Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta x'karozzi jintużaw mill-ministeru għax-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-ministeru tiegħi juża karozza tas-Segretarjat li hija propjeta' tal-Gvern kif ukoll karozzi mikrija għall-użu ta' dawk l-uffiċċjali li huma ntitolati għalihom. Dawn il-karozzi mikrija jinkludu dik il-karozza li hija mikrija għall-użu personali tiegħi. Uffiċċjali li kienu għażlu li jieħdu allowance għall-użu tal-karozza personali tagħhom kif provdut fil-kuntratt rispettiv jużaw ukoll il-karozza personali tagħhom skond il-ħtieġa.

Ministeru tal-Finanzi — Vetturi li jagħmlu użu minnhom is-segretarji parlamentari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozzi li jużaw is-segretarji parlamentari fil-ministeru humiex mixtrija jew mikrija? Fil-każ li huma mikrija, b'liema rata jinkrew kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Edwin Vassallo juża karozza mixtrija tat-tip BMW 528 filwaqt li s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Tony Abela juża karozza tat-tip Peugeot 607 li hija leased bir-rata ta’ Lm19.09 kuljum.

Segretarji parlamentari — Vetturi li jintużaw għax-xogħol tagħhom

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-karozzi li jintużaw mis-segretarji parlamentari għax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Edwin Vassallo jagħmel użu minn karozza tat-tip BMW 528 filwaqt li s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Tony Abela jagħmel użu minn karozza Peugeot 607.

Lukandi — Ħaddiema

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex jitħarsu ħaddiema f'lukandi fejn m'hemmx unions li ilhom ix-xhur ma jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispetturi tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg jagħmlu spezzjonijiet regolarment fuq postijiet tax-xogħol biex jivverifikaw li jkun qed jiġu osservati l-provedimenti tal-liġi dwar l-Impieg u r-Relazzjonijiet Industrijali. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi każ speċifiku ta’ ħaddiema li ilhom ma jitħallsu, nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni, anki b’mod kunfidenzjali, biex id-Dipartiment imsemmi jkun jista’ jinvestiga.
Leg 10 PQ #3154 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2989 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra peress li tirrikjedi ammont sostanzjali ta ġbir ta' informazjoni.
Leg 10 PQ #3155 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti sekondarji — Studji Ewropej

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3014 u cioe' kemm hemm studenti sekondarji fis-settur statali li qed jistudjaw l-istudji Ewropej? Kemm hemm għalliema magħhom? Hemm xi ħjiel jekk hux se jiżdiedu l-istudenti li jidħlu għal dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' studenti sekondarji fis-settur statali li qed jistudjaw l-Istudji Ewropej huwa ta' 341. In-numru ta' għalliema magħhom huwa ta' 14. Dawn l-għalliema ma jgħallmux biss dan is-suġġett. L-għażla hi dejjem f'idejn l-istudenti li jistgħu jiġu mħajjra biex jagħżlu suġġett, iżda dan ma jiġix impost.

Ajruplani tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3025 u cioe' kemm waqfu ajruplani tal-gwerra f'Malta matul din is-sena u f'kull każ minn liema pajjiżi ġew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lista ta' ajruplani militari skond in-nazzjonalita' tagħhom li niżlu f'Malta minn Jannar sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena hija kif ġej:- Ajruplani militari li niżlu Malta skond in-nazzjonalita' minn Jannar sa Novembru 2003 Belġju 2, Repubblika Ċeka 1, Franża 20, Ġermanja 8, Italja 37, Kuwajt 1, Libya 40, Nato 1, Portugall 1, Spanja 3, Svizzera 1, Tuneżija 1, Renju Unit 21, Stati Uniti ta' l-Amerika 90.

Certificate of dual citizenship

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu jagħti wkoll l-awtorita' lill-Malta High Commissions u Ambaxxati ta' Malta biex dawn ikunu jistgħu joħorġu certificate of dual citizenship fl-istess waqt li joħorġu passaport Malti, sabiex iċ-ċittadini Maltin li ma joqogħdux Malta ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jippreżentaw id-dokumenti kollha neċessarji jekk u meta jkollhom bżonn l-għajnuna tal-pulizija u entitajiet oħra f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1526, inżid ngħidlu li m`hemmx il-ħsieb li l-awtorita` li qed jirreferi għaliha tiġi estiża lill-Ambaxxati jew Kummissjonijiet Għolja li hemm barra minn Malta.

