Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3238 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Post accession programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema oqsma se jintnefqu, qasam b'qasam, il-Lm53,000 ta' fondi Maltin (Lm13,000) u Ewropej Lm40,000) imniżżla f'line item 7173 EU Post accession programmes (Structural funds) fl-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-fondi imnżżila f'“line item” 7173 huma l-istima ta' nfiq li mistenni jkun hemm fl-2004 taħt il-miżura 5.1 tas-“Single Programming Document” ta' Malta. Din titratta assistenza teknika taħt il-“European Regional Development Fund” (ERDF) skond artiklu 23 tar-Regolament Ġenerali tal-Fondi Strutturali
Leg 10 PQ #3281 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sħubija ta' Malta fl-UE — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-inizjattivi differenti li beħsiebu jieħu l-gvern biex jiċċelebra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u kemm huma mistennija li jqumu ċ-ċelebrazzjonijiet kollha? Mil-liema line items tal-budget mistennija jiġu ffinanzjati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura.
Leg 10 PQ #3282 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MDC — Impjegat li qed jitlob transfer

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm it-trasferiment ta' l-impjegat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp lejn il-Gardening unit tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni meta hemm il-kunsens tal-Korporazzjoni u tal-Gardening unit għal dan it-trasferiment?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-“policy” tal-Gvern li talbiet bħal dik tal-persuna li isimha ngħata separatament jiġu milqugħa.

Persuni tas-sess oppost — Diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jidħlu fis-seħħ il-bidliet kollha meħtieġa skond id-direttiva 2000/78/EC li fost affarijiet oħra teħodha kontra d-diskriminazzjoni li ssir fuq il-postijiet tax-xogħol kontra persuni ta' orjentazzjoni sesswali differenti, peress li minkejja l-Avviż Legali 297, il-Moviment lokali tal-gays u l-lesbjani xorta għadu mhux sodisfatt bil-livell ta' ħarsien minn diskriminazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-provedimenti tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant li jirrigwardaw protezzjoni minn diskriminazzjoni relatata ma’ l-impieg, inkluż protezzjoni minn diskriminazzjoni a bażi ta’ orjentament sesswali, huma koperti bil-provedimenti ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li ġew fis-seħħ fis-27 ta’ Diċembru 2002. Il-provedimenti ta’ Avviż Legali 297 ta’ l-2003 ikkonfermaw dan.

Bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid: a) x'passi ttieħdu; u b) x'passi jonqos li jittieħdu dwar din ir-rakkomandazzjoni li tinsab f'paġna 31 tal-Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership: "The Maltese flag is still on the black list of the Paris memorandum of understanding. Efforts should be sustained to ensure that Malta will meet its objective of removing the Maltese flag from the Paris MoU black list"?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat matul l-aħħar snin l-Awtorita' Marittima ta' Malta ħadet diversi miżuri biex tassigura l-progress tal-bandiera Maltija. Tant hu hekk li r-rata ta' 'detentions' fil-Paris M.O.U naqset minn 17% fl-1995 għal 6.3% din is-sena li hu nqas mill-medja ta' 'detentions' għall-pajjiżi tad-dinja kollha fil-Paris M.O.U.

Pensjonanti tas-servizzi Ingliżi — Żieda fil-pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern informax bħas-soltu lill-gvern Ingliż b'kemm għoliet il-ħajja biex il-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi jkunu jistgħu jieħdu żieda relatata fil-pensjoni mill-Ingilterra bħalma jiġri s-soltu peress li pensjonanti li ċemplu l-uffiċċju tal-Kummissjoni għolja Ingliża qalulhom li mhu se jieħdu l-ebda żieda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proċedura għaż-żieda fil-pensjonijiet tas-Servizz Ingliż ma tinvolvi ebda ntervent mill-Gvern Malti. Ninsab infurmat ukoll li hu l-British Pensions Office li jinforma lill-Gvern Ingliż bir-Retail Price Index li jiġi ppubblikat għax-xahar ta’ Awissu kull sena. Dan ir-Retail Price Index jiġi mqabbel ma’ dak ta’ l-istess xahar tas-sena ta’ qabel u l-Gvern Ingliż jiddeċiedi dwar jekk hemmx xi żieda dovuta lil dawn il-pensjonanti u, jekk ikun il-każ, kemm din għandha tkun.
Leg 10 PQ #3232 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Microsoft enterprise agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti n-nefqa ta' Lm500,000 fi ħlasijiet għall-Microsoft enterprise agreement f'line item 5427 ta' l-Estimi finanzjarji 2004? Xi jkopri l-ftehim mal-Microsoft?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-istima ta’ Lm500,000 tkopri l-pagament ta’ Lm440,000 għall-liċenzji tal-“Microsoft” installati fuq il-“computers” fis-Servizz Pubbliku u li huma koperti bl-“Enterprise Agreement”. Il-bilanċ ta’ Lm60,000 huwa intiż biex ikopri n-nefqa sabiex jitkompla l-proċess ta’ migrazzjoni mill-“platform” ta’ “Windows” li juża l-Gvern illum għal dak li l-Gvern huwa intitolat għalihom taħt l-“Enterprise Agreement”.
Leg 10 PQ #3233 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU pre-accession programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fuqhiex se tmur in-nefqa ta' Lm618,000 ivvotata f'line item 5387 bħala EU pre-accession programmes għall-uffiċċju tas-segretarju permanenti fl-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dawn huma fondi għall-proġetti li diversi direttorati jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għandhom għaddejjin taħt il-programmi tal-“pre-accession”. Il-lista ta’ l-entitajiet li qegħdin jibbenefikaw minn din l-assistenza kif ukoll l-ammonti ta’ flus (Maltin u Ewropej) u l-programmi li minnhom ġejjin dawn il-flus jinsabu f’paġna 318 ta’ Estimi għas-sena 2004. Il-proġetti jikkonsistu prinċipalment f’assistenza teknika (inkluż “twinning”) biex tissaħħaħ l-kapaċita` amministrattiva ta’ l-entitajiet kif ukoll xiri ta’ “equipment” (l-aktar “computers”) u żvilupp ta’ “software”. Il-proġett ta’ l-AFM jikkonsisti l-aktar f’“equipment” li għandu x’jaqsam ma “border control” kif ukoll taħriġ li jikkonċerna l-istess qasam.
Leg 10 PQ #3234 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Twinning programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex se jintnefqu l-Lm5,000 ta' line item 5363 għall-EU Twinning Programmes fl-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-“national contact point” għal Malta għal dan il-programm hu l-Uffiċċju tiegħi. Il-fondi jirrigwardaw spejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-loġistika ta’ l-implementazzjoni ta’ dan il-programm.
Leg 10 PQ #3235 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European institute of public administration

