Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3875 u cioe' jgħid kemm qamet il-postal delivery sorting system li xtrat il-Maltapost? Jista' jgħid mnejn inxtrat? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti? Min tefa' l-offerta? Kif intgħażlet u min għażilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-"management" tal-Maltapost f'April 2002 talbu kwotazzjonijiet mingħand Northport Manufacturing Corporation (USA/Canada), PVI Industries (Svezja) u Transend (New Zealand). Waqt li ta' l-ewwel ma ssotomettewx "bid", l-offerta tat-tieni kumpannija kienet ogħla minn dik tat-Transend u għalhekk ġiet magħżula dik l-offerta bil-prezz ta' LM21,233.
Jien infurmat ukoll illi wara li l-"management" sab illi bl-użu tas-sistema l-ġdida kien qed jiffranka fuq is-"sorting time" f'Awissu/Settembru 2002 reġa talab kwotazzjoni oħra miz-zewġ kumpanniji għal aktar components tas-sistema u dik tal-kumpannija svediza kienet ogħla b'euro 315,000.
Jien infurmat ukoll illi sar xi xogħol lokalment fuq din is-sistema għall-prezz ta' LM18,500 mingħand Bona Garage.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3874 u cioe' jgħid x'passi ħa l-gvern s'issa biex l-aġenzija tal-kontroll tal-fruntieri u li se tibda taħdem sena oħra tiġi stabbilita f'Malta peress li pajjiżi oħra, fosthom il-Polonja, diġa' bdew il-pressjoni tagħhom mal-Presidenza Irlandiża biex jieħdu huma din l-aġenzija?
Response (BORG, JOE)
M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onorevoli Membru għall-Mistoqsija Parlamentari 3874 fis-seduta tas-26 ta' Jannar 2004, ġaladarba il-Mistoqsija tirrigwarda materja li hija tal-Ministeru ta' l-Intern.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-uffiċċju tiegħu milli jawtorizza f'dipartimenti differenti tal-gvern it-trasferimenti tal-ħaddiema tal-MDC, METCO u IPSE li ma ntgħażlux mal-Malta Enterprise u qed jitħallew f'kamra ma' jagħmlu xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li ma ntgħażlux mill-Malta Enterprise ser jinstabilhom xogħol alternattiv.
Preżentament, il-ħaddiema li ma ntgħazlux tqassmu fi gruppi u qegħdin jattendu diversi korsijiet fil-
kompjuter; u personal development.
X'passi se jittieħdu biex urġentament jissewwa ħajt tal-ġenb fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa peress li jinsab fil-periklu li jaqa' u jekk iċedi jiġbed miegħu u jiftaħ l-oqbra ta' dik in-naħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li spezzjoni fis-sit indikat diġa' saret mill-uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika inkarigat miċ-Ċimiterji tal-Gvern u hemm arranġamenti għaddejjin mal-perit sabiex jiġu deskritti x-xogħlijiet neċessarji għall-manutenzjoni meħtieġa.
Hekk kif jiġu mħejjija l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati w jinġabru stimi neċessarji, ix-xogħol fuq dan il-ħajt ikun jista' jinbena.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-Mużew Nazzjonali silef mera antika ta' stil barocco lill-ambaxxata Maltija f'Pariġi? Kemm hu stmat li tqum din il-mera? Æadha mniżżla fl-inventarju tal-Mużew? Æadha tinsab fl-ambaxxata Maltija f'Pariġi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti silef din il-mera fid-29 ta' Marzu 1989 lill-ambaxxata Maltija f'Pariġi.
Din għadha mniżżla fl-inventarju ta' l-istess Mużew iżda ma ingħatatx valur speċifiku. Mhix il-policy tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li tagħti valur ta' natura ekonomika lil opri ta' l-Arti u ħwejjeġ oħra definiti skond il-liġi bħala wirt kulturali.
Fir-rigward ta' l-aħħar parti tad-domanda nitolbu jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3949.
