Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għall-qtugħ tad-dawl f'Għawdex nhar il-Ħadd, 25 ta' Jannar 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-provista ta' l-elettriku f'Għawdex fil-25/01/2004 inqatgħet minħabba ħsara fuq il-linja tat-33KV li twassal l-elettriku mill-Mellieħa Distribution Centre għal Vendome Distribution Centre.

Għawdex — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dawl dam iżjed minn sagħtejn biex jiġi lura f'Għawdex wara li nqata' għal xis-6.00 p.m. nhar il-Ħadd 25 ta' Jannar 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li biex terġa lura l-provista ta' l-elettriku f'Għawdex kien hemm bżonn li jsir xogħol fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġewwa Vendoma Malta. Għalhekk kien hemm bżonn ċerta ammont ta' ħin biex isir ix-xogħol meħtieġ kemm min-naħa ta' Malta kif ukoll min-naħa ta' Għawdex.

Malta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema inħawi ta' Malta inqata' d-dawl nhar il-Ħadd 25 ta' Jannar, 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li apparti l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta għall-interpellanza nru. 4348, il-provista ta' l-elettriku fil-25.01.2004 inqatgħet primarjament f'Għawdex, fiċ-Ċirkewwa Reverse Osmosis u Marfa Pumping Station f'Malta.

Kumpannija ta' l-għamara

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata tweġiba għat-talba urġenti li għamlet għall-fabbrika l-kumpannija ta' l-għamara li isimha qed jintbagħat separatament, li ilha li kitbet liċ-chairman tal-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp mis-27 ta' Novembru 2003 u tħalliet bla risposta?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ġiet allokata fabbrika fil-Qasam Industrijali ta' Ricasoli fis-6 ta' Novembru 2002. Ir-rappreżentanti tal-Kumpannija kienu nteressati f'din il-fabbrika, iżda d-depożitu li kellu jitħallas fiż-żmien stipulat qatt ma tħallas lil MDC.

Proġetti fil-pajjiżi l-aktar żgħar

Question

Meta huwa maħsub li pajjiżna jibda jsegwi l-politika ta' l-Unjoni Ewropea u joħroġ 0.33% tal-GDP tiegħu (li bħalissa jitilgħu għal xi Lm4 miljuni) fis-sena fi proġetti ta' żvilupp fil-pajjiżi l-iżjed fqar?

Response (BORG, JOE)

Għalkemm fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li nżammet f'Monterrey fil-Messiku bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2002, l-Unjoni Ewropea għamlet pleġġ li tilħaq medja ta' 0.39 fil-mija tal-GNI tagħha bħala Assistenza Uffiċċjali għall-Iżvilupp (ODA), u kull Stat Membru qabel li jikkkontribwixxi ta' l-anqas 0.33 fil-mija tal-GNI bħala ODA, se jkun diffiċli għall-Istati Membri li għad iridu jaċċedu għall-Unjoni illi jilħqu il-livell mixtieq ta' ODA, minħabba limitazzjonijiet kemm finanzjarji kif ukoll ta' riżorisi umani li jiffaċċjaw. Madankollu, bl-għajnuna anki ta' l-organiżżazzjonijiet mhux governattivi lokali, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qed ifassal Karta dwar il-Politika Maltija għall-Iżvilupp, kif ukoll abbozz ta' Pjan ta' Azzjoni għat-twettieq ta' din il-politika fis-snin li ġejjin. Dawn id-dokumenti mistennija jitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri fil-futur qarib. Il-Pjan ta' Azzjoni se jidentifika u jikkwantifika l-infieq attwali f'dak li huwa ODA minn naħa Maltija, kif ukoll se jipproponi kalendarju dwar kif il-figura ta' infiq fuq bażi nazzjonali tista' tiżdied fis-snin li ġejjin sabiex tilħaq il-perċentwali mixtieqa mill-Unjoni Ewropea.

Budget Rebate tar-Renju Unit — Fondi lill-Unjoni Ewropea

Question

Tikkonferma li parti mill-fondi 204 miljun Euro fis-sena li Malta se tagħti lill-Unjoni Ewropea se jmorru għall-budget rebate tar-Renju Unit biex tieħu lura dak li ħallset żejjed lill-fondi tal-UE? Għal kemm snin mistennija nħallsu dawn iż-2.4 miljun euro fis-sena?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4376 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Ingaġġ ta' ħaddiema

