Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36686 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — San Ġiljan - Triq il-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-persuni li isimhom qed jintbaghat separatament li tteħditilhom biċċa art taħt il-pont reġjonali biex issir triq ta' aċċess pubbliku għar-residenti li joqogħdu fi blokk ġdid fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed jiġbor ir-riċerki relevanti biex jiġi legalment stabbilit min huma s-sidien ta` l-art indikata biex ikun jista` jitħallas il-kumpens miftiehem.
Leg 9 PQ #36588 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtrat karta u kartun għall-istamperija tal-gvern bis-sistema tal-local purchase order u mingħand liema aġent fil-perjodu Jannar sa Diċembru 2001 u Jannar sa Awissu 2002?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninstab infurmat li l-Istamperija tal-Gvern nefqet l-ammonti indikati hawn taht bis-sistema ta’ “Local Purchase Order” f’xiri ta’ karti u kartun: Jannar 2001 – Dicembru 2001: Lm11,099.246 Jannar 2002 – Awissu 2002: Lm11,195.48 Il-Karta u l-kartun gew mixtrija minghand dawn l-agenti: Jannar – Dicembru 2001 Jannar – Awissu 2002 Frank S Portelli Kasco Trading Ltd Arrowshift Contracts Ltd Beck Graphics Ltd M Demajo Group of Co Frank S Portelli Kasco Trading Ltd Arrowshift Contracts Ltd Fortuna Ent Ltd Interprint Beck Graphics Ltd JM Trading Ltd
Leg 9 PQ #36610 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Civil Protection — Leading assistant Rescue Officer

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ġie riferut lill-kummissjoni għas-servizz pubbliku li lmentat li ġiet maqbuża inġustament f'Awissu li għadda għal post ta' leading assistant rescue officer mas-civil protection

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-kaz tal-persuna (li dettalji dwarha intbaghtu separatament u li lmentat li nqabzet ingustament f’Awissu li ghadda ghal post ta’ “Leading Assistance and Rescue Officer” mas-“Civil Protection”) kien investigat mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku. Il-persuna msemmija giet infurmata bid-decizjoni tal-Kummissjoni.
Leg 9 PQ #36612 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Backlog

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'backlog għandu ta' każi pendenti bħalissa l-istatementing moderating panel? Kemm ilhom jistennew dawn il-każi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36613 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Backlog

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jara każi kull ġimgħa l-istatementing moderating panel u kemm jieħu sigħat biex jara dawn il-każi kull ġimgħa? Kemm iħoss li għandu jiltaqa' iżjed kull ġimgħa biex iniżżel il-backlog pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord qed jara tnax il-każ fil-ġimgħa u jieħu sitt siegħat kull ġimgħa fil-laqgħat mal-ġenituri u mat-tfal, u sagħtejn oħra preparazzjoni. Huwa maħsub li biex iniżżel il-backlog il-panel ikollu jiltaqa' d-doppju tal-ħin imsemmi għal tul ta' sitt xhur.
Leg 9 PQ #36614 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/Riżorsi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'budget u x'riżorsi għandu l-istatementing moderating panel biex ikun jista' jaħdem? X'budget u riżorsi qed jitlob għas-sena li ġejja?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36615 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Filing/Database

