Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37487 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Artijiet — Applikazzjonijiet għall-iżvilupp

Question

Min hu l-propjetarju tal-artijiet li fuqhom hemm applikazzjoni għall-iżvilupp mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37455. Ninsab infurmat illi l-persuna li għamlet l-applikazzjonijiet li saret referenza għalihom iddikjarat li hija s-sid tal-art ikkonċernata. Dwar il-parti mill-art li tappartjeni lill-Uffiċċju Konġunt ninsab infurmat li l-Knisja talbet lill-Uffiċċju Konġunt biex jinkludi l-art in kwistjoni f`Annex 8 bħala proprjeta` trasferita lil Gvern skond il-ftehim li sar bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti. Jirriżulta iżda li terzi persuni issottomew dokumenti lill-Uffiċċju Konġunt fejn qed jgħidu li għandhom titolu fuq l-istess art. Peress li l-Uffiċċju Konġunt għandu dokumenti li juru mod ieħor, il-każ jinsab quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #37298 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Senior Principal — Eżami

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jeżistu vakanzi fil-grad ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku fil-preżent? Jista' il-Prim Ministru jgħid min kienu c-Chairman u l-membri tal-Bord, appuntat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, li mexxa l-eżami għall-Senior Principal u li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat it-Tlieta 19 ta' Novembru 2002? Jista' jgħid minn liema dipartiment tal-Gvern dawn il-membri tal-Bord huma ġejjin u jekk għandhomx esperjenza biex jitpoġġew fuq dawn it-tip ta' bordijiet? Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta' dawk li għaddew mill-eżami u mill-liema dipartimenti tal-Gvern huma ġejjin? Jista' il-Prim Ministru jara li ssir ġustizzja ma ħafna minn dawk li ma għaddewx u li għandhom karriera twila ta' aktar minn għoxrin sena servizz, qegħdin fil-preżent jagħmlu xogħol ta' Senior Principal u huma rakkomandati mill-kapijiet tagħhom li jistħoqqilhom li jingħataw promozzjoni u issa b'dan ir-riżultat il-moral tagħhom huwa baxx ħafna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Vakanzi fil-grad ta’ “Senior Principal” jimtlew minn zmien ghal zmien skond l-esigenzi tas-Servizz u l-prioritajiet tal-Gvern. Ghalhekk mhux possibbli wiehed jghid kemm hemm vakanzi x’jimtlew. Madanakollu sakemm taghlaq il-validità tar-rizultat ta’ dan il-process ta’ ghazla, hu mistenni li kull min ghadda jinghata l-hatra ta’ “Senior Principal”. Il-Bord ta’ l-Ghazla ghall-grad ta’ “Senior Principal” kien kompost kif gej: “Chairman”: Is-Sur Reno Camilleri - Chairman, Awtorità ta’ l- B Sc (Econ) (Lond) DPA MBIM Istatistika ta’ Malta Membri: Is-Sur Charles Polidano - Direttur (Strategy BA (Hons) Public Admin., MPA & Planning),OPM Is-Sinjura Joanna Genovese - Direttur (Staff BA (Hons) Bus. Mngt. Development Organisation) Is-Sur Simon Sammut - Direttur (Policy & Planning) MPO BA (Hons) Public Admin Is-Sur Normal Worley - Ex-Segretarju, Kummissjoni dwar Dwar is-Servizz Pubbliku Il-Membri tal-Bord ta’ l-Ghazla kollha servew fuq diversi bordijiet ta’ ghazla fil-passat. Il-Bord ta’ l-Ghazla jinghata l-hatra mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku skond ir-Regolament ezistenti u ghalhekk ma nahsibx li hija etika li jsiru izjed kummenti. Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-hamsa u sebghin (75) ufficjal li ghaddew mill-ezami ta’ “Senior Principal” bid-dettalji mitluba. L-ghazla ta’ “Senior Principal” hija fuq bazi kompettiva. Fil-fatt il-Ftehim li ntlahaq mal-“Unions” dwar il-Klassifikar u l-Istrutturar tal-Gradi Generali tas-Servizz Pubbliku jipprovdi li ghandu jsir process rigoruz ta’ ghazla (“a rigorous process of Selection”) u ghaldaqstant mhux il-kaz li nholqot xi ingustizzja.
Leg 9 PQ #37363 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Xiri ta' karozza

