Legislature:
Category:
Reset
Active:

Finanazi — Nefqa ta' kull Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u x'suċċess inkiseb biex fil-perjodu Jannar - Mejju 2003 in-nefqa ta' kull ministeru, dipartiment tal-gvern, fondazzjoni u impriża pubblika tkun skond dik imħabbra fil-budget għas-sena 2003? Il-Ministru huwa sodisfatt li n-nefqa qed tinżamm fil-livell ippjanat? Liema ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u impriżi ma żammewx mal-miri ppjanati?

Response (DALLI, JOHN)

Il-passi li ttieħdu kienu skrutinju dettaljat, ministeru b'ministeru tan-nefqa ppjanata u li qed issir. Is-suċċessi jew nuqqas tagħhom jitkejlu fl-aħħar tas-sena anke wara li jittieħed konjizzjoni ta' spejjeż li jista' jinqala l-ħtieġa tagħhom u li ma jkunux previsti.

MOBC — Kontijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul u l-ħruġ u l-volum tax-xogħol tal-kumpanija MOBC fis-sena 2000, 2001 u 2002? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-kontijiet awditjati tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tliet snin imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tisfija tad-drenaġġ

Question

F'hiex wasal il-pjan għat-tisfija tad-drenaġġ t'Malta u Għawdex? Meta huwa maħsub li se jibdew jitħaddmu l-impjanti meħtieġa? Fejn se jkunu mibnija? Kemm huwa maħsub li se jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li jinbnew tlett impjanti għat-tisfija tad-dranaġġ, wieħed f'Għawdex, wieħed fit-Tramuntana ta' Malta u wieħed fin-Nofsinhar ta' Malta. L-impjant ta' Għawdex ser jinbena fl-inħawi magħrufa bħala Ta' Mġarr ix-Xini. Is-siti ta' l-impjant li ser jinbnew f'Malta ser jiġu stabbiliti fil-ġimgħat li ġejjin. L-impjanti ta' Għawdex u dak fit-Tramuntana ta' Malta huma ppjanti li jibdew joperaw għall-aħħar tas-sena 2005. L-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta jibda jopera f'Marzu tas-sena 2007. L-impjant ta' Għawdex hu mistenni li ser jiswa madwar 9 miljun Euro li parti minnu ser jiġi finanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea. L-infrastruttura fit-Tramuntana ta' Malta hija stmata għas-somma ta' 12.3 miljun Euro u ser tiġi finanzjata mill-Protokol Taljan, filwaqt li l-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar 70 miljun Euro.

Melita Cable Tv — Servizzi - Obbligi

Question

Jista' jgħid - skond il-kuntratt iffirmat mal-Gvern biex tingħata liċenzja biex topera - x'obbligi għandha l-kumpanija Melita Cable Tv li twassal is-servizz tagħha fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Melita Cable plc ffirmat fl-1990 f'klawsola 3.3 igħid hekk: L-operatur tal-Cable jkun obbligat mid-data effetiva ta' dan il-ftehim, biex jispiċċa l-kostruzzjoni tas-Sistema biex in-numru ta' djar li jkollhom il-possibilita tas-servizz tal-cable, ikun kif speċifikat aktar l-isfel, bħala persentaġġ ta' djar f'dik msejħa Standard Service Area. Sa tnax il-xahar 10% sa erba' u għoxrin xahar 82% Sa sitta u tletin xahar 95% Kif aċċenajt iktar il-fuq, dan il-ftehim ġie ffirmat tlettax-il sena ilu.
Leg 10 PQ #456 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

