Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38813 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

GATS — Negozjati

Question

X'pożizzjoni qed jieħu l-Gvern fin-negozjati dwar il-qasam tas-servizzi edukattivi tal-General Agreement on Trade in Services (GATS) tal-World Trade Organisation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fuq linji ġenerali, il-Gvern jirrikonoxxi li għal pajjiż b'ekonomija miftuħa bħalma hi dik tagħna, fejn niddependu daqstant mill-kummerċ internazzjonali, il-liberalizzazzjoni toffri l-aħjar prospetti għal pajjiżna. Madankollu, fil-prattika, meta wieħed jiġi għad-diskussjoni fid-dettal fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji dwar oqsma speċifiċi, anke minħabba s-sistema li taħdem biha din l-Organizzazzjoni, pajjiż żgħir bħal Malta ftit li xejn jista' jinfluwenza dawn in-negozjati. Għaldaqstant, kif dejjem kien il-każ, Malta issegwi mill-qrib dak li jkunu qed jipproponu il-pajjiżi jew blokki ewlenin. Ta' min jinnota li din is-sitwazzjoni tista' tinbidel biss bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. Bi sħubija, Malta jkollha pożizzjoni ġdida fejn ikollna sehem fid-deċiżjonijiet li tieħu l-Unjoni. B'hekk pajjiżna jkun f'qagħda li jinfluwenza l-pożizzjoni ta' l-Unjoni fin-negozjati fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji.

Toroq — Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm għat-tiswija tat-toroq mal-pajjiż kollu li mtlew ħofor f' dawn il-jiem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport mill-ewwel implimentat pjan għall-azzjoni sabiex malli t-temp ibbnazza l-ħofor li tfaċċaw fit-toroq arterjali bħalha kaġun tal-maltemp bdew jissewew minn diversi kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol. Fl-istess ħin l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tgħaddi informazzjoni lill-Kunsilli Lokali dwar il-ħofor li qed jiġu rrapurtati lilha permezz tal-freephone, biex dawn ukoll ikunu jistgħu jissewew. Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li f'ċirkostanzi fejn ix-xita tkun għadha nieżla, xogħol bħal dan ma jkunx jista' jsir b'mod tajjeb, u ħafna drabi l-istess xogħol jerġa jiġi ripetut, (kultant diversi drabi).
Leg 9 PQ #38654 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Impjegati

Question

Hemm il-ħsieb li jiġu reklutati mpjegati mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada minn kumpanniji pubbliċi u entitajiet u dipartimenti governattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tikkonsidra li tingaġġa numru ta' impjegati biex iwettaq ix-xogħol tagħha. L-applikazzjonijiet ikunu estiżi għal impjegati pubbliċi u impjegati minn entitajiet pubbliċi.
Leg 9 PQ #38656 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Voti — Persuni diżabbli

Question

Kemm hemm persuni diżabbli li għar-referendum li ġej se jitħallew jivvotaw u bagħtu għalihom biex jiġbru l-vot għall-ewwel darba u li qatt ma ivvotaw qabel? Fuq liema bażi bagħtu għalihom meta qabel ma kienux ngħataw il-vot?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Kummissjoni Elettorali ma żżommx statistika jew “records” ta’ min hu diżabbli. Kull min ikollu l-kwalifiki meħtieġa skond Artiklu 57 u ma jkollux l-iskwalifika skond Artiklu 58 tal-Kostituzzjoni jkun imdaħħal fir-reġistru elettorali li b’hekk ikun intitolat biex jivvota. Jekk l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal persuni msemmija f’Artiklu 58(a) tal-Kostituzzjoni, kien hemm 472 persuni li ġew riferuti quddiem il-Bord Mediku mwaqqaf skond Artiklu 14 ta’ l-Att XXI (1991) dwar l-elezzjonijiet ġenerali li minnhom 103 nstabu tajbin biex jivvotaw. Dan jgħodd mill-1998 sar-reġistru ta’ Ottubru 2002. Ma jinżammux “records” dwar jekk persuni qatt kienux ivvotaw qabel. Dawn il-persuni jintbagħtu għand il-Bord Mediku jew minħabba rapport dwarhom jew minħabba appelli quddiem l-Uffiċjal Reviżur.
Leg 9 PQ #38657 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bord tal-Matsec