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sistema ta' filing u database għandu l-istatementing moderating panel biex ikun jista' jagħmel ix-xogħol tiegħu? X'sar biex din is-sistema titqiegħed fuq bażi soda wara li fi Frar 2002 il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament spiċċat minn segretarja u ma għamlitx handover xieraq lill-panel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Panel qed jieħu ħsieb biex ikun hemm sistema fejn kull applikazzjoni tiġi reġistrata, jinfetaħ file għal kull każ u dan jingħata numru ta' referenza, kif ukoll li jkollu database li fiha jinżammu d-dettalji kollha fuq kull każ, li jinkludu: isem, indirizz, skola, data tat-twelid, kundizzjoni, r-rakkomandazzjoni tal-bord, review, eċċ.
Leg 9 PQ #36582 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35669, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, skola skola, sena b'sena, hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel kollha statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha, skola skola, sena b'sena, għal dawk li jaħdmu ġo klassi wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36583 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35667, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-liċeo tas-subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja ta' Tal-Pieta' filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet li saru fl-iskola ta' Kordin u tal-Pieta` huma dawn: Kordin: * Xogħol ta' twaqqigħ u bini li sar minn Kalaxlokk Co. Ltd. Valur: Lm30,804.66, li minnu tħallas Lm27,593.05 * Xogħol ta' finitura li sar/qed isir minn Camray Contractors Ltd. Valur: Lm25,535.00 * Xogħol ta' aluminium, soffit u injam, li sar minn Marsalite Ltd. Valur: Lm17,258.00 * Xogħol ta' elettriku li għadu qed jiġi aġġudikat Valur: Lm7,969.00 (stimat) * Xogħol ta' tikħil u żebgħa li sar minn Kalaxlokk Co. Ltd. Valur: Lm18,000.00 Pieta`: * Tibjid u tikħil ta' klassijiet, kuriduri u s-sala, * Tiġdid ta' faċilitajiet sanitarji, * Bdil ta' madul (fejn kien hemm bżonn), * Bdil ta' aperturi li kienu deterjorati jew li kienu nieqsa.
Leg 9 PQ #36584 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija paralementari 35663, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' l-infiq, pagament b'pagament, li saru mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998 għall-voti tal-construction and adaptation works in government schools u tar-refurbishment and maintenace for government schools rispettivament, it-tnejn voti kapitali?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-prassi li jinġabar it-tagħrif dettaljat kif qed jitlob l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #36585 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35814, jista' jgħid f'kull skola tal-gvern ta' Malta fil-livell differenti, meta daħlet l-uniformi li qed jilbsu bħalissa l-istudenti? Kemm-il darba nbidlet fl-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36586 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn l-istamperija tal-gvern se tixtri makna four colour meta flus fl-estimi m'hemmx ivvotati għaliha u meta din il-makna tiswa madwar Lm300,000?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Istamperija tal-Gvern mhux ser tixtri makna Four Colour.
Leg 9 PQ #36587 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn il-gvern ma jridx li jiġi appuntat direttur ġdid għall-istamperija tal-gvern meta dan il-post diġa` ilu battal ix-xhur? F'dan il-każ ta' nuqqas ta' direttur, min se jiġġudika t-tender li tikkonċerna x-xiri ta' makna ta' aktar minn Lm300,000?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Istamperija tal-Gvern ghandha agent Direttur mis-17 ta’ Awissu 2002. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija Parlamentari numru 36586.
Leg 9 PQ #36574 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar matul din is-sena biex il-medical stores f'Ta' Qali jiġu rranġati u ma jkunux mimlijin ħmieġ u tiġi meqruda l-problema tal-ġrieden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Wara deċiżjoni li ttieħdet li l-imħażen tal-mediċini u tagħmir mediku jiġu ċentralizzati l-imħażen li d-Dipartiment għandu ġewwa Ta` Qali bdew isiru t-tħejjijiet għax-xogħol meħtieġ. Għal dan il-għan, f'din l-aħħar sena diġa` saru kuntatti ma` perit tal-Gvern, kif ukoll inbdew il-proċeduri biex tiġi mqabbda ditta ta` konsulenza ta` Inġiniera għax-xogħol ta` Design and Production of detailed Specifications of the required Electrical and Mechanical Installation Works. Id-Dipartiment għandu kuntratt għat-tindif ta` dawn l-imħażen fuq bażi regolari. Infatti, l-livell ta` ndafa f'din l-aħħar sena tjieb. Tneħħa wkoll ix-xogħol skadut li kien hemm f'dawn l-imħażen li kien qiegħed jikkawża ċerti problemi. L-aħħar rapport li d-Dipartiment għandu minn naħa tal-Pest Control Section tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fuq spezzjoni li saret fit-22 ta` Ottubru li għadda, ġie irrappurtat li s-sitwazzjoni qegħda taħt kontroll. Waħda mir-raġunijiet hija li fuq bażi regolari qiegħed jinxteħet rat bait fl-imsemmija mħażen.
Leg 9 PQ #36575 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Madliena — Materjal Mediku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-bini u l-art li hemm fil-Madliena li jintuża biex fih jinżammu ħażniet ta' materjal mediku? Fejn se jibdew jinżammu dawn il-ħażniet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-imħażen tal-mediċini u tagħmir mediku tad-Dipartiment tas-Saħħa jiġu kemm jista` jkun ċentrilizzati u upgraded. Ġie deċiż li jiġu rinovati l-imħażen li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu ġewwa Ta` Qali. L-art u l-propjeta` ġewwa l-Madliena ser jiġu ritornati lill-Lands Department.
Leg 9 PQ #36576 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Services

