Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħarsien tas-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mill-istrutturi tal-ħarsien tas-sigurta` u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol biex jissorveljaw il-plant room tal-pixxina nazzjonali fejn wires ta' l-elettriku jixxarbu regolarment mill-ilma li jiskala mis-saqaf mill-ilma ta' min ikun qed jieħu shower b'periklu għall-ħajja tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol biex jinvestigaw il-każ.
Leg 9 PQ #36215 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Rapport Finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport finanzjarju dettaljat tad-dħul u ħruġ tal-junior college bid-dettalji dwar nefqa kapitali u nefqa rikorrenti għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bid-dettalji tad-dħul u ħruġ tal-Junior College għas-snin 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36224 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja — Minor Staff - Pornografija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar rapport li xi ħadd mill-minor staff minn skola sekondarja statali tal-bniet, li isimha qed jintbagħat separatament, wera materjal pornografiku lill-studenta u anke messha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-każ imsemmi, ittieħdu l-passi kollha li huma fl-interess tat-tifla konċernata, wara konsultazzjoni mat-tifla u l-ġenituri tagħha.
Leg 9 PQ #36090 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-istituti tal-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita` fl-istituti ta' l-MCAST hu kif ġej: L-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika 3 L-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni 2 L-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l- 5 Komunikazzjoni L-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ 5 L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn 2 L-Istitut Marittimu 0 Iċ-Ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex 0 Total 17
Leg 9 PQ #36093 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed tistenna l-awtorita' ta' l-ippjanar biex toħroġ il-permessi meħtieġa għal bus shelter ħdejn il-Belleview kif applika l-kunsill lokali tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-17 ta` Ottubru 2002, l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet imressqa quddiem il-Kummissjoni għal-Kontroll ta` l-Iżvilupp u ġiet approvata. Il-permess relattiv ser jinħareġ din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #36095 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati: 1) full-time 2) part-time mal-kumpanija pubblika PBS?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mal-Public Broadcasting Services Ltd hemm 186 impjegati full-time u impjegat wieħed part-time.

Mosta — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa biex id-djar fi Triq Sir Arthur Barton fil-Mosta jiġu konnessi mas-sistema tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet għandhom jitkomplew hekk kif jinħarġu l-permessi kollha mill-MEPA. Il-kuntrattur diġa' nfurmat b'dan u ser ikompli dalwaqt.

Mosta — Triq Sir Arthur Barton

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir it-Triq Sir Arthur Barton fil-Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Ministeri għas-Servizzi Ekonomiċi qegħdin jagħmlu l-preparamenti biex it-triq msemmija mill-Onor. Interpellant tiġi asfaltata.
Leg 9 PQ #36102 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija tat-Tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm irziezet tat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom permess joperaw bħalissa? Kemm hemm irziezet tat-tiġieġ li ġew magħluqa matul din is-sena għax kisru r-regolamenti rilevanti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' rziezet għat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom liċenzja hu 332. Matul din is-sena l-ebda razzet ma ngħalaq imma bħalissa għaddejja nvestigazzjoni dwar razzett.
Leg 9 PQ #36040 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Fiżika — Gradwazzjoni fil-B.Ed.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw mill-kors tal-B.Ed. fl-edukazzjoni fiżika din is-sena? Kemm minnhom ġew impjegati fuq bażi full jew part-time mal-gvern, ma' l-iskejjel tal-knisja jew ma' l-iskejjel indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Novembru li ġej mistennija jigradwaw 20 student bil-B.Ed (Hons) li għandhom l-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett ta' speċjalizzazzjoni. Informat ukoll li ma' l-iskejjel ta' l-Istat ġew imjegati 4 fl-iskejjel sekondarji biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika, u 2 fl-iskejjel primarji. Ġew impjegati wkoll 7 biex jgħamlu xogħol ta' Activity Teachers ta' l-Edukazzjoni Fiżika. Dawk li ġew impjegati ma' l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa hekk: Skejjel tal-Knisja - 2 (full-time) Skejjel Indipendenti - nil
Leg 9 PQ #36041 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqda Sportiva — Coaches Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemm xi coaches barranin li qegħdin Malta jgħinu lil xi għaqda sportiva li għandhom permess jaħdmu fi skejjel f'Malta jew Għawdex? Jekk hemm, jista' jgħid f'liema skejjel qegħdin u xi sport qegħdin jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tal-coaches affiljati ma' Clubs u Assoċjazzjonijiet Maltin fl-2000, 2001, 2002, li għandhom permess mill-Expatriate Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jaħdmu hawn Malta, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li bħal issa m'hemmx 'coaches' barranin fl-Iskejjel Statali, la f'Malta u anqas f'Għawdex. Filwaqt li fl-iskejjel Privati hemm 2 coaches barranin li qegħdin jaħdmu fl-iskejjel Indipendenti kif ukoll qegħdin f'xi għaqda sportiv. Dawn qegħdin f'dawn l-iskejjel Indipendenti u għandhom permess biex jaħdmu. Skejjel Indipendenti Jgħallmu St Michael's Foundation Edukazzjoni Fiżika Verdala International Edukazzjoni Fiżika
Leg 9 PQ #36043 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti Full-Time