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista' ta' persuni mdaħħla fl-istrutturi tal- Bord tal-Matsec u anki fil-panels tal-issettjar tal-karti tal-eżamijiet tal-istess bord li għandhom xi pubblikazzjoni fis-sillabu li jridu jistudjaw l-istudenti għas-suġġetti fil-livelli Avvanzat, Intermediate u SEC suġġett, suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li xi membri tal-panels u/jew tal-issettjar tal-karti tal-MATSEC għandhom xi pubblikazzjoni f'xi wieħed mis-sillabi kif jidher hawn taħt flimkien ma' l-isem tal-pubblikazzjonijiet li jidhru fis-sillabi. Livell Avvanzat taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Sillabi 2002 - 2004 Malti Oliver friggieri (editur) Il-Poeżija Maltija Karl Borg (editur) Lingwa u Lingwistika* Filosofija Emanuel Agius Problems in Applied Ethics Joseph Friggieri In-Nisġa tal-Ħsieb Vincent Riolo An Introduction to Logic Peter Serracino Inglott Peopled Silence * Inkluż f'din il-lista għax fiħ kapitli miktubin minn diversi persuni li għandhom x'jaqsmu mal-MATSEC. Sillabi 2005 - 2007 Is-Sillabi taċ-Ċertifikat tal-Matrikola tal-2005-2007 għadhom kemm tressqu għall-approvazzjoni tas-Senat qabel ma jkunu ippublikati. Dawn is-sillabi fihom l-istess kotba tas-sillabi tal-2002-2004 u dawn t'hawn taħt: Ġeografija Deborah Chetcuti The Climate of the Maltese Anton Buhagiar Islands: a review Patrick Schembri Frank Ventura Ingliż Lydia Sciriha u Malta - A Linguistic Mario Vassallo landscape Taljan Joseph Eynaud Ciak, si legge! Livell Intermediate taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Sillabi 2002 - 2004 u Sillabi 2005 - 2007 Malti Oliver Friggieri (editur) Il-Poeżija Maltija Filosofija Emanuel Agius Problems in Applied Ethics Joseph Friggieri In-Nisġa tal-Ħsieb Vincent Riolo An Introduction to Logic Systems of Joseph Giordmaina u Systems of Knowledge: Knowledge Louis Scerri (edituri) A guidebook (sa l-2005 Books 1 and 2 biss) Livell tas-SEC Sillabi 2002 - 2003 u Sillabi 2004 - 2005 M'hemmx pubblikazzjonijiet ta' persuni li għandhom x'jaqsmu mal-MATSEC.
Leg 9 PQ #38808 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Eżami fl-informatika tat-tekonoloġija

Question

F'hiex wasal ix-xogħol biex jibda jsir eżami fl-Informatika tat-Teknoloġija (IT) fil-livell SEC tal-Bord tal-MATSEC? Meta se jiġi offrut għall-ewwel darba lill-istudenti tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar id-dħul ta' l-Informatika tat-Teknoloġija bħala suġġett fil-livell tas-SEC.
Leg 9 PQ #38809 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet — Technology Education

Question

Meta beda l-kors tat-Technology Education? Kemm kienu dawk li applikaw għalih u ġew aċċettati? Kemm waqqgħu l-kors sa issa u kemm għadhom jattendu? Għaliex qed ikun hemm min iwaqqa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors tat-Technology Education beda fit-23 ta' Settembru 2002. Kull min applika għall-Kors tat-Technology Education ġie aċċettat. Dan il-Kors qed isir fil-Fakulta ta' Edukazzjoni fl-Universita'. Bdew il-Kors 99 għalliem. Fost dawn 11 iriżenjaw. Bħalissa qed jattendu 88. Il-proporzjon illi rriżenjaw huwa baxx u r-raġunijiet huma varji imma l-aktar huma dovuti għal raġunijiet personali.
Leg 9 PQ #38617 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST/Istitut tal-bini u kostruzzjoni — Maintenance Grant