General Pharmaceutuical Services — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq ix-xiri ta' mediċini għall-General Pharmaceutical Services fil-perjodu Jannar - Mejju 2003? Kemm jonqos x'jintefaq mill-budget ivvutat għal din is-sena? Kemm hemm kontijiet pendenti minn snin oħra għal xiri ta' mediċini għal dan is-servizz pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ammont ta' flus li ntefqu (xiri) fuq mediċini (li jinkludu medical devices u prosthetics u orthotics) minn Jannar sa Mejju 2003 huwa ta' Lm6,176,738. Dan l-ammont jinkludi l-ammonti li diġa' tħallsu kif ukoll ammonti li għad iridu jitħallsu. Jista' jkun li hemm fatturi li għadhom ma ġewx irrekordjati fis-sistema peress li għadhom ma waslux fil-Government Pharmaceutical Services (GPS). L-ammont li baqa' mill-budget li ġie approvat din is-sena għall-Government Pharmaceutical Services biex jitħallsu mediċinali jammonta għal Lm4,136,715 (sal-21 ta' Ġunju 2003 - il-committments ġew imnaqqsa wkoll). Kontijiet li baqgħu pendenti mis-snin oħra ta' xiri ta' mediċini għal dan is-servizz pubbliku jammonta għal Lm844,201 (sal-21 ta' Ġunju 2003).
Leg 10 PQ #457 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilll Malti għax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 312 u cioe' jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programmi ta' ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-sena 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Buġibba/Qawra — Stutturi li jinsabu bejn it-triq u l-baħar

Question

Tul il-belveder ta' Buġibba u l-Qawra, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm strutturi li jinsabu bejn it-triq u l-baħar u ngħataw il-permess ikunu ogħla mil-livell tat-triq? Meta ngħataw il-permessi meħtieġa? B'liema kriterji ngħataw dawn il-permessi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ strutturi li għalihom għamel referenza l-Onor. Interpellant u li ngħataw mit-twaqif tal-Awtorita’ tal-Ippjanar (li mbagħad saret il-MEPA) ‘l hawn, huma erba’. ld-dati ta’ meta ngħataw il-permessi u fuq liema kriterji huma kif ġej: Data Kriterji 24/09/1996 L-izvilupp fis-sit tal-McDonalds (l-ex Serena Lido) huwa ta’ natura temporanja u għalhekk mhux ser itellef id-dehra 10/11/1999 Tinżamm is-6.0m wisa’ ta’ xatt skond il-pjanti sottomessi, kif ukoll ma jsir l-ebda mpjant mekkaniku jew struttura oħra fuq il-bejt minbarra dawk indikati fuq il-pjanti sottomessi. Is-sit kien il-Luzzu Restaurant. 26/09/2002 L-impatt ta’ dan l-iżvilupp tan-New Dolmen fuq il-promenade huwa wieħed limitat. 14/05/2003 Development Notification Order 20 (permess temporanju għall- Temporary Tented Structure ). Il –permess ġie mogħti sa Ottubru 2003. Fl-ewwel tliet każijiet imsemmija kienu diġa’ jeżistu strutturi ‘l fuq mill-livell tat-triq.

San Ġiljan — The Park - bejgħ ta' xorb alkaħoliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-pulizija ħadu passi dwar ksur tal-liġi ta' bejgħ ta' xorb alkaħoliku lill-adoloxxenti li jinġabru fl-inħawi magħrufa bħala The Park, f'San Ġiljan? Jirriżultalu li x-xogħol tal-pulizija f'dan il-qasam qed isir iżjed diffiċli anke minħabba toqob fil-liġijiet relattivi, fosthom li tal-ħanut jistgħu jbiegħu flixken miniature bl-alkaħol lill-adoloxxenti mingħajr ma jiksru l-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena il-Pulizija kompliet tagħmel sorveljanza kontinwa fl-inħawi msemmija u ma kienx hemm okkażżjonijiet fejn irriżulta illi kien hemm ksur tal-liġi kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi skond il-liġi ebda sid ta` ħanut b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` nbejjed, birra jew likuri spiritużi ma jista` ibiegħ inbejjed, birra jew likuri spiritużi lil persuna li jkollha anqas minn sittax-il sena.
Leg 10 PQ #395 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema

Question

Fil-gżira ta' Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li bħalissa jaħdmu ġewwa Għawdex: a) mal-gvern; b) ma' intrapriżi pubbliċi; c) fil-biedja; d) fis-sajd; e) fil-fabbriki; f) fil-qasam turistiku; g) fil-qasam tal-ħwienet; h) jaħdmu għal rashom? Tista' il-Ministru tagħti l-istess figura għas-snin 2000 u 2001?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #449 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Palace Tower Signal Station