Question

B'liema tip ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, ħlasijiet u allowances l-MPO approva l-ingaġġ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fis-segretarjat tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-persuna li isimha ntbagħat separatament ġiet ingaġġata fuq kuntratt definit fis-Segretarjat tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni fuq il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u bi ħlasijiet u “allowances” kif jidher fid-Dokument dwar “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” kif maħruġ fit-12 ta’ Mejju, 2003.
Leg 10 PQ #4377 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urgent leave — Impjegati pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat biex id-dritt ta' l-urgent leave li bdew igawdu minnu l-impjegati pubbliċi f'każ li jkollhom jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol biex jieħdu ħsieb persuna li jkollha bżonnhom malajr, jibdew ukoll igawduh dawk il-persuni li jiffurmaw koppja li qed tikko-abita u trabbi familja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-impjegati pubbliċi ngħataw id-dritt tal-“Urgent Family Leave” permezz taċ-ċirkolari MPO Nru 9/2004. Din hija bbażata fuq l-Avviż Legali Nru 296/2003 li jistabbilixxi l-parametri ta’ dan il-benefiċċju, r-raġunijiet għalfejn dan il-benefiċċju jiġi wżat, u għal min huwa applikabbli. M’hiex l-intenzjoni li l-parametri jitwessgħu iktar fil-każ tas-servizz pubbliku. Impjegati fis-servizz pubbliku jistgħu jużaw il-“vacation leave” tagħhom bil-proċeduri normali fil-każijiet li semma’ l-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #4378 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tar-Rescue Boat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3403, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-kont għar-Rescue Boat intbagħatx lill-kumpanija kkonċernata u jekk iva jekk dan tħallasx?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta bagħtet il-kont għall-użu tas-“SAR Boat Melita 1” lill-kumpanija kkonċernata fit-22 ta’ Jannar 2004. Dan il-kont għadu ma tħallasx.
Leg 10 PQ #4379 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — Ajruplani u Partol Boats

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li għall-ajruplani u l-patrol boats ta' l-Armata xogħol ta' rutina hu fil-fatt xogħol ta' sorveljanza?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Huwa ovvju li xogħol ta’ rutina jinkludi xogħol ta’ sorveljanza iżda mhux biss.

Marsa — Fabbriki tal-Birra

Question

Jista' jsir it-tindif meħtieġa fl-inħawi tal-Marsa ħdejn il-fabbrika tal-birra għax qed jinġabar ħafna skart li minbarra li hu ikreh joħloq problemi jekk tagħmel ħafna xita?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif ta' l-area msemmija jsir fuq bażi regolari. Barra minn hekk , ser jinbeda programm ta' xogħol fuq manutenzjoni u rranġar tal-water course kollu li jieħu sal-Marsa.

Ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hija/huma l-kumpanija/kumpaniji li ntgħażlu biex jorganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nassumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għal dik il-parti taċ-ċelebrazzjonijiet fil-lejl ta' bejn it-30 ta' April u l-1 ta' Mejju 2004, u nista' nagħrfu li d-direttur tal-kuntratti, nhar il-Ġimgħa 27 ta' Frar 2004, ħareġ Letter of Acceptance lil Welcome Europe Consortium biex ikunu jistgħu jorganizzaw il-programm għal dakinhar.

Dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema attivitajiet Malta ħadet sehem sa issa u f'liema bi ħsiebha tieħu sehem fl-inizjattivi li qed torganizza l-Irlanda biex tiċċelebra d-dħul ta' 10 pajjiżi fl-Unjoni Ewropea?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li fuq inizjattiva ta' l-Irlanda biex tiċċelebra d-dħul ta' 10 pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f'Mejju li ġej, Malta ser tieħu seħem f'attivita' msejħa Waterford Spraoi. Peress li l-attivita' hija waħda folkolrista Malta ser ittella' żewġ kantanti folkloristiċi.

Marsa racing club

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Marsa racing club hux qiegħed iġiegħel lill-istazzjonijiet kollha tat-tv iħallsu biex ikunu jistgħu jiġbdu u jxandru t-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru? Jista' jgħid xi ħlasijiet qed jitlob lil kull stazzjon individwali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-Kunsill tal-Malta Racing Club qiegħed jitlob lill-istazzjonijiet televiżivi lokali kollha biex iħallsu lill-istess Kunsill pagament annwali-staġjonali jew inkella għal kull laqgħa ta' tiġrijiet talli dawn jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-kumpless tal-korsa, biex l-istess stazzjonijiet jiffilmjaw u jipproduċu programmi televiżivi dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel. Min-naħa tiegħu il-Kunsill tal-Malta Racing Club joffri lill-kummentaturi sportivi u rappreżentanti ta' dawn l-istazzjonijiet kull assistenza u anke posizzjoni favorevoli ta' iffilmjar tat-tiġrijiet (commentary and filming position). Din il-politika adottata mill-Kunsill tmur lura sas-snin disgħin u kull ftehim ma' stazzjonijiet televiżivi hu konfermat bl-iffirmar ta' kuntratt li jorbot iż-żewġ naħat. Min-naħa l-oħra l-Kunsill dejjem aċċetta t-talbiet, u anki mingħajr ħlas, ta' dawk l-istazzjonijiet televiżivi lokali li flok iddeċidew li jipproduċu programm televiżiv dwar l-isport iddeċidew li jiffilmjaw biss għal ftit minuti waqt laqgħa ta' tiġrijiet biex l-istess filmat jintuża waqt l-aħbarijiet sportivi tagħhom. Dan konformi wkoll mal-liġi lokali ta' l-istampa. Il-Kunsill tal-Malta Racing Club qiegħed jagħti wkoll mingħajr ħlas l-assistenza tiegħu lill-ġurnalisti tal-media stampata u radjofonika. Il-politika tal-Malta Racing Club hija waħda konformi ma' dak deċiż anke minn federazzjonijiet u assoċjazzjonjiet oħra sportivi Maltin dwar ħlas minn kumpanija tal-media. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija din hija ta' natura kummerċjali.