Question

Jikkonferma il-Ministru jekk xtarax Jaguar għall-użu uffiċjali tiegħu? Kemm swiet din il-karozza? X'inhuma r-raġunijiet li ntgħażlet din il-karozza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel żewġ domandi tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt tad-domanda 37132. Rigward l-aħħar parti tad-domanda nixtieq ninforma l-Onor membru li r-raġuni prinċipali għaliex inxtrat din l-karozza sena ilu kienet li l-karozza preċedenti ma kienetx għadha vijabbli ekonomikament. Biżżejjed wieħed iħares lejn l-ispiża minfuqa biex issewwiet il-ħsara li kontinwament kien qed ikollha bejn 1997 u l-2002. Spiża ta' LM6533. Dan biex ma nsemmux ix-xhur wieqfa li tagħmel sakemm tissewwa l-ħsara. Infurmat li l-ispiża tal-ħsara attwali hija stmata li tilħaq LM2290.71. Fl-aħħar xhur bdejna nikkannibalizzaw karozza simili li nġiebet mill-Ministeru ta' Għawdex. Il-karozza preżenti ilha iktar minn sena mixtrija u kienet intagħżlet il-għaliex fost l-oħrajn hija iżgħar, taħli inqas mill-karozza preċedenti u fl-istess ħin il-prezz tagħha jidħol fil-parametri ta' nefqa allokata għall-karozzi tal-ministri.
Leg 9 PQ #37364 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2003 — Stampar tad-diskors

Question

Jirriżulta li d-diskors tal-Budget 2003 ma ġiex stampat fl-istamperija tal-Gvern? Jekk iva, għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #37367 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Maintenance grants — MCAST

Question

Kemm hemm studenti tal-MCAST li għadhom ma ngħatawx l-maintenance grant kollha li huma ntitolati għaliha? X'inhuma r-raġunijiet li ma ħarġux dawn il-maintenance grants kif suppost, meta se joħorġu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm madwar 32 student li għadhom ma ngħatawx il-maintenance grant. Ir-raġunijiet li ma ħarġux hija li l-istudenti applikaw tard. 24 minn dawn l-istudenti ser jirċievu l-maintenance grant fil-ġranet li ġejjin, filwaqt li t-tmienja l-oħra ser jirċevuhom f'Jannar għar-raġuni li applikaw iżjed tard. Hemm 260 student ieħor li filwaqt illi ingħataw il-grant ta' Ottubru ma kienux ingħataw il-grant ta' Settembru. Ir-raġuni kienet li lista tagħhom inħadmet mill-MCAST matul ix-xahar ta' Novembru. Dawn ser jingħatawlhom lejn l-aħħar ta' Diċembru flimkien mal-grant ta' Novembru.
Leg 9 PQ #37368 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Smart card

Question

Kemm hemm studenti tal-MCAST li għadhom ma ngħatawx l-ismart card minkejja li ninsabu f'Diċembru? X'inhuma r-raġunijiet li għadha ma nħarġitilhomx l-ismart card? Meta se toħroġ l-ismart card?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ismart cards li kienu għadhom ma ngħatawx issa nħarġu kollha. Ir-raġunijiet li kienu għadhom ma nħarġux kienu diversi: studenti li applikaw tard, trasferimenti ta' studenti minn kors għal ieħor, talbiet ta' studenti li jkollhom bżonn smart card ġdida jew topping up jew reactivating, kien hemm tliet sejħiet għal studenti li l-aħħar waħda minnhom għalqet matul ix-xahar ta' Ottubru. Barra minn hekk, meta l-Bord kien ġie biex jiħroġ il-cards instab li numru minn dawn l-istudenti diġa` kellhom card oħra. Dan seħħ għaliex kien hemm fosthom min kien diġa` ġie aċċettat f'istituzzjoni Post-Sekondarja oħra u allura kienet diġa` ħarġitilhom il-card, filwaqt li meta bidlu għall-MCAST talbu card oħra. Uħud minn dawn l-istudenti kienu diġa` bdew jużaw l-ewwel card u għalhekk kellu jitnaqqsilhom mill-card il-ġdida. Minħabba f'hekk il-Bord kellu jivverifika l-lista sħiħa ta' l-istudenti biex jassigura li ħadd ma jkollu aktar minn card waħda li hu intitolat għaliha. Infakkar li sadattant hemm 'l fuq minn 11,000 student li qed jieħdu l-maintenance grant dovuta lilhom permezz ta' l-ismart card.
Leg 9 PQ #37443 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/Riżorsi

