona huwa imħassar bid-dehra jew kundizzjoni ta` xi art, l-Awtorita` tista` tinnotifika lil sid l-art jew lil min jokkupha b`avviż sabiex jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara li tkun speċifikata fl-ordni. Minn naħa tiegħu il-Kunsill se jkun imfakkar li għandu juża ukoll is-servizz tal-Wardens sabiex issir sorveljanza fl-area fejn allegatament qed jintefa` l-iskart. L-ittra ma rreferiet għal ebda każ speċifiku għaldaqstant il-Kunsill se jkun mitlub jinforma lill-Aworita`, bil-każi speċifiċi u bl-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien tal-art rispettivi sabiex l-Awtorita` tieħu l-azzjoni.
Leg 9 PQ #35729 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors għall-Ċertifikat fil-qasam tal-Quantity Surveying

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-kors għall-ċertifikat fil-qasam tal-quantity surveying li kienu jattendu ħdax għalih u li beda s-sena li għaddiet? Se jiġi assorbit mill-kors għal diploma li għalih l-MCAST se jiċċarġja Lm175 fis-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors tal-Quantity Surveying kienu jattendu għalih ħdax-il student. Dawn l-istudenti qegħdin isegwu l-kors ta' Draughtsman bħala main kors. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll l-MCAST baqgħu mexjin fuq l-istess linji ta' qabel u kull min kien beda l-kors ta' Draughtsman baqa' sa' l-aħħar dħul tal-kors mad-Diviżjoni (ie. 2000-2001). Kienu offruti l-kors fil-Quantity Surveying li tiegħu kien jingħata ċertifikat u ta' dan ma jsir ebda ħlas. Dan ser jibqa' jsir sakemm jispiċċaw l-aħħar grupp (11). Il-Qasam tal-Quantity Surveying sar qasam professjonali u b'taħriġ separat. Għalhekk wara l-ewwel sena mit-twaqqif ta' l-Istitut ta' l-Inġinerija tal-bini u Kostruzzjoni fl-MCAST, rajna l-importanza ta' dan il-qasam, u rnexxielna nġibu mezz kif nistgħu nibdew minn din is-sena Kors fil-livell ta' Diploma fil-Quantity Surveying. Dan ser isir b'għajnuna minn barra. Għalhekk l-applikanti għall-Kors tad-Diploma jistgħu jkunu kemm studenti li segwew jew qed isegwu l-kors ta' Draughtsman, li numru konsiderevoli minnhom huma minn dawk il-ħdax li semma' l-Onor. Membru. Il-ħlas ta' Lm175 huwa għal kull min applika għall-kors tad-Diploma li ser isir fil-għaxija.
Leg 9 PQ #35660 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

