Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37812 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37648?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 37810.
Leg 9 PQ #37813 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Tfal ta' Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37594?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond informazzjoni li għandna, sa issa ma hemmx tfal tal-klandestini jattendu l-iskejjel tal-Knisja.
Leg 9 PQ #37840 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Servizz ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37672?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħaddiema tat-Technical Services Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlu l-manutenzjoni meħtieġa sabiex is-servizz tad-dawl jiġi regolarizzat.
Leg 9 PQ #37735 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Self ta' flus

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u l-APS Bank Ltd biex dan il-Bank isellef flejjes lill dan il-Fondazzjoni, filwaqt li jpoġġi wkoll l-awtorizazzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali self ikun jista' jsir?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsijiet Parlamentari ta' l-Onor. Membru li jidhru hawn taħt (kolonna A) kollha ġew ripetuti kelma b'kelma minkejja li ġew imwieġba fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari ta' l-istess Onor. Membru (kolonna B). Kolonna A Kolonna B PQ Nru imwieġba PQ Nru 37735 -- 35665 37854 -- 35655 37855 -- 35654 37857 -- 35657 37858 -- 35656 37874 -- 35660 37875 -- 35659 37879 -- 35665 37880 -- 35664 37883 -- 35662 37884 -- 35661 37896 -- 35668 37897 -- 36583 37899 -- 35665
Leg 9 PQ #37736 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola sekondarja tal-bniet fil-Mosta — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid x'infiq sar fl-iskola sekondarja tal-bniet fil-Mosta mill-1 ta' Jannar 1994 sal-lum minn fondi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu minn fondi kapitali u rikorrenti filwaqt li jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'din l-iskola fis-snin 1995, 1996 u 1997?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-ġbir ta' din l-informazzjon jinħtieġ ċertu żmien u jkun jista' jinġabar skond il-priorita` tax-xogħol.
Leg 9 PQ #37737 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopji ta' l-ittra/i li l-membri fil-Bord ta' l-Inkjesta, biex tinvestiga l-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ffirmaw biex jirriżenjaw mill-ħatra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dokument mitlub jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #37739 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Expression for interest

Question

Jista' l-Ministru, bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, jgħid kif expression for interest ippubblikata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għall-offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu numru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għall-offerti proprja filwaqt li jgħid x'passi ħa l-Ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37741 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Offerti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il offerta ġiet riferuta lid-Dipartiment tal-Kuntratti mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għall-evalwazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti peress li tali offerti meta għalqu minkejja li kienu ppubblikati fuq livell dipartiemntali qabżu l-valur ta' Lm20,000 stipulat għal tali sejħiet filwaqt li jgħid f'kull każ kemm kienet l-istima tal-Fondazzjoni għal tali xogħlijiet, il-prezz li bih intrebħet kull offerta rispettiva u jagħti lista dettaljata ta' dawn l-offerti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa d-Dipartiment tal-Kuntratti kellu żewġ każi tal-FTS fejn il-valur tal-kuntratt qabeż il-limitu ta' Lm20,000 u għalhekk kellhom jiġu pproċessati mill-istess Dipartiment. Dawn kienu: FTS42/69/2002 - Removal of dangerous structures and other works at Floriana Primary School. Stima Lm19,400 Kuntratt Lm23,000 (L-irħas minn żewġ(2) offerti) FTS29/71/2002 - Finishing works at Corradino Boys' Junior Lyceum Stima Lm19,207 Kuntratt Lm25,535 (L-irħas) Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ġibed l-attenzjoni tal-FTS li mhux ser jittolera aktar li jsir stimi daqstant viċini ntal-limitu ta' l-Lm20,000 biex wara l-valur tal-kuntratt jaqbeż dan il-limitu.
Leg 9 PQ #37759 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/riżorsi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37443, jista' l-Ministru jgħid fejn se jkun qed jiltaqa' dan il-panel fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin peress li mhux se jkun jista' jiltaqa' fejn iltaqa' s'issa minħabba xogħlijiet fil-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ser jibda jiltaqa' f'parti oħra tal-kumpless li jagħmel ma' l-iskola ta' l-Imsida.
Leg 9 PQ #37729 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Liċeo tal-bniet/pembroke — Bini ta' awditorju

Question

Jista' il-Minsitru tal-Finanzi jgħid kemm swiet ix-shell structure ta' l-awditorju li nbena fil-Liċeo tal-Bniet f'Pembroke permezz ta' sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jidher li d-Dipartiment tal-Kuntratti qatt ma ħareġ xi offerta jew ta' xi kuntratt speċifikament għax-shell structure tal-auditorium tal-Liceo tal-Bniet f'Pembroke u għaldaqstant mhux f'qagħda li jagħti l-informazzjoni mitluba. Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #37730 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kundizzjonijiet lill-Ministeri — Sub-contracting

Question

Jista' il-Ministru tal-Finanzi jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux jagħmel kundizzjoni lill-Ministeri u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħthom, klawsola biex xogħlijiet li jkunu jistgħu jsiru minn entitajiet governattivi ma jiġux mogħtija b'sub-contracting?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #37731 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Divizjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni skola, skola, sena b'sena hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha skola skola, sena b'sena għal dawk li jaħdmu ġo klassi u wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37732 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Oġġetti u materjal mixtri

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' inventarju miżmum mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għal dawk l-oġġetti u materjali li xtrat għaliha jew inkella biex jintużaw fuq xi lant partikolari tax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37733 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat xi tħallsu l-membri tal-board tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada xahar b'xahar mill-10 ta' Mejju 2001 sal-lum.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37734 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jassigura li ħġieġ li twaħħal fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa b'riżultat ta' sejħa ppubblikata mill-istess Dipartiment u li qiegħed jirriżulta li mhux skond kif speċifikat fl-istess sejħa għall-offerti jinbidel għal dak stipulat peress li hu ta' periklu għat-tfal filwaqt li jgħid, jekk ma ttieħdu ebda passi, meta hemm il-ħsieb li tali sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti qatt ma ġie nfurmat mid-Divizzjoni ta' l-Edukazzjoni jew mill-FTS li fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa twaħħal xi ħġieġ li mhux kif speċifikat fil-kuntratt. Nippreżumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal-kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'Awissu 1998 għall-valur ta' Lm15,600 kontra stima ta' Lm25,981 fuq rakkommandazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #37723 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola primarja Wied il-Għajn — Pagamenti

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' pagamenti li saru mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1994 sal-lum minn fondi rikorrenti u kapitali favur inizjattivi fl-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn filwaqt li jgħid kull nefqa liema awtorizazzjoni kellha biex issir?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37724 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-awtorizazzjoni mogħtija mill-Ministeru tiegħu lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada biex din tkun tista' tissellef mill-APS Bank?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37725 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Liċeo tal-bniet

Question

Jista' il-Minstru jgħid meta ingħata bidu għat-tqiegħed ta' l-ewwel ġebla tal-Liċeo tal-bniet f'Santa Luċija u meta dan l-istess Liċeo laqa' fi ħdanu l-ewwel studenti tiegħu filwaqt li jgħid x'kienu l-faċilitajiet użati minn dawn l-ewwel studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37726 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min, mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-Liċeo tas-Subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja tal-Pieta` filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37727 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Impjieg ta' Messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' xogħol li permezz tiegħu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mpjegat messaġġier magħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.