Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin li siefru din is-sena: a) bl-ajru; u 2) bil-baħar u f'liema pajjiżi marru, pajjiż, pajjiż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n numru ta’ Maltin li siefru bl-ajru bejn Jannar u Settembru ta’din is-sena pajjiż, pajjiż huwa kif jidher f'ordni alfabetika fit-tabella mehmuża.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol ta' microfilming sar fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, fuq materjal miżmum fil-Bibljoteka Nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta’ microfilming li sar fl-aħħar tliet snin fuq materjal miżmum fil-Bibljoteka hu kif ġej:
2000 Sar xoghol ta’ microfilming tal-manuskritti tal-Bibljoteka (mhux ta’l l-Arkivju) b’numru ta’ 48,000 frame. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-gazzetti lokali b’total ta’ 11,600 frame. Kien hemm ukoll ordnijiet mill-pubbliku ta’ kopji minn manuskritti jew kotba rari jew imqattgħin li ma setgħux isiru fotokopji minnhom. Dawn ammontaw għal 8,200 frame. B’hekk it-total laħaq 67,800 frame ta’ microfilm.
F’din is-sena wkoll, il-
Gazzetta tal-Gvern
u l-ewwel 19-il volum tal-manuskritti tal-Bibljoteka ġew ikkupjati fuq
films
pożittivi biex ikunu jistgħu jiġu użati mill-pubbliku. Sar ukoll xogħol ta’ ċċekkjar tal-
films
negattivi u pożittivi tal-Arkivju ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Dan l-eżerċizzju kien neċessarju biex niżguraw li l-
films
li kienu saru fis-snin disgħin kienu baqgħu ċari u li jistgħu jinqraw mill-pubbliku.
2001 Matul din is-sena, saru 68,250 frame ta’ microfilm minn manuskritti u gazzetti kif ukoll ordnijiet għall-pubbliku li ammonta ghal 38,820 frame. Dan ta’ l-aħħar kien jinkludi 33 manuskritt tal-Bibljoteka bl-Għarbi li ammontaw għal 7355 frame u li saru għall-Bibljoteka Alexandrina li ġiet inawgurata f’Lixandra fl-Eġittu dik is-sena. Barra minn hekk, saru 24,050 frame mill-Gazzetta tal-Gvern u 94,250 frame ta’ manuskritti tal-Bibljoteka li ġew ikkupjati fuq films pożittivi. B’kollox ix-xoghol ammonta ghal 195,370 frame. Tkompla wkoll l-iċċekkjar tal-films pożittivi u negattivi ta’ l-Arkivju ta’ l-Ordni.
2002 It-total ta’ frames li saru din is-sena kien ta’ 50,139. Dan kien jinkludi manuskritti tal-Bibljoteka, melitensia jew kotba rari kif ukoll manuskritti ta’ l-Arkivju ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann li għal xi raġuni jew oħra kienu nqabżu l-ewwel darba u li ntbagħtu l-Hill Monastic Manuscript Library ta’ Minnesota fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, baqa’ sejjer ix-xogħol ta’ ċċekkjar u labelling tal-films pożittivi u negattivi ta’ l-Arkivju.
Bibljoteka Nazzjonali — Xogħol miċ-ċentru tar-restawr
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar miċ-Ċentru tar-restawr bħala servizz lill-Bibljoteka Nazzjonali fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li xogħol fuq ir-restawr għall-Bibljoteka Nazzjonali isir ħafna drabi mill-istess grupp ta’ nies, kemm ġewwa l-laboratorji taċ-Ċentru tar-Restawr, kif ukoll fil-Bibljoteka nnifisha skond il-ħitiġjiet tal kotba, manuskritti u manufatti oħra.
Ix-xogħol ta’ restawr li sar fl-aħħar tliet snin fuq il-manuskritti u l-kotba li hemm fil-Bibljoteka Nazzjonali huwa kif jidher hawn taħt :-
2000 Restawr ta’ 36 volum u 4 manuskritti.
Proġett Sajf 2000: Flimkien ma 12-il student universitarju sar tindif ta’ kotba u manuskritti fil-Melitensia l-Qadima, Magistrate Parnis Collection Bequest u kotba fis-sala prinċipali. Madwar 12,200 ktieb gew imnaddfa f’dan l-eżerċizzju.
2001 Ġew restawrati 94 ktieb, 13-il manuskritt u 10 kotba tal-Melitensia.
Xogħol ieħor jinkludi tindif,
support
u
framing
ta’
portraits
ta’ 28 Gran Mastru.
Saret tiswija u restawr ta’ kotba tal-Melitensia u ta’ gazzetti fl-Emeroteka tal-Bibljoteka Nazzjonali.