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex studenti li jattendu l-istitut tal-bini u kostruzzjoni tal-MCAST fin-Naxxar għadhom ma ħadux maintenance grant għall kors li qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uniċi studenti li ma kienux ħadu stipendju kienu dawk tal-Plasterers u Tilelayers minħabba raġunijiet tekniċi bejn l-MCAST u l-ETC. Dawn ġew solvuti u ser jieħdu l-istipendju minn meta bdew il-kors ta' studju tagħhom. L-arranġamenti ġew iffinalizzati nhar il-Ġimgħa 7 ta' Frar 2003.
Leg 9 PQ #38618 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Diffikultajiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed taħseb li tieħu l-Universita' biex tnaqqas l-ispejjeż tagħha minħabba d-diffikultajiet serji finanzjarji li għandha?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ammont approvat mill-Parlament fil-Budget għas-sena 2003 kien ta' Lm 12,200.000. Tajjeb li ngħid ukoll li l-Universita' tagħmel minn kollox biex tattira fondi oħra minn sorsi oħrajn. Filwaqt li l-Universita' bħal kull entita oħra pubblika hi marbuta li tinvesti fl-edukazzjoni, taħriġ u riċerka l-flus mogħtija lilha bl-aktar mod effettiv, il-Gvern hu kommess li n-numru u l-kwalita' ta' l-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom vokazzjonali u terzjarji ikompli jitjieb u kien għalhekk li l-ispiża f'dan is-settur żdiedet b'mod sostanzjali f'dawn l-erba' snin. Gvern u Universita' ser ikomplu jaħdmu flimkien biex jinstabu l-aħjar sistemi għall-iffinanzjar adegwat ta' l-Universita' fid-dawl ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna
Leg 9 PQ #38619 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Nuqqas ta' nefqa

Question

X'passi se jieħu l-Ministru u l-oqsma li jaqgħu taħtu biex inaqqas in-nefqa għas-sena 2003 b'10% kif ordna l-Ministru tal-Finanzi skond MF Circular No2/2003 tal-24 ta' Jannar 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru tal-Finanzi fiċ-ċirkolari imsemmija ma ordnax it-tnaqqis imsemmi. Iċ-ċirkolari hi dwar 'variable budgeting' biex flus il-poplu jiġu użati b'mod aktar programmat.
Leg 9 PQ #38573 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-kumpannija Medigrain? Liema huma l-impjiegi u l-ħatriet differenti li għandhom dawn l-impjegati? Kemm hemm persuni f'kull impjieg f'livell differenti tal-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema tal-kumpanija Medigrain jammontaw għal wieħed u għoxrin. Dawn huma mqassmin kif ġej: GRAD NUMRU Chairman Eżekuttiv 1 Deputat Chairman 1 General Manager 1 Accounts Officer 1 Kontrollur Finanzjarju (fuq bażi part time) 1 Segretarja Personali 1 Skrivan Grad II 1 Messaġġier/Xufier 1 Silo Foreman/Inġineer 1 Technician 1 Mechanical Fitter 2 Siloman 2 Deliveryman 2 Weighbridge Operator 2 Labourer 3
Leg 9 PQ #38574 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'salarji, allowances u perks oħrajn għandhom il-persuni li jokkupaw l-ogħla ħatriet fil-kumpannija Medigrain?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċjali tal-kumpanija Medigrain għandhom is-salarji annwali u allowances li ġejjin: Iċ-Chairman Eżekuttiv - Lm12,260 u l-użu ta' karozza u telefon ċellulari Id-Deputat Chairman - Lm6,000 u l-użu ta' karozza u Lm200 allowance għal tratteniment Il-General Manager - Lm13,260 u l-użu ta' karozza u telefon ċellulari.
Leg 9 PQ #38575 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu jew instabu neqsin containers li għaddew mill-Freeport ta' Malta fis-sena 2002 u 2003 (s'issa)? X'kien f'kull każ il-kontenut tal-containers li naqsu? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2002 kien irrapurtat każ wieħed ta' container li naqas minn ġewwa l-Port Ħieles. F'dan il-container il-kontenut kien dikjarat bħala xorb alkoħoliku u bil-każ ġew mgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti. S'issa, matul din is-sena, ma kienx hemm rapporti ta' containers li naqsu mill-Port Ħieles.
Leg 9 PQ #38576 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Korp tal-Pulizija — Xiri ta' armi/apparat ieħor

