Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37669 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħ'Attard - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid permezz ta' liema sejħiet għall-offerti jew direct orders sar xogħol ta' twittija ta' konkos fl-art tal-play areas ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard tul ix-xahar ta' Ottubru, 2002? Jista' jgħid b'mod dettaljat kemm sewa x-xogħol li sar u min kienu l-kuntratturi li wettqu dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sar ebda xogħo ta' twettija ta' konkos fl-art tal-play areas ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard.
Leg 9 PQ #37670 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kemm użat mill-faċilita' ta' Lm15 miljun self li għamlet mill-APS Bank? Fuq xiex nefqet dawn il-flejjes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bilanċ "overdrawn" tal-faċilita` fil-11 ta' Diċembru kien ta' Lm363,928.80. Dawn il-flus intużaw kollha fuq spejjeż ta' natura kapitali fuq skejjel.

Taqsima/Ċentru Malti tar-Restawr — Proġetti

Question

Matul is-sena 2002, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru bis-sħab bejn it-taqsima tar-Restawr li taqa' taħt il-Ministeru u ċ-Ċentru Malti tar-Restawr? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġetti li fihom hemm kollaborazzjoni bejn it-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u ċ-Ċentru Malti għar-Restawr matul il-2002 kienu dawn: Il-Monument ta' Ball fil-Barrakka t'Isfel, Valletta; In-Niċċa ta' San Pawl, Rabat; Il-Funtana ta' l-Ajkla, Ġnien ta' San Anton, Attard; Ġnien is-Sindku, Żejtun; Statwa ta' Santa Marija, Balzan; Kappella tas-Salvatur, Kalkara. Fuq dawn il-proġetti, ħaddiema miż-żewġ istituzzjonijiet li qed jitħarrġu fis-sengħa tar-restawr wettqu xogħol taħt supervizzjoni ta' nies b'esperjenza fir-restawr.
Leg 9 PQ #37672 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Servizz ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jingħata s-servizz tad-dawl kif suppost fl-iskejjel primarji tal-Gżira, Wied il-Għajn u s-Siġġiewi biex it-tfal ikunu jistgħu jużaw il-computer li ilhom imċaħħdin minnu mill-bidu tas-sena skolastika? X'ikkawża l-qtugħ tas-servizz tad-dawl f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37673 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MSU/MITTS — School Information System

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi konkreti ħa l-gvern biex jirrimedja għan-nuqqasijiet tal-MSU/MITTS fit-tmexxija tal-proġett ta' l-iSchool Information System (SIS) kif joħroġ mir-rapport ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur li għadu kemm tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd ilha zmien tiehu numru ta’ mizuri biex tara li progetti ta’ din ix-xorta jitmexxew ahjar. Ghaldaqstant il-MITTS waqqfet ufficcju gdid tal-kuntratti fi hdan id-dipartiment tas-servizz koporattivi fejn ix-xoghol ta’ kuntratti gie iccentralizzat biex b’hekk assigurat kontrol u azzjoni immedjata fuq “issues” mal-kuntratturi. Gie iddisinjat ukoll kuntratt gdid mill-MITTS biex iservi bhal “boiler plate” ghal progetti ohra, fejn fost l-ohrajn wiehed isib: (i) li l-kundizzjonijiet generali tieghu jirriflettu l-“issues” relatati direttament ma l-informatika u l-“Intellectual Property Rights”; (ii) li l-kuntratti li jsiru mal-kuntratturi jkollhom il-pagamenti marbuta ma dak li jkun qed jigi kkonsenjat u mhux ma perjodi fissi; (iii) li meta jkun ha jsir xi kuntratt ma’ xi kuntratturi barranin, il-MITTS tara li dawn ikollhom assi lokali li jkunu jistghu jaghmlu tajjeb ghalihom f’kaz li jkunu kisru xi kundizzjoni mill-kuntratt, jew inkella li ssir garanzija f’bank lokali ghall-istess skop. Minbarra s-sistema ta’ “project management”, “PRINCE 2”, il-MITTS bdiet ukoll progett intern ta’ implimentazzjoni ta’ “Cost Accounting Management Framework”, biex b’hekk ikunu jistghu jigu segwiti f’heffa u reqqa il-fazijiet li jkunu waslu fihom il-progetti, kif ukoll l-elementi finanzjarji kollha marbuta ma’ kull progett. Finalment, tajjeb li wiehed ifakkar lill-Onorevoli Membru li l-kuntratt ghal dan il-progett inghata f’Lulju 1996, u li kien hemm bidla fil-Gvern f’Ottubru 1996 u li x-xoghol fuq dan il-progett seta veru jitmexxa ’l quddiem fit-tieni kwart ta’ l-1998 meta l-Onorevoli Membru kien Ministru ta’ l-Edukazzjoni u meta allura kien approvat l-“Strategic and Operations Review” tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, inkluz il-progett li dwaru saret il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #37641 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Għassa tal-pulizija