Tista' s-sovrintendenza tal-wirt storiku u kulturali tieħu passi biex tara jekk fl-inħawi tal-Imġarr ta' Malta (fosthon tar-Ragħad) hemmx il-ħsieb li joħorġu permessi għall-bini u hekk jinqerdu fdalijiet importanti storiċi? Tista' tieħu passi biex dawn il-fdalijiet ma jitħallewx jinqerdu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm numru ta' miżuri fil-Att tal-Patrimonju Kulturali u fil-Att ta' l-Iżvilupp biex jipproteġu il-wirt kulturali u storiku bħal dak ta' l-Imġarr. Hemm pieni skond il-Liġi għal min jagħmel ħsara fuqhom.
L-oqbra u l-fdalijiet arkejoloġiċi li hemm fl-inħawi magħrufa bħala tar-Ragħad huma monumenti skedati, u jinsabu f'żona ta' importanza arkeoloġika. Huma jinsabu il-barra miż-żona ta' żvilupp.
Bħalissa jidher li ma hemm ebda applikazzjoni jew permess maħruġ mill-M.E.P.A. għal żvilupp li jista' jhedded l-oqbra u fdalijiet arkeoloġiċi f'Tar-Ragħad.
Rapport riċenti lis-Sovrientendenza tal-Patrimonju Kulturali indika li kien qed isir xogħol bla permess fl-inħawi tar-Ragħad. Dan ir-rapport ġie aċċertat minn uffiċjali tas-Sovrintendenza u ttieħdu passi legali ta' infurzar mill-pulizija kif ukoll mill-M.E.P.A.
Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar twaqqigħ ta' bini
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi dritt għandu sid li jrid iwaqqa' blokk ta' bini li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament,iżur lill-ġirien anzjani u jgħidilhom li meta jiġi biex iwaqqa' biex ma jkunux fil-periklu għandhom joħorġu mid-dar u jmorru x-Xatt ta' Tas-Sliema sakemm iwaqqa' dan il-bini? X'obbligu għandu s-sid lejn dawn il-ġirien biex la jpoġġihom fil-periklu u lanqas jitfagħhom barra t-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha rapport fil-15 ta` Jannar 2004 minn persuna li toqgħod f`dar adjaċenti mal-bini imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, li wera l-biża` li d-dar tiegħu tista` ġġarrab xi ħsara waqt it-twaqqigħ u talab lill-Pulizija sabiex tinforma lis-sid sabiex jipprovdilu residenza alternattiva. Peress illi din hija materja ta` natura ċivili, huwa intalab li jieħu parir mingħand konsulent legali.
Area secondary schools — Tfassil ta' kurrikulu u sillabi
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-tfassil ta' kurrikulu u sillabi apposta għall-area secondary schools biex kemm jista' ikun tingħata edukazzjoni addattata f'dawk l-iskejjel biex insalvaw adoloxxenti li jattendu f'dawk l-iskejjel u li bħalissa ħafna minnhom qed joħorġu mingħajr il-kwalifiki u l-ħiliet meħtieġa għax-xogħol u s-soċjeta' tas-seklu 21, skond kif jgħid rapport imħejji fil-focus group fuq secondary education?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-rapport li irrefera għalih l-Onor. Membru għandu jingħata lin-National Curriculum Council fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal it-tfassil tas-sillabu tat-technology education għall-iskejjel primarji u sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Issa li ġie maħtur Education Officer fid-Design and Technology fi ħdan id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni tlesta s-syllabus tal-Form I u Form 2 li fil-preżent qed jiġi evalwat f'sit skejjel sekondarji. Din is-sena se jsir xogħol fuq il-kumplament tas-syllabus sal Form 5 biex jiġi evalwat fis-snin li ġejjin.
Għas-settur primarju, tlesta abbozz tas-sillabu tat-teknoloġija u qiegħed fil-proċess ta' evalwazzjoni. Din l-evalwazzjoni ssir ma' l-għalliema kollha tas-settur. Partijiet mis-sillabu tal-Year 1, 4 u 5 ġew evalwati kif ukoll is-sillabu kollu tal-Years 2 u 3. Bħalissa qed tinġabar l-evidenza biex jiġi evalwat is-sillabu kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija tal-Year 4.
Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-MATSEC biex id-Design and Technology jiġi offrut bħala wieħed mill-eżamijiet tas-SEC.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-drenaġġ ilu minn Settembru jiżbroffa u jnixxi fit-triq tal-Manikata ħdejn il-Knisja? Għaliex ma ttieħdux passi biex isolvu dawn il-problemi li qed joħolqu inkonvenjent kbir għal min jgħix hemm jew iżur il-post? Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sewer main minn hdejn il-knisja tal-Manikata sal-pompa ta' Ghajn Znuber huma f'kundizzjoni hazina. Saru diversi tentattivi biex jissewwa imma kollu ghalxejn. L-unika soluzzjoni permanenti tal-problema hija li jinbidel il-main kollu. Dan ser isir permezz ta' tender illi qieghdha thejji l-Master Plan Implementation Unit fi hdan il-Korporazzjoni ta' l-Ilma.
Sadanittant qeghdin jittiehdu l-passi necessarji biex sakemm dan isehh, jinbidel parti minnu (220m) b'direct labour f'dik illi nstab illi hija l-akatar parti kritika ta' dan il-main. Dan ser isir fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003? Kemm għalqu fabbriki xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003? X'isimhom il-fabbriki li għalqu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond informazzjoni miġbura mingħand il-Malta Industrial Parks Ltd. il-fabbriki li għalqu fis-sena 1999 kienu (6) sitta.
Minn barra dawn kien hemm 3 kumpaniji oħra, li l-operat tagħhom ġie amalgamat ma kumpaniji oħra.
Informazzjoni rigward in-numru ta’ fabbriki li għalqu fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 ingħatat fir-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 72, Seduta 7 u 3689, Seduta 91.
Informazzjoni rigward fabbriki li għalqu mhijiex possibbli li tiġi miġbura xahar b’xahar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mara li nfirdet minn mar-raġel u marret tgħix ma' ommha armla li tgħix bil-pensjoni titlifx kull assistenza soċjali, benefiċċji tal-mard, eċċ? Kif tista' tgħix bil-pensjoni ta' ommha, l-iżjed jekk ikollha spejjeż tal-mard għall-mediċini u l-kura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, nisa miżżewġa li jinfirdu minn ma żwieġhom jistgħu jkunu ntitolati għall-Għajnuna Soċjali kemm jekk jgħixu waħedhom kif ukoll jekk imorru jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Dan mingħajr ma jaffettwaw ir-rata ta’ xi assistenza li l-ġenituri jkunu ntitolati għaliha. Ovvjament ir-rata ta’ din l-għajnuna lil dawn in-nisa dvarja minn każ għal każ skond id-dħul tagħhom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi drittijiet għandha għal għajnuna soċjali tfajla ta' 15-il sena li għandha tarbija u tgħix mal-familja? Jirriżulta li biex tingħata l-għajnuna jrid ikun magħruf min hu missier it-tarbija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali xebba li ssir omm jkollha dritt għall-Għajnuna Soċjali kemm il-darba tissodisfa il-kriterji kollha rikjesti mill-istess Att dwar l-għotja ta’ din l-Għajnuna. Minbarra dawn il-kriterji hemm ukoll l-obbligu li tfittex lill-missier it-tarbija għall-manteniment ta’ l-istess tarbija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi kkonsidrata bis-serjeta' u bl-urġenza meħtieġa l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali minn omm mhix miżżewġa bi tlett itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jitratta kull applikazzjoni bis-serjeta. Barra dan, kull applikant ikollu l-meritu tiegħu għalfejn japplika u d-dipartiment ikkonċernat jara li jgħati attenzjoni lill kull applikazzjoni li jirċievi kif proprju anke qed jiġri fil-każ ta’ l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex kondizzjonijiet ta' xogħol li jgawdu minnhom il-partners f'koppji miżżewġa (per eżempju il-mara ta' impjegat ta' l-Air Malta li jkollha titjiriet bl-irħis) ma japplikawx ukoll awtomatikament għall-parnters f'koppji li jikko-abitaw? Meta hemm il-ħsieb li titneħħa diskriminazzjoni bħal din mill-postijiet tax-xogħol f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja li m'iniex il-Viċi Prim Ministru, nista' ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni hija prezentament pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali. Għalhekk mhux prudenti li jsiru kummenti fuq il-kwistjoni sakemm it-Tribunal jagħti d-deċizjoni tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il-marda nfettiva "scrapie" li qed tolqot lin-nagħaġ ta' pajjiżi oħra ma tidħolx ukoll f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tas-sentenzi riċenti tal-qorti Ewropea tal-ġustizzja li l-ħin on call tat-tobba mal-gvern, anke x'ħin ma jkunux jaħdmu, se jibda jitqies bħala parti mill-working time ta' mhux iżjed minn 48 siegħa skond il-working time directive ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li l-gvern għandu bżonn tobba iżjed milli għandu bħalissa mas-servizz tas-saħħa pubblika meta jidħlu fis-seħħ fis-snin li ġejjin dawn ir-regoli f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bhalissa qegħdin jiġu studjati sewwa s-sitwazzjoni fid-dixxiplini kliniċi differenti fis-settur tas-Saħħa Pubblika u bdew isiru diskussjonijiet mal-kapijiet tad-Dipartimenti Kliniċi f'dan ir-rigward.