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36614?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Moderating Panel ma jiġix allokat budget speċifikament għalih.
Leg 9 PQ #37004 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji — Bniet li ħarġu tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid għall-aħħar sentejn skolastiċi mil-liema skejjel, Junior Lyceum jew area secondaries kienu l-bniet li ħarġu tqal waqt l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfajliet taħt is-16-il sena, li joħorġu tqal, waqt li jkunu għadhom jattendu l-iskola, ivarjaw fil-lokalita` u fl-iskola li jattendu minn sena għall-oħra. M'hemm ebda skola li matul is-snin spikkat fin-numri. Biex tingħata risposta għal din il-mistoqsija, tiġi perikolata l-kunfidenzjalita`, minħabba li t-tfajla tkun tista' tiġi identifikata.
Leg 9 PQ #37005 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Żjarat f'mużewijiet

Question

Saret xi rakkomandazzjoni li għandha tittieħed xi deċiżjoni li kemm jista' jkun studenti fi skejjel primarji u sekondarji ma jiġux inkoraġġati jżuru l-mużewijiet? Fil-każ li iva, min qed jagħmel rakkomandazzjoni bħal din? Se tiġi aċċettata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ħarġet ebda rakkomandazzjoni mid-Dipartiment ta' l-Operat li fl-iskejjel primarji u sekondarji l-istudenti ma jiġux ikoraġġiti jżuru l-mużewijiet.
Leg 9 PQ #37006 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu — Flus mislufa

Question

Mil-liema bank isselfet flus l-Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu minn kemm ilha mwaqqfa? Kemm isselfet? B'liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu sselfet is-somma ta’ Lm2,757,032 mill-Bank of Valletta. Il-kundizzjonijiet kummerċjali huma: · Imgħax ta’ 5.3% (1.3% fuq il-Bank Base Rate ta’ 4.0%); · Garantita mill-Ministeru tal-Finanzi; · Titħallas fuq perjodu ta’ għaxar snin. Dan is-self sar biex jiffinanzja d-deficit li tħalla mill-NTOM fil-31 ta’ Awissu, 1999.
Leg 9 PQ #37094 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru nazzjonali tal-Computer

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36393 u cioe' jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fic-Centru tat-Tahrig tas-Swatar, matul din is-sena, mitejn u erbghin student ser ikunu segwew xi wiehed mill-korsijiet tan-“National Computing Centre” (NCC). Peress li c-Centru huwa “an Education Accredited Training Partner” tal-NCC, fic-Centru jigu organizzati l-“International Diploma in Computer Studies” (IDCS) u l-“International Advanced Diploma” (IAD). L-IDCS jiswa Lm880 filwaqt li l-IAD jiswa Lm1,200. Korsijiet specjalizzati ohra jvarjaw minn zvilupp ta’ “software tools” bhal “Microsoft Visual Basic” u “SQC Server” ghal korsijiet dwar “Service Management” u “Software Testing”. Matul din is-sena, ic-Centru gie appuntat “Cisco Regional Academy”. Qed isiru wkoll numru ta’ “Information Management workshops” ghal ufficjali pubblici. Ic-Centru tas-Swatar huwa mmexxi minn “Nucleus Training International Ltd” taht ftehim milhuq fil-21 ta’ April 2000 bejn l-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-“Malta Information Technology and Training Services Ltd” (MITTS Ltd) u n-“Nucleus Training International Ltd. Ic-Centru joffri dawn il-korsijiet fuq bazi ta’ “cost recovery”. Ic-Centru jhallas lil NCC, ir-registrazzjoni ta’ l-istudenti fuq il-korsijiet rispettivi, il-materjal kollu li jintuza mill-istudenti u mill-ghalliema, il-hlas tar-registrazzjoni ta’ l-ezamijiet kif ukoll il-hlas tar-registrazzjoni tac-Centru mal-NCC. Ic-Centru jhallas ukoll lill-ghalliema li jghallmu fuq dawn il-korsijiet. Studenti li jattendu permezz ta’ l-iskema tat-tahrig tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig ma jhallsu xejn.
Leg 9 PQ #37095 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut ta' l-Arti u d-Disinn