Dipartiment tat-taxxi

Question

Jista' d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jikkomunika u jispjega lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn waslet it-talba tiegħu li ma jeħilx inġustament il-multa li weħel?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Pero’ ġejt informat li l-każ imsemmi qiegħed ikun ikkunsidrat u l-persuna kkonċernata tkun notifikata bid-deċiżjoni aktar ‘il quddiem.

European Economic Area — Norveġja

Question

Kemm huwa stmat li ddaħħal Malta f'fondi mingħand il-pajjiżi ta' l-European Economic Area u mingħand in-Norveġja?

Response (BORG, JOE)

Huwa stmat li mid-data tas-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea, Malta ser iddaħħal total ta' 724,200 euro fis-sena minn dawn iż-żewġ alllokazzjonijiet fuq medda ta' ħames snin. Il-komponent multilaterali jammonta għal 384,000 euro, fil-waqt li dak bilaterali tan-Norveġja jammonta għal 340,200 euro fis-sena.
Leg 10 PQ #4354 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — ħaddiema - Principals fi skala 9

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija 3881 jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi eċċezzjonijiet u f'liema skola jew skejjel hemm principals fi skala 9 li qed jagħmlu xogħol klerikali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li iva, hemm wieħed, fl-Iskola ta' l-Arti.
Leg 10 PQ #4356 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karozzi għas-serivzz tat-trasport skolasitku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji jipprovdu karozzi għas-servizz tat-trasport skolastiku? Fis-servizz li jipprovdu kemm hemm vjaġġi b'kollox? Kemm minnhom huma amalgamati? Xi ħlasijiet jieħdu l-kuntratturi għat-tip ta' vjaġġi differenti li jagħmlu? B'kollox kemm ġie jiswa dan is-servizz fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tlett kumpaniji jipprovdu is-servizz ta' trasport skolastiku. Bejniethom dawn jipprovdu madwar 760 vjaġġ. Hemm 50 vjaġġ li huma amalgamati. Ir-rati tal-ħlas għas-sena skolastika 2002/2003 kienu kif ġej: Minibuses Minibuses for Buses/Coaches Special Schools Lm 2.88 Lm 3.70 Lm 3.57 Lm 4.29 Lm 4.41 Lm 4.29 Lm 5.03 Lm 5.06 Lm 4.97 Lm 5.84 Lm 6.44 Lm 5.72 Lm 6.85 Lm 7.15 In-nefqa totali għat-trasport skolastiku għas-sena 2002/2003 kienet ta' Lm 1,053,884
Leg 10 PQ #4358 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada — MISCO

Question

Kemm-il darba u għal liema tip ta' xogħol saru sejħiet mill-kumpanija MISCO biex jimtlew postijiet mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saret sejħa waħda mill-kumpanija imsemmija biex jimtela l-post ta' Chief Administrative Officer.
Leg 10 PQ #4361 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jeżisti xi kuntratt mill-Ministeru jew Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex il-kumpanija Safetrust Ltd tipprovdi xi servizz? Kemm jiswa s-servizz li qed tipprovdi? X'tip ta' servizz? Kif intgħażlet din il-kumpannija biex tipprovdi dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li jeżisti kuntratt, li jiġġedded kull tlett xhur, ma’ Safetrust Limited biex din tipprovdi servizz ta’ sigurta’ ma’ l-entratura tal-binja tal-Ministeru/Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Il-kumpanija ntgħażlet wara li ntalbu kwotazzjonijiet mingħand tlett kumpaniji. Il-prezz mitlub minn Safetrust Limited, jiġifieri Lm2.20 fis-siegħa (VAT eskluża), kien l-irħas. Is-servizz mogħti jikkonsisti fi bniedem wieħed li jikkontrolla kemm il-vetturi li jieqfu quddiem il-binja kif ukoll in-nies li jidħlu fil-binja. Il-kuntratt kurrenti jagħlaq fl-aħħar ta’ Frar u mhux fil-ħsieb li jiġġedded.