Qed ukoll jiġi evalwat x'kienet l-esperjenza ta' pajjiżi differenti, fl-Unjoni Ewropeja, biex dak li jgħodd għal Malta jkun jista jiġi adattat għas-sitwazzjoni lokali. Dan ix-xogħol qed jiġi koordinat min Task Force li ġie mwaqqaf għal dan il-għan. Ta' min wieħed isemmi li minkejja li mhux eżkluż li jkun hemm bżonn li jiżdiedu xi tobba f'ċertu gradi u f'xi dixxiplini partikolari, jista' jkun hemm lok ta' tibdil fil-mod kif jsir u jitqassam ix-xogħol minn kif isir fil-preżent. Tibdil ta' din ix-xorta jiġi diskuss mal-partijiet ikkonċernati jekk jiġi biex jidħol fis-seħħ.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-merħliet lokali tan-nagħaġ ma jiġu infettati bil-marda "scrapie" li qed tolqot lin-nagħaġ ta' pajjiżi oħra, fosthom membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm kontroll fuq l-importazzjoni ta’ nagħaġ għar-rigward tal-marda ta' l-iScrapie. Ninforma wkoll lill-Kamra li qegħdin isiru testijiet regulari fuq in-nagħaġ u sa llum il-ġurnata ma nstabitx il-marda f' Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-problemi amministrattivi li qed iżommu milli jinħadmu ż-żidiet fil-pensjoni kif kien ġie miftiehem qabel il-budget tas-sena 2002, skond liema ftehim il-pensjoni kellha tiġi aġġustata għas-snin 2003 u 2004 biex tirrifletti ż-żieda li ħadu fis-salarji tagħhom il-ħaddiema tal-gvern? Meta huwa maħsub li jiġu solvuti dawn il-problemi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-fatt ir-reviżjonijiet tal-pensjonijiet meħtieġa wara ftehim kollettivi li jkunu saru ma japplikax biss għall-ex impjegati tal-Gvern iżda għall-pensjonanti kollha li xi darba kienu jaħdmu ma’ Dipartiment, ażjenda, eċċ., involuta f’tali ftehim kollettiv.
Il-proċess biex isiru dawn ir-reviżjonijiet hu għalhekk wieħed kontinwu u ninsab infurmat li qed isir minn kollox biex dan jitħaffef.
L-Onor. Interpellant jifhem li bin-numru tant kbir ta’ pensjonanti, inklużi ex-impjegati tal-Gvern, id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti data preċiża meta l-ezerċizzju dwar l-ex impjegati tal-Gvern ikun iffinaliżżat.
Jista' il-Ministru jgħid fejn huma l-ajruplani RJs li għandha l-kumpannija Air Malta? X'użu qed isir minnhom? Kemm intużaw matul is-sena 2003? X'nefqa għamlet l-Air Malta fuqhom biex toperahom jew biex iżżomhom fejn huma?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ajruplani msemmija ma humiex propjeta' tal-Air Malta izda huma mikrija lill-Air Malta li kienet tikrijhom lill-AZZURRAair spa. Din il-Linja waqfet ricentament u l-ajruplani jinsabu Exeter l-Ingilterra.
Dwar il-bqija tal-informazzjoni mitluba, peress li l-Air Malta hija kumpanija kummercjali ma nhossx li jkun prudenti li naghti l-informazzjoni mitluba, specjalment meta wiehed jikkunsidra l-kompetizzjoni li l-Air Malta qed tiffaccja minn kumpaniji ohra.