2002/2003 Ġew restawrati 8 manuskritti u 38 ktieb tal-Bibljoteka. Qed isir xogħol ta’ restawr fuq 17 il-ktieb u manuskritti oħra.
Peress li ħafna manuskritti, parċmini, 300 ittra bis-siġill, kollha ta’ preġju kbir kienu qed jiġru fl-idejn, inħass il-bżonn li jinħadmu passpartu u kaxex għalihom biex hekk ikunu preservati. Fost dawn insibu ktieb tal-viżitaturi li jmur lura għas-sena 1840. Sar ukoll tindif ta’ kotba rari u immuntar ta’ bibljografiji u posters għall-Fiera tal-Ktieb.
Ninsab infurmat ukoll li wieħed ma jistax sempliċiment ikejjel ix-xogħol ta’ restawr mill-kwantita’ ta’ kotba jew manufatti, peress li ċertu kotba, parċmini u kollezzjonijiet arkivjali jinħtiegu xogħol aktar minn oħrajn. Dan dejjem jiddependi mill-kundizzjoni, daqs u għamla tal-ktieb jew oġġett ieħor li jinħtieġ restawr.
Tajjeb wieħed jiftakar li xogħol ta’ restawr jitlob attenzjoni, żmien, delikatezza u dedikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jitneħħa l-periklu li hemm għall-persuni li jkunu qed jistennew li jmorru għax-xogħol, l-iskola jew qadi ieħor tagħhom ħdejn il-banka tal-lottu fi Triq St. Andrews fejn dan l-aħħar kellna l-inċident fatali li fih miet refuġjat b'daqqa ta' karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport kienet diġa ħadet passi ġimgħat qabel l-inċident fatali li semma l-Onor. Interpellant biex jiżguraw is-sigurta f'din il-lokalita. Jien infurmat illi saru bus bays ftit l-isfel u ġew installati Pelican Lights.
Biex tkun tista tibda tintuża din il-bus bay imsemmija, jonqos biss l-Kunsill Lokali jwaħħal il-bus shelter.
Jista' il-Ministru jgħid x'taħriġ u formazzjoni profezzjonali qed isiru biex ikollna persuni bil-ħiliet meħtieġa biex nibnu toroq tajbin f'pajjiżna? Min qed jagħti dan it-taħriġ u kemm hemm persuni li għaddejjin minn dan it-taħriġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi t-taħriġ professjonali li kienu tqabbdu biex jagħtu l-konsulenti Ġermaniżi tal-GTZ għadu għaddej bħala parti mill-korsijiet li tipprovdi l-Fakulta ta' l-Arkitettura u Nġinerija ta' l-Universita.
Fil-preżent l-attendenza għal dawn id-diversi korsijit hija kif ġej:
13-il student qegħdin isegwu l-
post graduate course
għal M.S.c. fir-
Road Engineering
.
Student wieħed qed isegwi l-aħħar sena għal kors ta' Perit bir-
Road Engineering
bħala l-
main stream
.
Student wieħed qed isegwi r-raba sena fl-istess
stream
.
Studenti li ser jibdew it-tieni semester tat-tielet sena tal-kors u li eventwalment wieħed jispera li jsegwu l-istess
stream
.
Ma dawn wieħed jista' jsemmi sitt studenti oħra li lestew il-course tagħhom din is-sena wara li segwew ir-Roads Engineering Stream.
Fl-istess ħin qed isiru wkoll aranġamenti preliminari biex Periti kwalifikati jkunu jistghu isegwu korsijit oħra li jwasslu għad-dottorat f'din il-materja.
Fuq livell tekniku għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-MCAST biex jiġi ntrodott course tekniku għal żagħżagħ u ħaddiema li jkunu jridu jaħdmu fis-settur biex ikunu jistgħu jieħdu l-Journeyman Certificate.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti sekondarji fis-settur statali li qed jistudjaw l-istudji Ewropej? Kemm hemm għalliema magħhom? Hemm xi ħjiel jekk hux se jiżdiedu l-istudenti li jidħlu għal dan is-suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Stabbilimenti bil-permess biex joperaw bħala recording studios
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom il-permess meħtieġ tal-pulizija u ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex joperaw bħala recording studios? X'jisimhom u f'liema indirizzi għandhom il-permessi joperaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju msemmija, m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Kumpanniji li applikaw biex jipprovdu mużika ta' background
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw kumpanniji biex jipprovdu mużika ta' background għaż-żfin u karrijiet għall-karnival tas-sena 2004? Jista' jgħid x'verifiki saru biex jaraw jekk dawk li applikaw għandhomx il-permessi meħtieġa biex joperaw bħala recording studios?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li applikaw żewġ kumpaniji biex jipprovdu mużika ta' background għaż-żfin u karrijiet għall-karnival tas-sena 2004. L-offerti għadhom qed jiġu aġġudikati.
