Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38215 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Warrants

Question

Kemm hemm persuni li applikaw għall-warrant ta' għalliema u qed jistennew li jingħataw dan il-warrant, minħabba li d-dewmien tal-għoti ta' warrant qed jikkaġuna tbatijiet għall-persuni li qed jitħallew jistennew b'detriment għal kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li matul is-sena li g[addiet, il-Board iltaqa' 33 darba u għadda tliet mija u tlieta u tmenin warrant permanenti, mija u għoxrin warrant temporanju, u ġedded mitejn disgħa u ħamsin warrant temporanju. Bħalissa hemm pendenti disgħa u ħamsin applikazzjoni għall-warrant permanenti u wieħed u erbgħin applikazzjoni għall-warrant temporanju.
Leg 9 PQ #38157 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Pawl il-Baħar — Skola primarja - tifla ta' sitt snin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom koppja fejn il-missier huwa ċittadin Maltin li mar idaħħal lil bintu fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar ma tħalliex jagħmel dan meta hemm l-obbligu li l-istat jipprovdi edukazzjoni lil din it-tifla ta' sitt snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bħalissa qed tieħu ħsieb isiru arranġamenti biex it-tifla konċernata tiddaħħal fl-ewwel klassi.
Leg 9 PQ #38158 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Lecturer tas-systems of knowledge

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex lecturer fis-systems of knowledge fil-Junior College, li ismu qed jintbagħat separatament, li jikkordina l-projects għall-Matsec juża kliem goff u mhux adattat li jaqta' l-qalb ta' l-istudenti b'attitudni dispreġjattiva lejhom meta jidhirlu li ma jaqbilx mal-proġett li għamlu? X'sens edukattiv jagħmel dan kollu?

Response (GALEA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Membru jinformani x'kien il-kliem 'goff' u fil-konfront ta' kemm studenti intuża, jekk fil-fatt intuża, inkun nista' nevalwa l-każ. Sadanittant ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra artikolu tal-Professur Charles Pule` pubblikat fis-Sunday Times tat-30 ta' Ġunju, 2002 li jixħet dawl fuq is-suġġett.

Imġarr — Torri tal-Lippija

Question

X'passi se jittieħdu biex jiġi salvat it-Torri tal-Lippija fil-limiti ta' l-Imġarr li jinsab fil-periklu li jiġġarraf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li kienu riżolti xi kwestjonijiet ta' pussess minn terzi mid-Dipartiment konċernat, it-Taqsima tar-Restawr qed tagħmel it-tħejjijiet neċessarji biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbeda x-xogħol meħtieġ fuq it-torri.
Leg 9 PQ #37906 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fondi għall-istaff

Question

Tista' l-Universita' tgħid x'Resource Funds intefqu fuq l-istaff tagħha matul is-sena akkademika 2001-2002? Jista' jgħid kif inhuma l-livell ta' dawn il-fondi għas-sena akkademika 2002-2003? Kemm qed tippjana li tonfoq f'dan il-qasam l-Universita' matul is-sena korrenti? X'inhu n-numru tal-istaff li se jieħu minn dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa fuq Academic Work Resources għas-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2001 kienet ta' Lm733,772. Is-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2002 għadha mhix finalizzata. In-nefqa proġettata għas-sena 2002 hija ta' Lm653,000. In-nefqa proġettata għas-sena finanzjarja 2003 hija ta' Lm540,000. In-numru ta' staff li jinkludi lecturing staff fl-Universita` u l-Junior College huwa ta' 680.
Leg 9 PQ #38042 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja tal-Bniet fil-Mosta — Infiq ta' Flus

Question

Jista issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37736?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 37736.
Leg 9 PQ #38069 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Expression for interest

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37739 li riċentement saret lill-Ministru tal-Finanzi u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok, bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, tgħid kif expression for interest ippubblikata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għall-offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu n umru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għall-offerti proprja filwaqt li jgħid x'passi ħa l-Ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-individwi tqabbdu jagħmlu xogħol jew jagħtu servizz skond il-limiti diġa` pprovduti fil-Government Procurement Regulations 1996 paragrafu 11.
Leg 9 PQ #37899 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37724?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37900 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Wied il-Għajn - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37723?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif dwar in-nefqa li saret mill-FTS fl-iskola ta' Wied il-Għajn diġa` ingħatat bi tweġiba għal Mistoqsija numru 35662 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #37901 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Pembroke - Liċeo tal-bniet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37728?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dettalji mitluba huma miżmuma fir-rekords tal-proġett konċernat u jiġu verifikati mill-awdituri interni ta' l-FTS u tal-Gvern u jiġu verifikati mill-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awdituri skond kif jidhrilhom xieraq.
Leg 9 PQ #37903 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37733?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri tal-Bord ta' l-FTS jirċievu remunerazzjoni ta' Lm1200 fis-sena ħlief għall-membri li huma uffiċċjali pubbliċi li ma jirċievu ebda remunerazzjoni. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni, li barra li jippresjedi l-laqgħat jiddedika ċertu ħin fit-tmexxija tal-Fondazzjoni tħallas Lm10,000 fis-sena 2002.
Leg 9 PQ #37904 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' issa l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija numru 37731?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika miġbura mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37905 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Oġġetti u materjal mixtri

Question

Jista' issa jwieġeb mistoqsija 37732?

Response (GALEA, LOUIS)

L-inventarju msemmi jinżamm b'mod regolari mill-uffiċċjali konċernati u hu l-ħin kollu dispost għall-iskrutinju ta' l-awdituri interni ta' l-FTS u tal-Gvern kif ukoll jista' jiġi verifikat b'mod regolari mill-Awditur Ġenerali u mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur.
Leg 9 PQ #37884 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37717?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37885 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'diżabilita'

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex pazjenti b'diżabilita' li jkunu f'ward S3 fl-isptar San Luqa jkollhom fejn jistgħu jieħdu doċċa li tkun aċċessibbli għax bħalissa ma għandhomx? Għaliex se jibqgħu jiġu mċaħħda minn faċilitajiet aċċessibli essenzjali bħal doċċa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala parti mir-refurbixment kontinwu ġewwa l-iSptar San Luqa, il-Ward S3 ħa tiġi riferbixjata fi żmien ftit xhur. Parti mir-refurbixment ikun il-konstruzzjoni ta' showers minflok il-banjijiet kif nafuhom.
Leg 9 PQ #37896 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Impjieg ta' messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37727?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37897 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37726?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37898 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Liċeo tal-Bniet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37725?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel ġebla tal-Liċeo tal-Bniet f'Santa Luċija tqegħdet nhar id-29 ta' Jannar 1996. Laqa' l-ewwel studenti fi ħdanu f'Settembru 1997. Il-faċilitajiet użati mill-ewwel studenti kienu jikkonsistu fi ħmistax-il klassi, tliet laboratorji tal-fiżika, żewġ needlecraft rooms, żewġ kmamar tal-home economics, laboratorji tal-kemistrija, laboratorju tal-bioloġija, blokka amministrattiva li nkorporata l-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola, l-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet, uffiċini sekretarjali , staff rooms u kmamar għas-subject co-ordinators, kif ukoll l-użu ta' ġibjun u play area fuqu.
Leg 9 PQ #37877 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Lista' ta' pagamenti

Question

Jista' issa il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37716?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-vot rikorrenti indikat ġie użat kollu għal emolumenti personali tad-dipendenti ta' l-FTS kif ukoll għal xi ħwejjeġ operattivi. Jekk hemm xi item partikolari li dwaru jinħtieġ informazzjoni, nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija rilevanti.