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 35598, jista' il-Ministru jgħid għal kull istitut kemm applikaw studenti biex jibdew kors full-time mal-MCAST? Jista' jgħid kemm ġew aċċettati studenti minn kull istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' dawk li applikaw biex jibdew kors full-time ma' l-MCAST u dawk li ġew aċċettati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti b'akkużi dwar drogi matul din is-sena? X'kienu l-gravita' ta' l-akkużi fil-każi differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li n-numru ta` persuni li tressqu l-qorti b`akkuzi dwar drogi matul din is-sena sa l-10 ta` Ottubru, 2002, hu kif ġej: 21 kumpilazzjonijiet 330 sommarji Id-differenza tal-gravita` hi li kumpilazzjonijiet ikunu każi fejn l-akkuza tkun dwar traffikar filwaqt li sommarji jkunu kazi fejn l-akkuza tkun dwar pussess/uzu personali.
Leg 9 PQ #36084 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Overdose

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fl-isptarijiet ta': 1) Malta 2) Għawdex din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Awissu 2002 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa130 każ ta' "overdose". Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt: It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenement inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44) Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenement b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) Kategorija Ċ: Avvelenement minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenement kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10- Y14) Kategorija Jannar-Awissu 2002 A 20 B 2 Ċ 108 Total 130 Dwar Għawdex, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #36027 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Immigranti llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal inkarigat mill-pulizija li kienu qed jakkumpanjaw lill-immigranti illegali li ntbagħtu lura l-Eritrea fuq ajruplan tal-Air Malta nhar it-Tlieta 1 ta' Ottubru? Sar xi rapport minn dan l-uffiċjal dwar inċident li ġara fuq l-ajruplan huma u ġejjin lura mill-Eritrea? Sar xi rapport dwar id-dagħa u kliem ħażin minn xi pulizija u membri ta' l-Armata wara li lembuba ta' wieħed mis-suldati nstabet li kienet nieqsa u li fil-fatt instabet wara li l-ajruplan wasal Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq it-titjira imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien hemm Supretendent inkarigat mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, filwaqt li l-membri ta` l-Armata kienu taħt il-kmand ta` Maġġur. Infurmat ukoll illi fuq din it-titjira mar kollox kif ippjanat u ma ġew irrapurtati ebda inċidenti. Dwar l-allegazzjoni ta` lembuba nieqsa, peress li kif allegat fil-Mistoqsija din kienet tappartjeni lill-membru ta` l-Armata, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36029 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Imigranti Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min kien l-uffiċjal inkarigat mis-suldati li akkumpanjaw lill-immigranti illegali li ntbagħtu lura l-Eritrea nhar 1 ta' Ottubru? Sar xi rapport minn dan l-uffiċjal dwar rapport li sar minn suldat li kienet tnaqqsitlu l-lembuba tas-servizz li wara nstabet fl-istess post li kien qiegħed bil-qegħda l-istess suldat? Minnu li dan l-istess uffiċjal ordna li ħadd ma jinżel minn fuq l-ajruplan qabel ma tinstab din il-lembuba iżda kien hemm kemm pulizijia u suldati xorta niżlu fost għajjat u kliem ħażin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-lembuba li l-Onorevoli Interpellant irrefera ghaliha ma nstabitx ghal xi hin fil-post li thalliet waqt il-vjagg lura mill-Eritrea. Din il-lembuba nstabet meta s-suldati u l-pulizija kienu nizlin lura minn fuq l-ajruplan. Ghaldaqstant ma nhassitx il-htiega li jsiru xi investigazzjonijiet ulterjuri.
Leg 9 PQ #36033 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Immigranti Klandestini

Question

Il-kaptan ta' l-ajruplan ta' l-Airmalta tat-titjira li nhar 1 ta' Ottubru ħadu immigranti illegali lejn l-Eritrea, jista' il-Ministru jgħid jekk għamilx xi rapport dwar inċident li ġara huma u ġejjin lura meta ma nstabitx lembuba ta' wieħed mis-suldati li kien hemm abbord?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #36036 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Spiża ta' Titjiriet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm swew s'issa lil Airmalta t-titjiriet li saru biex jiġu rimpatriati immigranti illegali din is-sena? Jista' jgħid kemm saru titjiriet fejn l-ajruplan kien kollu mehud minn dawn in-nies? Jista' jagħti lista ta' kull titjira? X'kienet id-destinazzjoni tagħha? Kemm kien in-numru ta' persuni li kienu Malta illegalment? Kemm kien hemm membri tas-sigurta'? Kemm kien hemm illegali oħra li ttieħdu wieħed wieħed jew fi gruppi żgħar? L-Airmalta titħallas mill-gvern jew minn x'imkien ieħor għal dawn it-titjiriet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija peress li l-ispiża ta' dawn it-titjiriet tiġi mħallsa mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #36038 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Immigranti Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-korp tal-pulizija li jintbagħtu biex jeskortaw immigranti illegali lejn pajjiżhom jagħmlu dan fuq bażi volontarja? Jekk ma jkunx hemm min ikun irid imur kif jintagħżlu? Jingħataw xi kumpens extra għal dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull meta kien hemm il-bżonn tas-servizz hekk kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, dan dejjem ġie provdut. Naturalment jekk ikun il-każ, dawn il-Pulizija jitħallsu tal-ħinijiet li jaħdmu extra.