Jikkonsidra l-Ministru li parti mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004-2006 jintnefqu fuq proġett ta' tiswija urġenti li hemm bżonn f'parti mis-swar ta' l-Imdina bejn il-Palazz Vilhena u x-Xara Palce Hotel fil-periklu li jaqgħu u jiġbdu magħhom il-bqija tal-bini?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa' ittieħdu miżuri urġenti biex jiġi mirfud parti mill-palazz Vilhena minħabba l-qagħda li jinsab fiha. Fl-istess ħin wasal biex jitlesta' studju mill-Universita' ta' Bologna dwar il-qagħda tas-swar ta' l-Imdina u dwar x'miżuri għandhom jittieħdu biex jiġi evitat li xi parti mis-swar taqa'. L-istudju għandu jistabbilixxi wkoll l-ispiża meħtieġa biex isiru x-xogħlijiet biex is-swar jiġu mirfuda. Dan l-istudju ġie ffinanzjat mir-Raba' Protokoll Taljan.
Minħabba li għad mhix magħrufa l-ispiża meħtieġa biex isiru dawn ix-xogħlijiet, ma setgħetx issir talba lill-Unjoni Ewropea biex jiġu finanzjati dawn ix-xogħlijiet.
Naqbel ma' l-Onor. Interpellant li dawn it-tiswijiet huma urġenti l-aktar meta wieħed jiftakar li din il-problema ilha tkarkar għexieren ta' snin.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi hemm maħsuba mill-gvern biex jindirizza l-problema tal-korruzzjoni li tissemma fil-Monitoring report ta' l-Unjoni Ewropea li ħareġ fl-ewwel ġimgħa ta' Novembru?
Response (BORG, JOE)
Għalkemm ir-Rapport tal-Kummissjoni jindika li hemm xi passi x'jittieħdu fejn jidħol is-suġġett tal-korruzzjoni, ma jirriżultax li Malta għandha xi problema partikolari ta' korruzzjoni li trid tiġi ndirizzata; iżda hija iżjed kwistjoni ta' formazzjoni ta' strateġija nazzjonali sabiex jitwarrbu ċerti perċezzjonijiet li jista' jkun hemm f'dan ir-rigward.
Għal aktar dettalji dwar dan il-qasam, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru ta' l-edukazzjoni — Vakanzi ta' diretturi/assistenti diretturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'vakanzi jeżistu fil-livell ta' diretturi u assistenti diretturi fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru? Fiex wasal il-proċess f'kull każ biex jimtlew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li jeżistu ħames vakanzi fil-livell ta' diretturi u assistenti diretturi fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Fid-Diviżjoni hemm tlett vakanzi, waħda ta' Direttur Ġenerali li l-proċess għall-mili tagħha isir mis-Senior Appointments Advisory Committee tal-MPO. Iż-żewġ vakanzi oħra huma ta' żewġ Assistenti Diretturi (Training and Staff Development u Operations), saru l-interviews u ntbagħtu ir-rakkomandazzjonijiet lill-PSC. Id-diviżjoni qed tistenna tweġiba.
Vakanza oħra ta' Direttur teżisti fid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet. Il-proċess ta' l-għażla jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u il-proċess qed joqrob biex jintemm.
L-aħħar vakanza li teżisti fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji hi ta' Assistent Direttur. Għad irid jibda il-proċess biex timtela.
Bibljoteka Nazzjonali — Xogħol ta' restawr fuq manuskritti u kotba
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr sar fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, fuq il-manuskritti u l-kotba li hemm fil-Bibljoteka Nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li xogħol fuq ir-restawr għall-Bibljoteka Nazzjonali isir ħafna drabi mill-istess grupp ta' nies, kemm ġewwa l-laboratorji taċ-Ċentru tar-Restawr, kif ukoll fil-Bibljoteka nnifisha skond il-ħtiġijiet tal-kotba, manuskritti u manufatti oħra.
Ix-xogħol ta' restawr li sar fl-aħħar tliet snin fuq il-manuskritti u l-kotba li hemm fil-Bibljoteka Nazzjonali jikkonsisti kif ġej:
2000 Restawr ta' 36 volum u 4 manuskritti.
Proġett Sajf 2000: Flimkien ma' 12-il student universitarju sar tindif ta' kotba u manuskritti fil-Melitensia l-Qadima, Magistrate Parnis Collection Bequest u kotba fis-sala prinċipali. Madwar 12,200 ktieb ġew imnaddfa f'dan l-eżerċizzju.