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema ħidmiet se jmorru l-Lm20,000 ivvotati għall-European institute of public administration li jinsabu f'line item 5385 ta' l-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-Servizz Pubbliku, permezz ta’ l-“iStaff Development Organiation”, huwa membru ta’ l-“European Institute of Public Administration” u għaldaqstant għandu ma’ l-EIPA ftehim ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ taħriġ u riċerka fix-xjenza ta’ l-amministrazzjoni. Permezz ta’ dan il-ftehim iż-żewġ naħat jipprovdu għall-parteċipazzjoni ta’ politiċi Maltin, ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, avukati u mħallfin jew persuni esperti oħra biex jattendu attivitajiet ta’ l-EIPA. Permezz ta’ dan il-ftehim ukoll, fi ħdan l-EIPA, hemm post riżervat għal espert/a Malti/ja fuq xogħol ta’ riċerka u taħriġ f’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja. Il-persuna nominata, li tkun sekondata mill-Gvern Malti hija ħolqa importanti fl-iskema ta’ taħriġ fit-tfassil ta’ taħriġ meħtieġ partikolarment minn pajjiżna. Permezz ta’ dan il-ftehim ukoll l-EIPA tista’ tilqa’ numru limitat ta’ riċerkaturi u studenti kif ukoll Uffiċjali Pubbliċi, għal żmien speċifiku. L-SDO tirrapreżenta lil Malta fuq il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-EIPA. Min-naħa tagħha l-SDO tħallas kontribuzzjoni ta’ Euros 30,000 fis-sena lill-EIPA li jittieħdu mis-somma ivvutata li rrefera għaliha l-interpellant. Spejjeż oħra bħalma huma akkomodazzjoni u “allowances” lill-persuna sekondata ma’ l-EIPA jitħallsu wkoll mill-bqija ta’ din is-somma.
Leg 10 PQ #3236 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

INTERREG

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fuqiex se jintnefqu l-Lm100,000 ivvoutati għall-INTERREG f'line item 5421 ta' l-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Malta hija eliġibbli għat-tlett kategoriji taħt l-Inizjattiva Komunitarja Interreg. Il-Lm100,000 huma stima ta’ “co-financing” Malti f’dak li huwa parteċipazzjoni tas-settur pubbliku għas-sena 2004. Minħabba li l-Interreg mhix inizjattiva nazzjonali, Malta bħalissa tinsab f’taħdidiet mal-“Partners” l-oħra (pajjiżi ġirien u reġjuni fil-qrib) u mal-Kummissjoni Ewropeja biex jiġu emendati u żviluppati l-programmi neċessarji biex l-“Managing Authorities” tat-tlett kategoriji jkunu jistgħu jilqgħu proġetti Maltin. Il-prioritajiet prinċipali għal Malta taħt it-tlett kategoriji huma ambjent, kultura u wirt storiku, edukazzjoni u taħriġ.

Djar — Appartament okkupat minn persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi appartament fil-blokk ta' appartamenti - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li kien għand persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs? Min hu awtorizzat juża dan l-appartament bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.

Sidien ta' stabbilimenti — Ħaddiema li joħorġu bis-sensja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'obbligi għandhom sidien ta' stabbilimenti biex jinformaw lill-ħaddiema li beħsiebhom jagħlqu u jissensjawhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal sensji kollettivi kif definiti f’Avviż Legali Numru 428 ta’ l-2002, l-obbligi ta’ sidien li jinfurmaw lill-ħaddiema dwar dawn is-sensji huma dawk stabbiliti fl-imsemmi Avviż Legali.