Proġett tal-Katidral ta' Għawdex

Question

B'riferenza għall-proġett propost mill-Katidral ta' Għawdex u fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni għar-refusal ta' l-applikazzjoni ppreżentata fid-development permit application (DPA) report, jaħseb il-Ministru li din ir-rakkomandazzjoni tikkontradixxi l-ġudizzju tal-heritage advisory committee (HAC) li bla ebda ekwivoku stqarr li: "following a site inspection, the Committee is of the opinion that there is no objection from a heritage point of view on condition that any excavations are monitored by an archaeologist"? Jekk hu tal-fehma li l-ġudizzju tal-HAC iwaqqa' d-DPA report, x'passi se jieħu l-Ministru f'dan ir-rigward?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru mitlub jinnota li l-Ministeru ma jiddeterminax x' deċiżjonijiet tieħu l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq applikazzjonijiet ta' żvilupp u għaldaqstant l-Ministeru ma jista’ jieħu l-ebda passi. Ta' min jinnota ukoll lill-Onor. Membru li mhux neċessarjament li d-Direttorat tal-Ippjanar jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal- Heritage Advisory Committee (HAC), peress li d-Direttorat irid jieħu wkoll konjizzjoni tal-fatturi kollha. Fl-aħħarnett ta’ min jinnota li l-Onor. Parnis ikkwota parti biss mir-rakkomandazzjoni ta’ l-Heritage Advisory Committee (HAC).

Vapuri li jtajru l-bandiera Maltija

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3062, jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija għall-bandiera Maltija kollha kemm hi?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x' inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3062.

Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jitwettqu dawn l-impenji meqjusa urġenti fil-konklużjonijiet tal-comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership: "the implementation of the integreated administration and control system, external trade mechanisms, and transmissible spongiform encephalopathies (TSEs) and animal waste treatment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Rigward l-Integrated Administration and Control System (IACS) sar progress kbir fir-reġistrazzjoni tal-bdiewa fejn il-biċċa l-kbira tagħhom illum huma rreġistrati fis-sistema komputerizzata. Fir-rigward ta' external trade mechanism, qed jiġi żviluppat s-software biex l-Aġenzija tal-Pagamenti tkun f' pożizzjoni li tħaddem is-sistema ta' export refunds, ħruġ ta' liċenzji u tamministra l-kwoti u t-tariffi fuq prodotti ta' pajjiżi terzi. Minn-naħa l-oħra, sar ix-xogħol kollu għall-kontroll tat-Transmissible Spongiform Encephalopathies (TSE).
Leg 10 PQ #3068 Sitting 66 2003-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Serq mill-kwartieri ġenerali ta' l-armata

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li kellha ssir dwar serq mill-kwartieri ġenerali ta' l-Armata f'Ħal Luqa, li fiha kien allegat l-involviment tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom sejrin.
Leg 10 PQ #3069 Sitting 66 2003-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Filming ta' Undercover

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il tip ta' servizz ingħata mill-Forzi Armati ta' Malta biex jinġibdu siltiet minn Undercover fl-aħħar ġimgħa ta' Awissu, kemm bil-mezzi ta' l-ajru kif ukoll bil-mezzi tal-baħar? Kemm-il siegħa nħliet, kemm tħallsu flus u jekk l-Armata tħallsitx tas-servizz kollu li ngħata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li biex inġibdu siltiet mis-sensiela “Undercover” intużaw żewġ “helicopters” tat-tip “Aloutette”, ajruplan “Islander”, “Patrol Boat” u “Rescue Boat”. Uħud mix-xeni inġibdu waqt xogħol ta’ rutina u għalhekk ma ġiex mitlub ħlas. Għal titjiriet oħra li saru apposta l-Forzi Armati tħallsu s-somma ta’ Lm1,150, waqt li għax-xeni tar-“Rescue Boat” il-Forzi Armati għad iridu jibgħatu l-kont lill-kumpanija konċernata.
Leg 10 PQ #3028 Sitting 65 2003-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni gradwati — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm gradwati jfittxu xogħol bħalissa? F'liema qasam iggradwaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li f'Ottubru 2003 kien 130 persuna gradwati jew b'Diploma jirreġistraw għax-xogħol. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub dwar l-oqsma li fihom gradwaw.
Leg 10 PQ #3029 Sitting 65 2003-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgid x'livell skolastiku għandhom dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol bħalissa? Jista' jagħti t-tagħrif bl-eta' u jgħid kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Kumpanniji pubbliċi — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni ta' diversi kumpanniji pubbliċi, fosthom l-Air Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Privatisation Unit qiegħda taħdem fuq il-Lottu Pubbliku, Mediterranean Offshore Bunkering Company Limited u l-Freeport. L-ewwel żewġ proċessi, dak tal-Lottu u tal-MOBC qegħdin fi stadju avvanzat. Fuq il-Freeport filwaqt li hemm qbil fuq prinċipji bażiċi għad baqa' proċess ta' negozjati.