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 36396 meta se jkun jista' jintuża l-bini kollu ta' Targa Gap, kemm mill-istudenti ta' l-istitut kif ukoll minn dawk li jmorru hemm għall-korsijiet ta' filgħaxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bini kollu ta' Tarġa Gap, jiġifieri l-Bini Amministrattiv, il-lecture rooms, il-kmamar 'speċjali', kif ukoll il-workshops ta' l-istampar, taċ-ċeramika, ta' l-arti u ta' l-istained glass, qegħdin jiġu użati kemm mill-istudenti li jattendu filgħodu kif ukoll minn dawk li jattendu filgħaxija. Ix-xogħol fuq il-bjut tal-woodwork/metal workshops u l-gym se jinbeda malli l-manifattur lokali jissupplixxi r-roof panels neċessarji. Ninsab informat ukoll li meta jaslu r-roof panels minn barra, il-kuntrattur ikun jista' jispiċċa x-xogħol fi żmien tnax jew ħmistax-il ġunata. Ġejt informat li l-materjal neċessarju ntbagħat minn Southhampton fid-29 ta' Novembru kellu jasal Malta fl-ewwel nofs ta' Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #37259 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezzijiet tal-Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalxiex jattribwixxi ż-żieda fil-prezz ta' ħafna mediċini f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kif mediċini bħal Stilnox 10mg għolew minn Lm1.84 il-kaxxa għal Lm2.03 u l-pilloli Remov 100mg li huma wżati minn ħafna għall-uġiegħ kawżat mill-artrite minn Lm2.65 żdiedu għal Lm3.10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-prezz tal-mediċina jista' jvarja minħabba tibdil fir-rata tal-kambju jew meta l-aġent jew il-manifattur jgħolli l-prezz. Jiena nfurmat li l-prezz tal-mediċina Stilnox ta' 10mg b'għoxrin ġie stabbilit għal Lm1.84ċ f' Ġunju tal-1998 u ma inbidilx sa Ġunju tal-1998 u ma inbidilx sa Ġunju li għadda. F'Lulju il-prezz għola minn barra biex sar Lm2.03ċ għall-konsumatur lokali. Fil-każ tar-Remov ta' 100mg bi tletin, il-prezz qatt ma' kien Lm2.65ċ. L-ewwel darba li daħal Malta kien fl-1997 u l-prezz kien ġie stabbilit għal Lm2.89ċ Fl-1999 il-prezz sar Lm2.98ċ u f' Lulju ta' din is-sena sar Lm3.10ċ għall-konsumatur lokali.

San Pawl il-Baħar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

F'hiex wasal l-iproċċessar ta' l-applikazzjoni H9471għall-akkomodazzjoni xierqa għall-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandhom binhom b'diżabilitajiet fiżiċi u ntelletwali li ilhom snin ma jistgħux joħorġuh mill-appartament minħabba t-taraġ għax mhux possibli jniżżlu l-wheelchair minnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ilu li offra lill-familja indikata post fil-pjan terren sa mill-1995, liema offerta ġiet rifjutata għax din il-familja trid post f'San Pawl il-Baħar biss. Id-Dipartiment m'għandux postijiet disponibbli f'din il-lokalita'.
Leg 9 PQ #36948 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Public Broadcasting Services — Employees

Question

Given that the Sunday Times of 10-11-02 (back page) PBS issued a statment deploring the Broadcasting Authority chairman's comments, and that amongst a lot of remarks PBS stated that it produces programmes either with full-time or part-time employees on by contracting other organisations and since in a recent parliamentary question the Minister answered that PBS employed 186 full-timers and 1 part-timer, which does not tally with what the board of directors is claiming in its recent statment re the Broadcasting Auhtority; could the Minister tell the House on which occasion PBS Ltd was not telling the truth about the employees it engages, whether in the answer to the parliamentary question or in its statment re the Broadcasting Authority?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-istqarrija li semma' l-Onor. Membru l-Bord tal-PBS imkien ma semma' ċifri dwar kemm hemm impjegati full-time jew part-time mal-PBS.
Leg 9 PQ #36949 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Valletta — Ġnien Hastings

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex jitpoġġew imwejjed u siġġijiet fi ġnien Hastings fil-Belt Valletta? Min ħareġ il-permess? Min ħareġ dan il-permess ta kas tal-periklu kontinwu għal-waiters, u x'effett ser ikollu fuq iċ-ċittadini? Qiegħed jitħallas xi dritt talli qed tintuża art pubblika għal skop ta' negozju? Għandu dritt il-managment tar-ristorant faċċata, jostakola l-bankina bil-billboards?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-3 ta` April 2001, l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess li kien approvat mid-DCC l-applikazzjoni PA4245/98 fejn ġie awtorizzat li jitpoġġew siġġijiet u imwejjed kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Tajjeb li jingħad li waqt il-proċess ta` l-applikazzjoni il-MEPA ma kellha l-ebda oġġezzjoni minn xi ċittadin dwar dan il-permess. Infurmat ukoll illi d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ encroachment permit għat-tqegħid ta` imwejjed u siġġijiet f`parti minn ġnien Hastings lill-management tar-ristorant wara li dawn ottenew il-permess tal-Awtorita` ta` l-Ambjent u l-Ippjanar. Dan l-encroachment permit huwa suġġett għall-miżata ta` Lm380.00 fis-sena. Minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma irriżultax li l-bankina qed tiġi ostakolata.
Leg 9 PQ #37001 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Servizz ta' l-ilma