B'riżultat ta' sejħiet għall-offerti li ġew ippubblikati mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada biex isiru xogħlijiet ta' tikħil u tibjid f'16-il zona, jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel sar dan it-tip ta' xogħol fil-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2002 u llum u x'inhu antiċipat li jsir u f'liema skejjel bejn illum u l-31 ta' Diċembru 2002, billi f'kull każ jgħid min kienu l-kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet u għal kull skola rispettivament iqiegħed kopja tal-bill of quantities bir-rati tax-xogħol imkejjel, filwaqt li f'kull każ ukoll jgħid jekk il-kuntrattur li ntagħażel kellux l-orħos offerta jew inkella l-aktar waħda vantaġġjuża għall-fondazzjoni, filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-technical adjudication reports għas 16-il zona rispettivament li għalihom ġew ippubblikati l-offerti u kopja tal-letters of acceptance kollha maħruġa mill-istess fondazzjoni għax-xogħlijiet kollha msemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' l-iskejjel li fihom sar ix-xogħol imsemmi bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru 2002, kif ukoll, kopji ta' letters of acceptance maħruġa fuq disgħa minn sittax-il lokalita`. Il-letters of acceptance rigward is-seba' lokalitajiet oħra għadhom ma ħarġux, peress li għad irid jiġi deċiż meta jista' jsir ix-xogħol meħtieġ, bla ma jiġi mfixkel it-tagħlim fl-iskejjel. Informat li l-bills of quantity għadhom qed jiġu vverifikati billi f'xi każijiet kien hemm bżonn li jsir xogħol aktar milli oriġinarjament stmat mit-tekniċi, u f'xi każijiet, għad irid isir il-kejl tax-xogħol li sar kif ukoll il-kwalita`. Filwaqt li l-Bord ta' Aġġudikazzjoni kkonsidra r-rapport tekniku, li kopja tiegħu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta, meta eżamina ċ-ċirkostanzi kollha ta' kull kuntrattur u l-bżonnijiet ta' l-iskejjel primarji u sekondarji, l-imsemmi Bord aġġudika, kull fejn kien hekk ġustifikat, a bażi ta' l-orħos offerta, u fejn kien ġustifikata mod ieħor a bażi tat-tieni, it-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt l-orħos offerta.
Leg 9 PQ #35661 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-offerti dipartimentali maħruġa mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum u li meta l-istess sejħiet għalaq iż-żmien tal-pubblikazzjoni tagħhom irriżulta li qabżu l-figura ta' Lm20,000? Għaldaqstant fl-istess ħin jista' jgħid liema minnhom ġew riferuti lid-direttur tal-kuntratti, mil-liema minhom sar tnaqqis ta' kwantitajiet jew items biex jiġu taħt il-valur ta' Lm20,000 u għalhekk għal liema minnhom kellhom jerġgħu joħorġu sejħiet għall-offerti ġodda peress li jkun sar dan it-tnaqqis iżda fl-istess ħin xorta jkun meħtieġ li jiġu pprokurati tali ħteġijiet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-letters of acceptance kollha li ħarġu minn din il-fondazzjoni flimkien mal-bills of quantity rispettivi tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Serinpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi sEdutalista ta' tenders li l-ewwel offerta tagħhom qabżet l-Lm20,000 flimkien mal-letters of acceptance rispettivi. It-tabella tindika wkoll liema minnhom ġew riferuti lid-Direttur tal-Kuntratti u l-prezz finali, jekk kien hemm xi tnaqqis. Tender wieħed, numru FTS/20/02, sarlu tnaqqis fl-items, u nħareġ tender separat għal dawn (numru FTS/42/02).
Leg 9 PQ #35662 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

B'riferenza għall-rapport li deher fil-ħarġa ta' "In-Nazzjon" tal-Ġimgħa 30 ta' Awissu 2002, jista' il-Ministru jgħid b'mod dettaljat fiex jikkonsisti l-infiq ta' madwar Lm100,000 u Lm 80,000 rispettivament fuq l-iskejjel primarji ta' Wied il-Għajn u l-Gżira filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni flimkien ma bills of quantity dettaljati li għandhom jakkumpanjaw dawn l-ittri f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-infieq li sar fuq l-iskejjel tal-Gżira u Wied il-Għajn hu kif se nsemmi: Gżira: Acceptance of Tender bid-data tal-31 ta' Lulju 2002 maħtuġa mid-Direttur tal-Kuntratti lil Polidano Brothers Ltd. ta' Lm50,109.80. Il-kont rispettiv għadu qed jiġi mkejjel. Wied il-Għajn: L-infiq li sar, u li ser isir, fuq l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn huwa kif ġej: Infiq ta' xogħlijiet li saru: 1. Xogħolijiet strutturali u ta' kostruzzjoni Lm24,679.15 Kalaxlokk Co. Ltd. 2. Xogħlijiet ta' tikħil u żebgħa Lm10,286.00 R.Scicluna Ltd & VEBS Co. Ltd 3. Xogħlijiet konnessi ma' servizzi ta' l-elettriku, ilma, eċċ Lm6,439.00 Netcom Ltd. 4. Xogħlijiet ta' madum, irħam, eċċ Lm8,925.49 Camray Contractors, CD Borg Co. Ltd, Agius Marbles Ltd. 5. Xogħlijiet ta' aluminium Lm4,875.70 Koperattiva Aluminium u Servizzi Oħra. Infiq fuq xogħlijiet committed: 6. Installazzjoni ta' lift Lm8,150.00 Topserv Ltd. 7. Installazzjoni ta' platform stairlift Lm3,070.00 Elmein Ltd. Infiq ieħor neċessarju: 8. Biex jitwassal servizz ta' dawl għal-lifts Lm4,000.00 TOTAL: Lm70,425.19 Kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Bills of Quantity konċernati qed jiġu verifikati.
Leg 9 PQ #35663 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Infiq fuq Mantuenzjoni