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2002 u f'Jannar u Frar 2003 (s'issa) il-gvern xtarax armi u apparat ieħor għall-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid mnejn impurtahom? Jista' jgħid jekk f'kull każ il-materjal impurtat wasalx għand il-Korp tal-Pulizija? Jirriżulta li kien hemm każi fejn il-materjal ma wasalx? X'sar minnu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra u din is-sena, il-Korp tal-Pulizija ma xtarax armi. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtina aktar tagħrif dwar "apparat ieħor" imsemmi fil-Mistoqsija, inkun nista` nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #38577 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Aġenzija għall-ħarsien tal-patrimonju tagħna — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ma' l-aġenzija għall-ħarsien tal-patrimonju tagħna? X'kondizzjonijiet, ħlasijiet u responsabbiltajiet għandhom f'kull każ? X'budget għandha din l-aġenzija biex twettaq il-ħidma tagħha tul is-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa l-impjegati ma' din l-aġenzija huma 177, li lkoll ġejjin mid-Dipartiment tal-Mużewijiet ħlief iċ-Chief Executive. Il-kundizzjonijiet, ħlasijiet u responsabiltajiet għadhom kif kienu taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, jiġifieri bħal ħaddiema tal-Gvern. Il-budget ta' l-aġenzija għal din is-sena huwa ta' : Rikurrent - Lm1,170,000 Kapital - Lm550,000
Leg 9 PQ #38578 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Żjara minn persuna mir-Renju Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew xi qasam li jaqa' taħtu, inkluż xi fondazzjoni, f'Jannar, 2003 ġab Malta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament mir-Renju Unit? X'attivita' għamel waqt iż-żjara tiegħu? X'diskorsi għamel lid-diretturi ta' l-Edukazzjoni? X'qalilhom dwar is-sehem li għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada stiednet lill-Professur Steven Male mill-Universita' ta' Leeds, biex jikkonduċi symposium fuq is-suġġett ta' Value Management. Kienu mistiedna għas-symposium diversi diriġenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll persuni relatati ma' xogħlijiet mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Informat li l-Professur Steven Male ma daħalx fil-mertu ta' x'sehem għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-Gvern.

Taxxa tal-VAT

Question

X'inhi r-reazzjoni tal-istrutturi li jaqgħu taħt il-Ministeru u huma responsabbli mill-qasam tal-informatika għall-effetti tat-taxxa tal-VAT fuq is-settur, anki meta mqabbel ma pajjiżi oħra li jeżentaw is-settur mill-VAT u għalhekk huma iżjed kompettittivi anke biex jiġbdu lejhom investiment ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Għalkemm il-mistoqsija ma' tispecifikax ghal liema prodotti jew servizzi qieghed jirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant, ngharrfu illi fl-UE permezz tad-direttiva 2002/38/EC, il-VAT ma' tiġix imposta skond fejn il-prodott jew servizz jinħadem, iżda skond fejn jiġi kkunsmat jew mixtri. Għaldaqstant, il-VAT ma' taffettwa bl-ebda mod il-kompetittivita ta' pajjiż fil-qasam tal-ICT.
Leg 9 PQ #38379 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żejtun — Palazz De Fremaux

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri kollha mogħtija mill-istrutturi kkonċeranti li saret referenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari numru 38292?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-prattika li tintlaqa' talba bħal dik li qed jagħmel l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #38388 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Laqgħat dwar l-UE

Question

Jista' jiċċekkja jekk saritx laqgħa simili għal dawk imsemmija f'mistoqsija 38294, fit-28 ta' Jannar 2003 fl-iskola speċjali tal-Wardija? Min organizzaha? Min tkellem? X'kien is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntalab permess mil Malta - EU Information Centre sabiex tintuża s-sala ta' l-iskola Dun Manwel Attard, Wardija fit-28 ta' Jannar, 2003, sabiex issir laqgħa ta' informazzjoni għall-bdiewa.
Leg 9 PQ #38390 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli skolastiċi — Riżultati/elezzjonijiet

Question

Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi li għadhom kemm saru?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar mill-iskejjel konċernati fejn kien hemm elezzjoni.