2001 Ġew restawrati 94 ktieb, 13-il manuskritt u 10 kotba tal-Melitensia. Xogħol ieħor jinkludi tindif, sapport u 'framing' ta' portraits ta' 28 Gran Mastru.
Saret tiswija u restawr ta' kotba tal-Melitensia u ta' gazzetti fl-Emeroteka tal-Bibljoteka Nazzjonali.
2002/2003 Ġew restawrati 8 manuskritti u 38 ktieb tal-bibljoteka. Qed isir xogħol ta' restawr fuq 17-il ktieb u manuskritti oħra.
Peress li ħafna manuskritti, parċmini, 300 ittra bis-siġill, kollha ta' preġju kbir kienu qed jiġru fl-idejn, inħass il-bżonn li jinħadmu passpartu u kaxex għalihom biex hekk ikunu preservati. Fost dawn insibu ktieb tal-viżitaturi li jmur lura fis-sena 1840. Sar ukoll tindif ta' kotba rari u immuntar ta' bibljografiji u posters għall-Fiera tal-Ktieb.
Ninsab informat ukoll li wieħed ma jistax sempliċiment ikejjel xogħol ta' restawr mill-kwantita' ta' kotba jew manufatti, peress li ċertu kotba, parċmini u kollezzjonijiet arkivjali jinħtieġu xogħol aktar minn oħrajn. Dan dejjem jiddependi mill-kundizzjoni, daqs u għamla tal-ktieb jew oġġett ieħor li jinħtieġ restawr.
Tajjeb wieħed jiftakar li xogħol ta' restawr jitlob attenzjoni, żmien, delikatezza u dedikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-safeguard clause li nnegozja l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja u kif se jitħaddem u f'liema ċirkostanzi huwa maħsub li jitħaddem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-safeguard clause hija maħsuba biex f’ każ ta’ bżonn jittieħdu miżuri protettivi biex jissalvagwardjaw xi settur milqut ħażin minn importazzjoni. Biex titħaddem din is-safeguard clause, irid l-ewwel nett isir monitoraġġ tas-setturi l-aktar importanti u f’ każ li l-importazzjoni jkollha, jew ser ikollha, effetti negattivi li joħolqu żbilanċ qawwi fuq xi settur partikulari, il-Ministru javża lill-Kummissjoni Ewropeja, li wara ħamest ijiem hi obbligata tagħti deċiżjoni dwar liema miżura protettiva tista’ tittieħed biex tagħmel tajjeb għal xi impatt negattiv fuq xi settur.
Mellieħa — Applikazzjoni għall-bini ta' pompa tal-petrol
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni PA 6977/97 għall-bini ta' pompa tal-petrol fil-Mellieħa ħdejn il-ground tal-football li saru ħafna protesti kontra tagħha mill-kunsill lokali, minn għaqdiet sportivi Mellieħin u mir-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 6977/97 għall-iżvilupp ta' Petrol Station fil-Mellieha ġiet approvata mill-Bord ta’ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar fit-22 ta’ Frar 2001, u l-permess mibgħut fis-16 ta' April 2001. Sar appell minn terzi persuni kontra l-ħruġ tal-permess, li ġie miċħud mill-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar bid-deċiżjoni tas-26 ta' Settembru 2003, imma skond din l-istess deċiżjoni ġie ordnat il-ħruġ ta' permess ġdid biż-żieda ta' kundizzjoni ma dawk li ġew approvati mill-Awtorita’, li torbot l-applikant biex idaħħal applikazzjoni ġdida għal żieda ta' 'landscaping' madwar is-sit.
Jista' il-Ministru jawtorizza lill-uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex jivverifikaw f'liema skejjel għad hemm faċilitajiet sportivi fejn il-lasti tal-football m'humiex imwaħħlin ma' l-art, b'periklu għall-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Diġa' qed jittieħdu l-passi meħtieġa kif ġie rakkomandat fir-Rapport ta' l-Inkjesta konċernata.
Skejjel — Studenti Maltin b'ġenitur ta' nazzjonalita' barranija
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tfal Maltin li wieħed mill-ġenituri tagħhom huwa barrani u qed jattendu l-iskejjel tal-gvern se jkunu mitluba jħallsu għas-servizz edukattiv pubbliku li qed jingħataw? Jista' jgħid għaliex irċevew ċirkolari dan l-aħħar titlobhom imorru d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-Furjana?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma hemm l-ebda ħsieb li tfal maltin li wieħed mill-ġenituri tagħhom huwa barrani u li qed jattendu l-iskejjel tal-Gvern jkunu mitluba jħallsu għas-servizz edukattiv.
Il-formola li rċevew kienet biss parti minn eżerċizzju sabiex jiġu aġġornati r-rekords tad-Diviżjoni f'dan ir-rigward.