Question

X'inhi r-raġuni li residenti fit-toroq Leli Falzon, Mdina Road u Cross Street fin-Naxxar ilhom mill-11 ta' Novembru 2002 mingħajr ilma? Meta se jkollhom is-servizz tal-ilma b'mod regulari?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet ix-xogħolijiet li kienu meħtieġa fis-sistema tad-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija. B'hekk ir-residenti ta' dawn it-toroq issa għandhom provvista ta' ilma regolari.
Leg 9 PQ #37002 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja'

Question

Kemm hemm imprendituri fil-villaġġ tas-snajja' Ta' Qali li s'issa wrew interess u ffirmaw li jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti għat-tiġdid tal-faċilitajiet u l-istrutturi hemmhekk? Kif qed jiġu offruti kundizzjonijiet fejn l-ispejjeż huma d-doppju ta' stimi li tawhom kuntratturi differenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond informazzjoni li għandi jirriżulta li l-imprendituri fil-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali wrew interess u ffirmaw li jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti għat-tiġdid tal-faċilitajiet li offra l-Gvern. Tajjeb jingħad li l-istima li ngħatat lill-imprendituri hija waħda massima. Fil-fatt, fil-futur mhux il-bogħod, il-Gvern ser jikkomunika ma' dawn l-imprendituri peress li l-ispejjeż ser ikunu riveduti.
Leg 9 PQ #37003 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Permessi speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ngħataw il-permess jitilqu kmieni mill-iskola sekondarja għall-aħħar sentejn skolastiċi? Minn liema skejjel kienu l-istudenti (maqsumin bniet u subien)? Minn liema lokalitajiet kienu l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' studenti taħt is-16-il sena li ngħataw permess jitilqu mill-iskola għas-sena skolastika 2001-2002 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li għalkemm in-numru ta' l-exemptions jidher sinifikanti, wieħed irid jirrealizza li ħafna minn dawn l-istudenti jkunu diġa temmew il-kors sekondarju tagħhom meta jingħataw exemption.
Leg 9 PQ #36863 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec Systems of Knowledge — Resits ta' eżamijiet

Question

Kemm kien hemm studenti post-sekondarji li fi tmiem is-sena akkademika 2001-2002 weħlu fil-proġett ta' l-estetika li jridu jagħmlu bejn l-ewwel u t-tieni sena tagħhom biex jissidisfaw il-kriterji tal-bord tal-Matsec tas-Systems of Knowledge? Kemm minn dawn l-istudenti li weħlu tħallew jagħmlu re-sit? Kemm kien hemm studenti li weħlu li ġew infurmati li jistgħu jagħmlu re-sit? Kif ġew infurmati dwar dan ir-re-sit? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema kriterji jkun hemm studenti li jitħallew jagħmlu re-sit u l-oħrajn li jitħallew fil-għama?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni li qed tintalab trid tinġabar mill-iskejjel. Ir-rwol tal-MATSEC fejn jidħlu l-proġetti tas-Systems of Knowledge huwa dan: Il-proġett ta' l-estetika fis-Systems of Knowledge huwa assessjat mill-għalliema stess lejn tmiem l-ewwel sena tal-kors fl-iskejjel post-sekondarji. Bejn Ġunju u Lulju, il-Bord tal-MATSEC jimmodera l-marki li jkunu ngħataw. Imbagħad fl-aħħar ta' Frar tat-tieni sena tal-kors, l-iskejjel jintalbu jibgħatu l-marki taż-żewġ proġetti (estetiku u teknoloġiku) lill-Uffiċċju tal-MATSEC. Il-moderazzjoni tat-tieni proġett issir bejn Marzu u April. Jekk fl-aħħar tal-kors il-kandidati ma jkollhomx il-marka minima fiż-żewġ proġetti ma jitħallewx jagħmlu l-eżami tas-Systems of Knowledge f'Mejju iżda jingħataw iċ-ċans li jtejbu l-proġett/i li jkunu weħlu fih/om biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami f'Settembru. Il-kandidati kollha li jkunu f'din is-sitwazzjoni jkunu mgħarrfa b'ittra b'dan ir-regolament.