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar kif fil-Palace Tower Signal Station l-istaff sergeant li ismu qed jintbagħat separatament jawtroiżża ħlasijiet il-Ħadd għall-persuni li jitniżżlu li jaħdmu meta fil-fatt ma jkunux ħadmu għax ma jkunux xogħol bħal per eżempju fil-każi dettalji li qed jintbagħtu separatament kif jista' jiġi verifikat mil-logbooks?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, irriżulta dan li ġej:- a. Id-data tas-6 ta’ Novembru 2002, kienet l-Erbgħa u mhux il-Ħadd. Membri tal-Forzi Armati jitħallsu paga doppja f’każ li jkunu xogħol fil-Ħdud. b. Rigward it-tieni każ, kien ikkonfermat li l-individwu kien xogħol ta’ bil-lejl il-Ħadd, 27 ta’ April 2003. Għalkemm isem l-individwu tniżżel bħala preżenti għax-xogħol fid-“Daily Parade State” (li turi kull individwu jekk ikunx xogħol, frank jew marid) bi żball tħalla barra mil-“Log Book” li jinżamm fil-“Palace Tower Signal Station”.

Ċentri ta' l-Adulti — Żgħażagħ diżabbli

Question

Fl-aħħar ħames snin kemm kien hemm żgħażagħ diżabbli li ngħataw taħriġ fiċ-Ċentri tal-Adulti u mbgħad instabilhom impjieg regolari fis-settur pubbliku u fis-settur privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

I/-?entri ta’ Matul il-Jum g[al persuni b’di]abilita’ jipprovdu diversi programmi ta’ ta[ri; f’kapa/itajiet li jistg[u jg[inu lil dawk li jattendu biex jg[ixu kwalita’ ta’ [ajja a[jar. Fost dawn il-programmi, i/-?entri joffru diversi opportunitajiet ta’ xog[ol f’ambjent protett, fosthom: · Xog[ol domestiku f’]ew; kunsilli lokali u fir-residenza Vajrita; · Tindif, twa[[il ta’ labels u munta;; [afif f’fabbriki; · Ippakkjar ta’ posta g[al diversi a;enziji; · Xog[ol tal-qasab; · Produzzjoni ta’ xemg[a. Ir-responsabbilta’ g[at-ta[ri; li jwassal persuna b’di]abilita’ g[al impjieg regolari hi tal-Korporazzjoni g[ax-Xog[ol u t-Ta[ri;.
Leg 10 PQ #451 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ — Employment Barometer

Question

Jista' il-Minsitru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tagħrif miġbur mill-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ għall-Employment Barometer għall-perjodu li jibda minn Mejju 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Barometru ta' l-Impjiegi għall-perjodu li jkopri Ġunju sa Diċembru 2003 għadu qed jiġi kkompilat peress li l-istħarriġ fost l-imprendituri ġie mitmum fl-10 ta' Ġunju 2003. Il-publikazzjoni hija mistennija li toħroġ fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju 2003.
Leg 10 PQ #384 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Kemm kien hemm studenti jatendu l-aħħar sena tal-korsijiet B.Ed fl-Universita' tul din is-sena akkademika 2002-3 u f' liema suġġetti? Kemm kien hemm studenti jattendu kors PGCE tul din is-sena akkademika u f' liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar in-numru ta' studenti li jattendu l-Universita' fil-kors tal-BEd (Hons) fl-aħħar sena imqassma b'suġġetti, u n-numru ta' studenti fil-kors tal-PGCE imqassma b'suġġetti.

Kumpanniji pubbliċi — Promozzjonijiet

Question

Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Privatizzazjoni — Impriżi pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa liema huma dawk l-impriżi pubbliċi li beda l-proċess fuqhom biex jiġu privatizzati? Jista' jgħid f'kull każ f'hiex wasal dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa il-Privatisation Unit qiegħed jaħdem fuq il-privatizzazjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC), il-Liċenzja tal-Lotterija Nazzjonali u l-Malta Freeport Terminals. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nwieġeb li kemm fil-każ tal-MOBC u l-Lotterija il-proċess wasal fl-istadji finali. Fil-każ tal-Malta Freeport Terminals il-proċess għadu għaddej pero huwa prematur li jingħata informazzjoni fuqu.