Vapuri li jtajru l-bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar matul din is-sena u x'hemm maħsub li jsir sa l-aħħar ta' April 2004 biex il-vapuri li jtajru l-bandiera Maltija jitneħħew mill-hekk imsejħa lista sewda ta' Pariġi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda vapur li jtajjar bandiera Maltija li qiegħed fuq l-hekk imsejħa lista sewda ta' Pariġi.

Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjonijiet ittieħdu fix-xhur li għaddew u x'deċiżjonijiet oħra huma mistennija li jittieħdu u jitwettqu sa l-aħħar ta' April 2004 biex skond il-kliem tal-comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership il-gvern iżomm u jonora l-commitments regarding the restructuring of its shipyards?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dibattitu twil li kellna dan l-aħħar fil-Parlament u għal diversi stqarrijiet Ministerjali dwar id-deċiżjonijiet li ittieħdu sabiex tkun ristrutturata t-Tarzna ta' Malta. Dan sar mhux biss biex il-gvern jonora l-"commitments regarding the restructuring of its shipyards" imma fuq kollox biex jonora l-commitment tiegħu mal-poplu Malti li kien qed jissussidja bil-qawwi lit-tarzna u biex fl-aħħar mill-aħħar iġib is-settur tat-Tarznari fuq saqajh.

Paying agency

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol meħtieġ biex titwaqqaf u tibda taħdem il-paying agency? Għaliex waqa' lura x-xogħol fuqha? Kemm huwa stmat li ntilfu fondi mill-Unjoni Ewropea għax din il-paying agency għadha ma bdietx taħdem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol konness mat-twaqqif ta’ l-Aġenzija tal-Pagamenti miexi b’ritmu mgħaġġel. Tant hu hekk li l-akkreditazzjoni proviżorja ta’ din l-Aġenzija hu mistenni fi Frar ta’ sen’ oħra u dan skond kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja. Tajjeb li nżid li minn mindu tfassal il-Monitoring Report, sar progress kontinwu f’dan ir-rigward u ntbagħtet ittra mis-Segretarju Permanenti lid-Direttur Ġenerali fid-Direttorat ta’ l-Agrikoltura fil-Kummissjoni Ewropeja biex tispjega l-progress li sar kif indkat ukoll fl-Update Progress Report mibghut f’Ottubru ta’ din is-sena liema informazzjoni thalliet barra mill-monitoring report. Fir-rigward ta’ l-iżvilupp tas-software, ix-xogħol ukoll għaddej b’ritmu mgħaġġel. F’dan il-kuntest ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant wasal għall-konklużjoni żbaljata li ser jintilfu xi fondi għax mhix qed taħdem l-Aġenzija tal-Pagamenti meta din ser tibda topera mid-data ta’ l-akkreditazzjoni u meta dawn il-fondi jistghu jintuzaw biss wara d-data tas-shubija.
Leg 10 PQ #3015 Sitting 64 2003-11-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenta li waqgħet minn vann fi Triq Reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata l-istudenta li waqgħet mill-vann fi Triq Reġjonali ftit ġimgħat ilu biex tegħleb it-trawma li għaddiet minnha? X'passi qed jittieħdu biex jiġu evitati inċidenti simili fit-trasport pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dan il-każ beda jsir xogħol mill-Counsellor u l-Guidance Teachers mill-għada stess. L-istudenti tkellmu u ngħataw l-għajnuna psikoloġika. Studenti individwali li kellhom aktar bżonn minn ħaddieħor ġew megħjjuna aktar minn darba. Il-Counsellor żaret ukoll lill-istudenta mweġġa' fl-isptar. Huwa importanti ħafna li l-ewwel prijorita' f'dan il-mument jingħata lis-saħħa tat-tifla. Issa li t-tifla qed tirkupra u ħarġet mill-isptar wieħed jista' jibda joffri s-servizzi psikoloġiċi u dawk ta' sapport emozzjonali meħtieġa. Infatti, diġa' ngħataw istruzzjonijiet biex education social worker tibda tagħmel home visits u tibda tagħmel 'assessment' tal-bżonnijiet tat-tifla. Barra minn hekk saru arranġamenti biex l-istudenta tingħata appoġġ edukattiv f'darha stess (Peripatetic Teacher). Meta t-tifla terġa lura lejn l-iskola l-counsellor ta' l-iskola tibda tara lit-tifla regolarment. Jekk din ta' l-aħħar tara li jkun hemm bżonn għajnuna aktar speċjalizzata ta' psikologu, din tirreferi l-każ għand il-professjonisti l-akatr indikati. Saru kuntatti bejn id-Diviżjoni u l-Awtorita' tat-Trasport biex tiżdied s-sorveljanza fuq it-trasport meta jkun fit-toroq. L-iskejjel qed jissorveljaw b'aktar impenn biex ma jivjaġġawx bilwieqfa u li t-trips ordnati qed jiġu l-iskola.