Question

Hemm xi ħjiel li se tinfetaħ għassa tal-pulizija b'mod kontinwu f'Wied il-Għajn biex tilqa għal bżonnijiet dejjem jikbru tal-lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Għassa ta` Wied il-Għajn qed tkun miftuħa u regolarment ikun hemm kuntistabbli jew surġent dettaljat hemmhekk. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-kuntistabbli jew surġent li jkun għassa joħroġ fuq xogħol fil-lokal, bħal ma` hija ronda u ħtiġijiet oħra relatati max-xogħol tal-Pulizija, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet. Barra minn hekk, ninsab infurmat ukoll illi bħalissa f`din l-Għassa qed isir xogħol ta` manutenzjoni sabiex jitjieb is-servizz mogħti mill-Pulizija ġewwa dan il-lokal.
Leg 9 PQ #37642 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Garanziji — Self u kreditu

Question

Fid-dawl ta' dak li hemm miktub f'paġna III tad-diskors tal-budget 2003 li hi l-policy tal-Gvern li '' ma jipprovdix aktar sigurta' jew kwalunkwe forma oħra ta' garanziji għal self jew kreditu li jidħlu għalih entitajiet pubbliċi'' jista' jgħid bħalissa x'livell ta' self jew kreditu daħlu għalih l-entitajiet pubbliċi? X'garanziji qed jagħmel il-Gvern għall dan is-self?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għal xi snin il-Gvern waqqaf il-prattika li kull self li jittieħed minn enti pubbliċi jkun kopert b'garanziji tal-Gvern b'mod awtomatiku. Meta jikkonsidra xi talbiet għall-garanziji l-Gvern jgħamel differenza bejn entijiet regolatorji u aġenziji governattivi li jgħamlu xogħol mhux kummerċjali u entijiet li jgħamlu xogħol kummerċjali. Dawn ta' l-aħħar huma meħtieġa jieħdu self mill-banek fuq is-saħħa tal-vijabbilita tal-proġetti li jkunu jridu jiffaċċjaw. Jiegħu in konsiderazzjoni wkoll id-differenza li garanzija tal-Gvern jista' jkollha fuq l-ispejjeż tas-self bħal ngħidu aħna jekk ir-rata ta' l-interess tonqosx jekk ikun hemm garanzija tal-Gvern. Fil-fatt, il-garanziji totali li għandu l-Gvern naqsu min Lm492 miljuni fl-1998 fi żmien gvern soċjalista għal Lm384 miljuni fl-2002.
Leg 9 PQ #37646 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gzira — Ħsara fis-soqfa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika qattrux is-soqfa tal-bini ta' l-iskola primarja tal-Gżira? Fil-każ li iva, x'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37647 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Dun Frans Camilleri/soqfa

Question

Jista il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika daħalx ilma mis-soqfa tal-bini ta' l-iskola Dun Frans Camilleri tal-Ħamrun? Fil-każ li iva, x'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37648 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika kienx hemm drabi fejn qattru xi soqfa fil-bini ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa? X'passi se jittieħdu fil-każ li iva?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37651 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola ta' Wied il-Għajn — Flood lighting

Question

Jistgħu jintlaqgħu t-talbiet li għamlu l-Kunsillieri u s-Sindku ta' Wied il-Għajn għal sistema ta' flood lighting tal-grounds ta' l-iskola primarja tal-lokal? Jekk le hemm xi ħsieb li jitwaħħlu dwal oħra mal-bini ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-proġett li qed tieħu ħsieb l-FTS hemm maħsub żvilupp tal-play area ta' l-iskola, inkluż dwal meħtieġa.