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-government pharmaceutical services tliet snin ilu? Kemm għad fadal jaħdmu hemm illum? X'sar minnhom il-persuni li kienu jaħdmu hemm? Fejn intbagħtu? X'fadal f'dan is-servizz u jekk in-nies li hemm humiex meqjusa biżżejjed biex jagħmlu x-xogħol li jrid isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li tlitt snin ilu kien hemm 167 impjegat jaħdmu mal-Government Pharmaceutical Services u llum hemm 120. Dak iż-żmien il-Government Pharmaceutical Services (G.P.S.) kien id-Dipartiment responsabbli mill-oqsma Farmaċewtiċi kollha fid-Dipartiment tas-Saħħa inkluż: (a) Ix-xiri u l-ħażna tal-mediċini/'medical devices', (b) Aspetti regolatorji li jinkludi l-GMP inspections tal-manifatturi tal-mediċini, pharmaceutical wholesale distributors u l-Ispiżeriji tal-privat, (ċ) D.T.C. Secretriat & Narcotics Control, (d) Spiżeriji fl-Isptarijiet u ċ-Ċentri tas-Saħħa. Fl-aħħar ġimgħa ta` Lulju 2001 bħala parti mir-riforma dawn l-entitajiet ġew separati u illum il-G.P.S. qed jiffoka fuq ix-xiri, l-ħażna u d-distribuzzjoni tal-Mediċini u apparat mediku lill-isptarijiet u Health Centres f'Malta u Għawdex biss. Mill-impjegati li naqsu mill-G.P.S. 8 ġew trasferiti f'dipartimenti oħra (12%) 3 ġew trasferti fil-Policy and Audit (4%) 3 ġew trasferiti St.Luke's Hospital (4%) 10 ġew trasferiti fid-Department of Health (15%) 7 ġew trasferiti fl-M.R.U. (10%) 2 ġew trasferiti f'Heatlh Centres (3%) 6 rtiraw mix-xogħol (9%) 2 mietu (3%) 15 irreżenjaw (22%) 12 ħarġu fuq Parental Leave (18%) Kien hemm ukoll 21 rekrutaġġ ġdid. Bħalissa qiegħed jiġi konkluż 'Business Process Re-engineering Programme' fil-G.P.S. li fost affarijiet oħra ha jinkludu 'Human Resources Structure' ġdid lli jiffoka fuq il-rwol ġdid tal-G.P.S.
Leg 9 PQ #36577 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru biex ma jkunx hemm serq ta' mediċini li jinxtraw b'fondi pubbliċi u jinżammu fil-medical stores f'Ta Qali, fl-Isptar San Luqa u fil-Madliena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

