Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fil-bini ta' l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat Għawdex biex issir aċċessibli għal-istudenti b'diżabilita' bħal ma hi l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fl-iskola primarja Sir Arturo Mercieca firRabat Għawdex ittieħdu diversi miżuri biex liskola issir aċċessibbli għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Fost ilmiżuri li ttieħdu kien hemm irrefurbishment ta' żewġ toilets apposta, wieħed minnhom b'lifter għal tfal bi bżonnijiet speċjali.
Peress li liskola inbniet madwar 150 sena ilu hemm diversi problemi li jagħmlu laċċess għal diversi partijiet diffiċli. IdDipartiment talCustomer Services ħareġ offerti għal lift biex jiffaċilita laċċess għallground imma minħabba diffikultajiet tekniċi lofferta ma ġietx aċċettata. Madanakollu, listaff ta' liskola jagħmel kull sforz possibbli biex ittifla msemmija tipparteċipa kemm jista' jkun flattivitajiet kollha ta' liskola.
Jista' il-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37720?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja ta' dawn il-kuntratti ta' l-impjegati ta' l-FTS diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Impjegati oħra pubbliċi li jaħdmu ma' l-FTS m'għandhomx kuntratt.
Jista' il-Ministru jivverifika jekk l-iżvilupp tal-bini li qed isir fix-Xatt tas-Sajjieda San Ġiljan u li dwaru pprotestat l-Għaqda Sajjieda u dilettanti Ġiljaniżi f'ittra tad- 9 ta' Diċembru 2002 (ittra annessa) hux qed issir fuq art tal-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tkompli tagħmel riċerki u tieħu pariri legali sabiex tistabilixxi mingħajr l-ebda dubju jekk l-art in kwistjoni fil-fatt hiex tal-Gvern jew le. Mill-investigazzjonijiet li saru s`issa, inkluż studju bir-reqqa ta` pjanti ta` mitt sena ilu, ma rriżultax li l-iżvilupp li qed isir fil-post qiegħed isir fuq art tal-Gvern jew art li ġiet irreklamata mill-baħar.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Offerti ppubblikati
Question
Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37715?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux dejjem ikun fl-aħjar interess tal-poplu li l-kuntratt jingħata lill-orħos offerent u dan kif jipprovdu l-istess regolamenti tal-Gvern.
F'ħames każi dan kien neċessarju minħabba l-volum kbir ta' xogħol li ried jitwettaq fi żmien qasir, u għaldaqstant ittieħdu in konsiderazzjoni l-offerti li setgħu jissodisfaw b'mod tajjeb il-bżonnijiet ta' l-iskejjel konċernati.
F'xi każi oħrajn, ġejt informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma setgħetx tikkunsidra l-orħos offerti minħabba xi nuqqas (eż. Bid-bond, specifications) min-naħa tal-kuntratturi.
Liċeo tas-Subien Ħamrun — Installazzjoni ta' Lifts
Question
Jista' issa il-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 37714?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalkemm iż-żewġ lifts setgħu faċilment jiġu nkorporati f'departimental tender wieħed għaliex il-prezz konbinat hu sew taħt l-Lm20,000, il-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada dehrilha li għandha tippubblika tenders separati (skond il-Procurement Regulations 1996) peress li dak iż-żmien lift wieħed biss kien kopert bil-permess tal-MEPA. Inżid ukoll li l-lift l-ieħor kellu bżonn struttura differenti peress li fuq il-bejt hemm reservoir ta' l-ilma. Il-lifts ser jiġu stallati f'żewġ wings differenti ta' l-iskola.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37682?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijiet ta' tiswija fuq torrijiet, bħat-Torri tal-Lippija, isiru mit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Għaldaqstant, il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Jista' issa il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37681?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bit-tagħrif mitlub fl-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-persuna indikata mhux qed tibgħat għall-impjegati tal-Gvern biex jgħidilhom isiru impjegati taċ-Ċentru. L-impjegati tal-Gvern ikunu jistgħu jiġu assunti miċ-Ċentru kif jipprovdi l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali ta' l-2002 (Kap 445).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37364 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid x'irriżulta li d-diskors tal-Budget 2003 ma ġiex stampat fl-istamperija tal-Gvern? Jekk iva, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-parti tad-diskors li l-istamperija tal-gvern ma kienx attrezzat li jipproduċi sar barra. Dak li seta jsir fl-istamperija, sar fl-istamperija tal-Gvern.