MEPA — Stabbilimenti bil-permess biex joperaw bħala recording studios

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom il-permess meħtieġ tal-MEPA biex joperaw bħala recording studios? X'jisimhom u f'liema indirizzi għandhom il-permessi joperaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mis-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorita' ta’ Malta dwar l Ambjent u l-Ippjanar jiriżulta li ħargu 7 permessi għal "recording studios" minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita’. Annessa hawn taħt hija l-lista ta’ indirizzi relevanti. Jiddispjaċina imma l-Awtorita’ ma jkollhiex informazzjoni ta' l-isem ta' l-istudio. Mistra Bay Site at Triq Mile End, Hamrun Leoari, Triq Domenico Cachia, Birkirkara Site at Audiovision Productions Ltd, Triq Mile End, Hamrun Site At, Triq il-Krexxuni, Zabbar Site at, Triq San Martin, Zurrieq Site at Triq Dun Xand Aquilina, Sannat, Gozo

Voice of the Mediterranean — Apparat/għamara

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi inventarju komprensiv ta' l-apparat u l-għamara tar-radju Voice of the Mediterranean? Jekk sar dan l-inventarju, jista' iqiegħed kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'se jsir mill-proprjeta' mobbli ta' dan l-istazzjon tar-radju?

Response (BORG, JOE)

Jiena nfurmat illi l-eżerċizzju biex jiġi aġġornat l-inventarju ta' l-apparat u l-għamara tar-radju Voice of the Mediterranean, li kien inbeda wara li ġie rilokat l-istazzjon, tlesta. Dan l-inventarju għad irid jiġi awditjat mill-kumpannija ta' l-awdituri. Wara li jsir dan l-awditjar, inkun f'pożizzjoni li npoġġi kopja ta' l-inventarju fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi t-transazzjonijiet konnessi mar-rilokazzjoni ta' l-istazzjon mill-uffiċċji fil-Furjana għal dawk tal-lum f'Birkirkara kienu ġew awditjati minn kumpannija separata ta' awdituri. Id-deċiżjoni dwar x'se jsir mill-assi mobbli u immobbli ta' l-istazzjon tittieħed kmieni s-sena d-dieħla immedjatatent wara li jiskadi t-terminu mogħti mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan (31 ta' Diċembru 2003), peress li sa dik l-iskadenza, jekk il-Gvern Libjan iħallas parti sostanzjali mill-arretrati dovuti minnhu u jinforma lill-Gvern Malti li irrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-utilita' futura ta' l-istazzjon u li għalekk lest ikompli jagħti l-kontribuzzjoni annwali tiegħu f'waqtha għall-operat ta' l-istazzjon, il-Gvern Malti, minn naħa tiegħu, ma jkollu l-ebda diffikulta' dwar li l-istazzjon ikompli jopera mill-bidu tas-sena d-dieħla ininterrottament. (kif korretta b'dokument numru 808 imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta numru 72 tal-5 ta' Dicembru 2003)

Ftehim internazzjonali dwar rimi ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx xi konvenzjoni jew xi forma ta' ftehim internazzjonali li jobbligaha ma titfax l-iskart fil-baħar fi proġetti ta' reklamazzjoni u mmaniġġjar aħjar ta' l-iskart fl-istess ħin?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

San Ġiljan — Bus stops

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaħħlu l-bus stops fl-inħawi tal-knisja tal-Balluta fejn in-nies ikunu jistgħu jistkennu sakemm jirkbu l-karozza tal-linja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta qed tikkonsidra talbiet għall-approvazzjoni ta' Bus Shelters. F'dan il-kaz, l-Awtorita' ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 10 PQ #3191 Sitting 69 2003-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Nuqqas ta' imġieba minn studenta

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenta - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-għajnuna meħtieġa għax qed tħarbat l-edukazzjoni tagħha u anke ta' sħabha bl-imġieba tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li it-tifla imsemmija ngħatat kull għajnuna kemm mill-iskola u kemm mill-istrutturi provduti mid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Karnival 2004 — Mużika għaż-żfin u l-isfilata tal-karnival

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tittieħed id-deċiżjoni finali dwar liema kumpannija għandha tipprovdi l-mużika ta' background għaż-żfin u sfilata tal-karrijiet għall-Karnival 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-kumpanija li ġiet fdata biex tipprovdi mużika tal-background għaż-żfin u sfilata tal-karrijiet għall-Karnival 2004 hija Freetime Productions Company Limited.

Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Vettura li tintuża għax-xogħol ministerjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza li juża għax-xogħol ministerjali tiegħu hijiex mixtrija jew mikrija? Jekk hi mikrija, b'liema rata kuljum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant lil-karozza li nuża għax-xogħol ministerjali tiegħi hija l-istess waħda li kont nuża meta kont għadni Segretarju Parlamentari fil-leġislatura l-oħra. Din il-karozza hija propjeta' tal-Gvern.