Junior College — Żjajjar minn uffiċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qatt saru żjajjar fil-bini tal-Junior College mill-uffiċjali dwar is-sigurta' u s-saħħa? X'irriżulta minn dawn iż-żjajjar? Ġew rikmandati passi rimedjali? Ittieħdu dawn il-passi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li ma sarux żjajjar minn Uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol fil-post indikat mill-Onor. Interpellant. Jekk l-Onor. Interpellant għandu nformazzjoni speċifika dwar xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm, nitolbu jgħaddihieli, anki b'mod kunfidenzjali, biex l-Uffiċjali msemmija jkunu jistgħu jiffokaw speċifikament fuq dawn in-nuqqasijiet.
Leg 9 PQ #37592 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Tfal ta' klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal tal-klandestini fl-iskejjel ta' l-istat? F'liema skejjel qegħdin, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36809.
Leg 9 PQ #37594 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-knisja — Tfal ta' klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal tal-klandestini fl-iskejjel tal-knisja? F'liema skejjel qegħdin, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37605 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kon-Kattidral ta' San Ġwann — Fondazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ilha li twaqqfet il-Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann kemm il-darba ltaqgħet? X'xogħol għamlet? Xi flus nefqet u fuqhiex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Konkatidral ta’ San Gwann iltaqghet tletin darba minn kemm ilha mwaqqfa. Hidmiet il-Fondazzjoni jinkludu: - Programm ta’ manutenzzjoni tat-twieqi tal-korsija tal-Konkatidral; - “Display stand” ghall-pittura ta’ San Gilormu; - Manutenzjoni tal-bjut, restawr tal-Wicc ta’ Kristu ta’ Algardi u tal-“leggii” flimkien mal-“Valletta Rehabilitation Project”; - Bidu ghall-progett tar-restawr tal-pittura ta’ San Gorg ta’ Preti; - Testijiet fuq l-umdita mal-kolonni; - Sistema gdida ghad-dhul fil-Konkatidral u fil-Muzew; - Sistema elettronika ghal-hrug tal-biljetti ghad-dhul; - “Survey” ta’ l-istallazzjoni ta’ l-elettriku tal-Konkatidral u tal-Muzew; - Pjanti dettaljati u “elevations” tal-Konkatidral u l-bini kollu ta’ madwaru; - Ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv; - Kuntratti godda ghall-impjegati. Il-hlasijiet kienu jammonta Lm51400: Lm35875 Pagi Lm4309 Tiswijiet Lm2940 Konsulenzi Lm2477 Ilma u elettriku Lm1784 Stampar u “stationery” Lm1536 Tindif Lm618 Telefon Lm1098 “Accountant” u Awdituri Lm312 Uniformijiet Lm451 Spejjez ohra
Leg 9 PQ #37444 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Backlog

Question

Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 36612?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 443 applikazzjoni pendenti li fil-maġġor parti daħlu fl-2001 u 2002, u li 100 minnhom daħlu dawn l-aħħar xahrejn mal-ftuħ ta' l-iskejjel.
Leg 9 PQ #37445 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 36613, jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa l-Istatementing Moderating Panel bejn it-30 ta' Ottubru, 2002 u t-3 ta' Diċembru 2002? Kem ra tfal? Kemm għandu każi pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn it-30 ta' Ottubru 2002 u t-3 ta' Diċembru 2002 l-Istatementing Moderating Panel iltaqa' 6 darbiet u ra 34 tfal. Każi pendenti għandu 443.
Leg 9 PQ #37452 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tilqim

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel it-tfal Maltin qed ikollhom jieħdu xi tilqim għax magħhom hemm tfal tal-klandestini? Min qed iħallas għat-tilqim tat-tfal Maltin? Privatament jew mill-fondi pubbliċi? Huwa ġust li hemm tfal li l-ġenituri tagħhom qed jintalbu li jħallsu privatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix li tfal Maltin ġew imlaqqma għax magħhom hemm tfal tal-klandestini.
Leg 9 PQ #37473 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SPLD — Għajnuna

Question

Meta se tingħata l-għajnuna meħtieġa l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għall kundizzjoni li għandha għaliex ġiet riferuta lil SPLD meta mhux dik l-għajnuna li għanda bżonn? X'serjeta hemm meta ġie assessed għal 15-il minuta biss mill-iStatementing Moderating Panel fit-8 ta' Awissu 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Moderating Panel irrakomanda 'Complimentary Education" (Għajnuna mill-iskola) u ġie referut lil Spld biex jiġi stabbilit jekk l-istudent għandux 'dyslexia'. Il-Bord ma jagħmilx "assessments" u jagħti rakkomandazzjoni wara li jara r-rapporti mediċi/professjonali u t-tfal konċernati flimkien mal-ġenituri tagħhom.
Leg 9 PQ #37474 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Collage — Nefqa f'handbook

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa tal-handbook tal-Junior Collage għas-snin 2002-2004? Kemm saru kopji tal-handbook? Mil-liema vot tħallsu u xi jkopri dan il-vot?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru 2800 kopja tal-Handbook tal-Junior College għas-sena 2002 - 2004. In-nefqa kienet ta' Lm797 u l-kont kollu tħallas permezz ta' sponsorship mill-Indigo Bookshop.