Magħtab/Qortin — Rimi ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan għall-għeluq tal-Magħtab u tal-Qortin? Fejn huma l-postijiet differenti fejn se jintefa' l-iskart minflok dawn iż-żewġ postijiet? Fiex wasal il-pjan biex isir ix-xogħol meħtieġ fuq il-Magħtab u l-Qortin biex ma jibqgħux ikunu ta' periklu ambjentali fl-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern għall-għeluq tal-Magħtab u tal-Qortin miexi kif imfassal fl-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart. Diġa' beda jiġi ddepożitat skart tal-bini fis-sit tal-Mejda u f'dak tal-Bellula għar-riċiklaġġ. Minn l-ewwel ta' Lulju mhux ser jibqa' jintrema skart ta' l-industrija tal-bini fis-sit tal-Magħtab. Minbarra dan, qiegħed isir EIA sabiex jintagħżel l-aħjar sit għal engineered landfill. Qed ukoll jiġi mħejji pjan biex hekk kif is-siti tal-Magħtab u tal-Qortin jingħalqu, jiġu riabilitati u b'hekk ma jibqgħux ikunu ta' periklu.

Arloġġi li jinsabu ħdejn il-bus stops

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jieħu ħsieb l-arloġġi ħdejn il-bus stops fit-toroq tagħna peress li ħafna minnhom jinsabu jew weqfin jew b'ħin ħażin u jagħtu dehra ta' telqa u traskuraġni? Jistgħu jittieħdu passi biex jaħdmu sew u juru l-ħin korrett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mhux l-arloġġi kollha allokati ħdejn il-bus stops jaqgħu taħt ir-responsabbilita' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta. Bħalissa l-Awtorita' għandha rrapurtati erba' arloġġi li baqa' bil-ħsara u li jinsabu tnejn l-Imsida, wieħed Baħar iċ-Ċagħaq u çħor Bormla. Dawn għandhom bżonn ta' xogħlijiet li jinkludu trinek u cables ġodda. It-Tenders meħtieġa ħarġu u xogħlijiet ser isiru fil-futur qarib.
Leg 10 PQ #390 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Tas-Sellum - ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-ċimiterju li qed jiġi riabilitat fl-inħawi tas-Sellum fil-Mellieħa? Meta hu maħsub li se jibda jintuża? Kemm hemm oqbra li diġa' nbiegħu? Kemm fadal x'jinbiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fiċ-Ċimiterju ndikat fil-Mellieħa għadu sejjer. Ix-xogħol fuq il-parti fejn diġa` kien hemm l-oqbra, kif ukoll ix-xogħol ta' tindif ta' blat u ħamrija, tlestew. Fadal ix-xogħol ta' twaħħil ta' aperturi għall-kmamar li tlestew, kif ukoll ir-rixtellu għaċ-Ċimiterju. L-oqbra kollha ġew allokati skond l-applikazzjonijiet. S'issa, għadu ma sar l-ebda kuntratt ta' bejgħ ta' oqbra min-nutar u għaldaqstant ma jistax isir użu ta' dawn l-oqbra. Huwa kkalkulat li tali xogħol li fadal, kif ukoll kuntratti neċessarji għandhom jitlestew fi ftit ġimgħat oħra.