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' l-infiq, pagament b'pagament, li saru mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998 għall-voti tal-construction and adaptation works in government schools u tar-refurbishment and maintenace for government schools rispettivament, it-tnejn voti kapitali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jirrikjedi ċertu xogħol biexjinġabar u jiġi verifikat, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35664 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada tirtira mill-pubblikazzjoni s-sejħiet għall-offerti FTS 98-02 supply and installation of electrical, mechanical and ELV systems, 97-02 supply and installation of a vertical trasportation system li kollha kellhom jiġu prokurati għall-iskola primarja ta' Ħ'Attard?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rigward tender numru 97-02, kif diġa` fissirt fit-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 35659, jirriżulta li kienet diġa' ħarġet tender għall-istallazzjoni ta' lifts fl-iskejjel u allura ma kienx hemm bżonn il-ħruġ ta' tender oħra. Informat li b'referenza għal tender numru98-02 meta ġew verifikati l-istimi dettaljati mogħtija mill-konsulenti irriżulta li t-tender għandha tiġi riferuta għall-proċeduri tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #35665 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

B'riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' "In-Nazzjon" ta' l-Erbgħa 11 ta' Settembru 2002 fir-rigward ta' self li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għamlet mill-APS Bank, jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-ftehim li ntlaħaq u l-awtorizazzjoni mogħtija mill-ministeru tal-finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tal-ftehim milħuq ma' l-APS Bank, kif ukoll l-awtorizazzjoni mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35654 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' individwi, kumpanniji jew working partnerships li wrew interess fis-sejħa ppubblikata mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għall-building services engineering consultancy liema avviż deher fil-ħarġa ta' "Il-Mument" tal-Ħadd 23 ta' Ġunju 2002 u f'ġurnali oħra, liema sejħa għalqet fil-11 ta' Lulju 2002? F'kull każ jista' jqiegħed kopja tad-dokumentazzjoni ta' kull sottomissjoni li saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kumpaniji li wrew interess fis-sejħa għall-building services engineering consultancy huma dawn li ġejjin:- Scicluna & Associates Harrison Malta Environmental Technology Services Ltd Coastal Management Company Ltd Martin C. Pizzuto E.N. Engineering Ltd Żammit & Associates
Leg 9 PQ #35655 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sottomissjoni li rċeviet il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada b'riżultat ta' avviż li deher fil-ħarġa ta' l-Erbgħa 26 ta' Ġunju 2002, u f'ġurnali oħra fejn deher avviż għal dawk li huma interessati li jaqdu lill-fondazzjoni f'various trades and services liema sejħa għalqet fit-18 ta' Lulju 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #35656 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, liema sejħa dehret f'The Times tas-Sibt 17 ta' Lulju 2002 u f'ġurnali lokali oħra u li għalqet il-Ġimgħa 26 ta' Lulju 2002? Jista' jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-għarfa u jekk il-persuna ġiet maħtura f'din il-kariga, iqiegħed kopja tal-curriculum vitae tagħha u tal-kuntratt ta' xogħol li għandha ma' l-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada huma dawn li ser insemmi:- Is-Sur Arthur William Jordan Il-Perit Joseph Cachia Fearne Il-Perit Damian Vella Lenicker Il-Perit Leonard Żammit Il-Perit Frank Cortis Is-Sur Stephen Schembri Il-Perit Godfrey Vella Baldacchino Saru l-intervisti meħtieġa u l-Fondazzjoni għażlet lill-Perit Dr Joseph Cachia Fearne u bgħatet għalih. Peress li dan ma aċċettax il-kondizzjonijiet tal-kuntratt offrut, il-Fondazzjoni sejħet lill-persuna li ġeit it-tieni fil-proċess ta' l-għażla. Għaldaqstant ġie magħżul il-Perit Leonard Żammit. Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.