A. Kull tip ta’ stock li jinżamm fil-Medical Stores, fi G’Mangia, Ta’ Qali u l-Madliena, għandu numru għal skop ta’ referenza u bin card fejn kull movement ta’ stock tiġi rrekordjata. Il-movimenti tal-istock jistghu ikunu tnejn: jew jiżdied jew jonqos. Stock li jiżdied jista jkun jew mixtri jew inkella rritornat lura mingħand il-klijent. F’dawn il-każi tinħareġ Goods Received Note (GRN). Din tinkludi dettal tal-prodott u kemm kwantita kienet irċevuta u firma ta’ min irċieva l-ammont ta’ stock . F’kazi li ikun hemm xirja ta’ stock , il-fattura tiġi mhemża ma din il-GRN u fil-każ l-iehor tiġi mhemża nota iffirmata mingħand il-klijent. Il-każ ta’ stock li jonqos huwa meta jingħata lil klijent jew meta jkun expired u hu awtorizzat li jkun jista’ jinqata’ mill-i stock . Dokument li jinħareġ f’dawn il-każi huwa l- issue note . Kull issue note tkun tifforma parti minn ktieb li jkun innumerat serjalment. Kull kopja ta’ issue note tiġi mgħotija lil klijent meta jkun qiegħed jingħata x-xoghol biex jiffirma li ġie mgħoti l- istock u wara tingħata l-kopja tieħhu. Fil-Bin Cards dawn il-movimenti ta’ stock jiġu rrekorjati bid-data u ukoll l-isem tal-fornitur jew il-klijent u l-ammonti rispettivi. B’hekk il- bin card trid tkun taqbel ma l-ammont fiżikali li jkun hemm fl- istores . Kemm il-GRN kif ukoll l- issu note jkunu individwalment entrati fil- computerised accountig system u b’hekk jinżamm record tal- istock separatament mill- istores . Fl-aħħar tas-sena, skond ir-regolament 111 tal-General Financial Regulations tal-1996, isir l- istocktaking fejn jingħad l-ammont fiżikali u jitqabbel kemm mall- Bin Card kif ukoll mar- records li jinżammu fil- computerised accountic system . Jekk jinstabu xi diskrepanzi imbagħad jiġu investigati. Spjegazzjoni trid tingħata jew mill-persuna li hija responsabbli tal- istock fiżiku jew minn dawk li jzommu l- computerised records. B. Dwar l-istores ta' l-Inpatients' Pharmacy tal-Isptar San Luqa, kull stock li jinżamm ġo dan l-istores jinġab mill-medical stores fi G'Mangia, Ta'Qali jew il-Madliena. Kull stock għandu numru għal skop ta'referenza li huwa l-istess numru li jingħata mill-GPS. Kull medicina għandha bin card fejn kull moviment ta' stock tiġi rrekordjata. L-istores hemm ukoll sistema fuq il-kompjuter fejn kull moviment jiġi rreġistrat. B'hekk wieħed jista' jqabbel l-ammont ta' fuq il-bin card ma' dak fiżiku u ma' dak ta' fuq il-kompjuter. Stock jista' jiżdied jekk jinġab mill-GPS. Stock jonqos meta joħrog lill-ispiżerija jew meta jiskadi. Stock li jasal mill-GPS ikollu Goods Received Note iffirmata mill-GPS u mill-istores tal-ispiżerija. Stock li jinħareg għall ġo l-ispiżerija ikollu invoice miegħu. Din tiġi iċċekjata u iffirmata ġol-ispiżerija.
Leg 9 PQ #36578 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jingħalqu l-medical stores f'Ta' Qali u fejn se jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onor Deputat huwa mitlub li jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 36575.
Leg 9 PQ #36579 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'audit trails isiru regolarment biex isir magħruf fejn jispiċċaw il-mediċini li qed iqumu madwar Lm18 miljun fis-sena lil dawk li jħallsu t-taxxa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Government Pharmaceutical Services toħroġ kemm mediċini, kif ukoll medical devices, b'sistema ta` issue notes. Kull klijent li jordna l-istock u fl-aħħar jirċevieh jingħatalu b'forma ta` rċevuta li jkollha numru speċifikament ipprintjat. Din l-irċevuta trid tiġi ffirmata mill-klijent bħala konferma li rċieva l-istock. Dawn l-issue notes imbagħad jiddaħħlu waħda waħda, bid-dettalji kollha fil-computerised accounting system li bħalissa għandha l-Government Pharmaceutical Services. Wara li jsir dan il-proċess, jistgħu jinħarġu rapporti ta` x'ingħata kull klijent għal ċertu żmien speċifiku. Barra minn dan il-kontroll, il-Government Pharmaceutical Services, iżżomm records fl-istores billi jintlew il-Bin Cards. Dawn jinfetħu għal kull tip differenti ta` stock. Id-dettalji li jkunu miżmuma f'dawn il-cards jinkludu:- l-ammont fiżiku ta` stock li beda bih il-prodott, kull ħruġ ta` stock li naqqas l-ammont innotat bl-isem tal-klijent u fl-aħħar it-total li jkun hemm preżenti fl-istock. Id-dettalji kollha tal-Bin Cards huwa rifless separatament fil-computerised accounting system. Dawn ir-rekords jiġu rrikonċiljati meta jkun se jerġa` jinxtara minn prodott speċifiku jew meta jsiru xi random checks. Fl-aħħar tas-sena, skond ir-regolament 111 tal-General Financial Regulations ta` l-1966, isir l-istocktaking fejn jingħadd l-ammont fiżiku u jitqabbel kemm mall-Bin Card kif ukoll mar-records li jinżammu fil-computerised accounting system. Jekk jinstabu xi diskrepanzi imbagħad jiġu investigati. Spjegazzjoni trid tingħata jew mill-persuna li hija responsabbli ta` l-istock fiżiku jew minn dawk li jżommu l-computerised records.
Leg 9 PQ #36555 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2002 kienx hemm każi fejn pulizija li skortaw immigranti illegali bl-ajru lejn pajjiżhom tħallsu extra minħabba sigħat żejda li jkunu ħadmu? Kemm kien hemm pulizija involuti? Ta' liema rank? X'inhi s-somma involuta? Il-flus dovuti tħallsu kollha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s`issa ġiet imħallsa s-somma ta` Lm491.10 lil 23 membru tal-Korp (7 surġenti u 16 kuntistabbli) tas-sigħat żejda li nħadmu matul din is-sena sabiex ikunu skortati immigranti illegali lejn pajjiżhom. Infurmat ukoll illi din iċ-ċifra tkopri sa l-aħħar ta` Settembru peress li l-overtime jitħallas b`xahrejn lura.