Task Force dwar it-tarznari

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iltaqgħet it-task force dwar it-tarznari din is-sena? Xi ftehim intlaħaq fiha dwar pjan ta' ristrutturar tat-tarznari? Xi skemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema hemm maħsuba sas-sena 2008? Kemm huwa ppjanat li jitnaqqas l-għadd ta' ħaddiema fit-tarznari sas-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ahhar laqgha li saret tat-Task Force kien fil-5 ta' Gunju 2003 li kienet l-21 laqgha minn mindu twaqqfet. Il-laqgha li jmiss ser issir fit-18 ta' Gunju 2003. It-task Force kienet ikkonkludiet rapport dwar ir-ristrutturar tat-tarznari skond it-termini moghtija u fi zmien stabbilit f'dawk it-termini ta' referenza u wara giet inkarigata biex tkompli tiltaqa halli tmexxi l-implimentazzjoni ta' dak ir-rapport. L-Onor Membru huwa mitlub jaghmel referenza ghall-istqarrija ministerjali u ghad-diskussjoni li saret fis-seduta tal-Parlament tal 5 ta' Gunju 2002 (Seduta 750) ghal aktar dettalji. M'inhix f'posizzjoni li nghid xi skemi hemm mahsuba sas-sena 2008 ghaliex din hi materja li trid tkun diskussa fit-Task Force u hi suggetta ghall-approvazzjoni tal-Gvern. Il-pjan ta' ristrutturazzjoni hu mibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport Appledore u jistablixxi l-mira ta' 1624 haddiem ghaz-zewg tarznari.
Leg 10 PQ #379 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Skolastiċi — Presidenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 283 u cioe' jista' il-Ministru jagħti l-lista sħiħa tal-presidenti tal-kunsilli skolastiċi maħtura għas-sentejn li ġejjin? Jista' għid fuq liema kriterji nħatru? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-presidenti ġew maħtura kif indikati mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-Ministru ma aċċettax ir-rakkmandazzjoni tal-kunsilli lokali u x'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-ħatra ta' Presidenti tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel, li saret wara konsultazzjoni, tajt każ ta' diversi kriterji, fosthom: 1. Li fil-fehma tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni il-persuna hi idonea għall-iskola li għaliha hi nħatret bħala President; 2. Li ma tkunx serviet bħala Kap ta' din l-iskola fil-passat qarib; 3. Li ma hijiex preżentement isservi bħala Sindku tal-Kunsill lokali; 4. Li ma tkunx kandidata ma' xi partit politiku għall-elezzjonijiet ġenerali; 5. Li preżentement ma hix isservi bħala għalliema; 6. Li ma tkunx ġenitur ta' tfal li jattendu fl-iskola fejn se tkun isservi bħala President. Kull Kunsill Lokali kien mgħarraf b'ittra datata 20 ta' Jannar 2003 sabiex 'jindika ismijiet ta' persuni li fil-fehma tiegħu huma adatti biex iwettqu l-funzjoni tagħhom ta' Presidenti skond il-provedimenti ta' l-Avviż Legali 135 ta' l-1993'. Fl-istess ittra kien indikat ċar li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni 'qed iniedi proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa bil-għan li jikseb opinjonijiet dwar persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati minnu biex iservu bħala Presidenti' u 'il-Ministru jirriserva li jinnomina dik il-persuna li fil-fehma tiegħu tkun idonea għall-iskola konċernata'. L-elezzjonijet tal-Kunsilli saru fl-24 ta' Jannar 2003 u l-ewwel laqgħa tal-Kunsill trid tissejjaħ mill-President tal-Kunsill. Sussegwentament, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni għadda sabiex jaħtar il-Presidenti wara li ħa inkonsiderazzjoni l-opinjonijiet ta' dawk il-Kunsilli li għażlu li jibgħatu nomini. Diversi Kunsilli ma bagħtu ebda nomina anke invista ta' l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali li nżammu f'Marzu. Kunsilli oħra bagħtu n-nomini tagħhom wara li kien diġa' nħatar il-President. Il-Ministru aċċetta n-nomina tal-Kunsilli Lokali f'dawn l-iskejjel: Attard, B'Bugia B, B'Kara A u B, Fgura B, Floriana, Gharghur, Gudja, Ħamrun (A, B, C), Kalkara, Kirkop (tieni għażla), Mellieħa, Mġarr, Mosta B, M'Scala, Naxxar, Pieta', Qormi SS A u B, Senglea, Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Vittoriosa, Żabbar A, Żebbuġ B, Żejtun A u B, Żurrieq A, Għajnsielem, Qala, San Lawrenz, Sannat, Rabat u Xewkija. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ħatar jew se jaħtar Presidenti oħra u mhux skond kif indikat mill-Kunsilli Lokali f'dawn l-iskejjel: a. Il-Ministru għażel persuni li skond il-fehma kienu aktar idonei biex iservu f'dawn l-iskejjel: B'Bugia A, Fgura A, Għaxaq, Żabbar A, Kerċem, Nadur u Żebbuġ (Għawdex). b. Il-Ministru ħatar Presidenti hu peress li n-nomini mill-Kunsilli Lokali waslu tard; Cospicua, Dingli (persuna indikata Sindku), Lija/Balzan, Qormi San Ġorġ A u B, Santa Venera A u B u Żurrieq B. c. Il-Ministru għad irid jaħtar Presidenti f'dawn il-lokalitajiet; Mqabba, Mtarfa (persuna indikata Sindku), Pembroke u Siġġiewi. d. Żebbuġ A: il-persuna indikata kienet kandidata għall-elezzjoni ġenerali. Lista bl-ismijiet tal-Presidenti konċernati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.