Legislature:
Category:
Reset
Active:

Budget rebate tar-Renju Unit — Fondi lill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li parti mill-fondi 2.4 miljun euro fis-sena li Malta se tagħti lill-Unjoni Ewropea se jmorru għall-budget rebate tar-Renju Unit biex tieħu lura dak li ħallset żejjed lill-fondi tal-UE? Għal kemm snin mistennija nħallsu dawn iż-2.4 miljun euro fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ex ħaddiema tal-MDC/IPSE/METCO

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4395 riferuta lilu u cioe' kemm l-MPO s'issa pproċessa talbiet għall-postijiet ta' impjiegi għall-persuni li qabel kienu jaħdmu mal-MDC, IPSE jew METCO? Fejn intbagħtu jaħdmu? Min huma dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-eżerċizzju ta’ “secondment” għall-persuni li qabel kienu jaħdmu ma’ l-MDC, IPSE jew METCO għadu għaddej. In-numru ta’ persuni sekondati sas-6 ta’ April 2004 huwa ta’ tmienja li ntbagħtu jaħdmu kif ġej: a. Ministry of Finance & Economic Affairs 3 b. Ministry of Education – Archives 1 c. MCAST (“on probation”) 2 d. Law Courts (“on probation”) 1 e. Heritage Malta 1

ETC — Persuni jirreġistraw fuq Part 2

Question

Bħalissa jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw fuq Part 2 għax min issensjahom ddikjara li telqu volontarjament mix-xogħol meta dan mhuwiex minnu?

Response (GALEA, LOUIS)

Fuq it-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad hemm 174 persuni li skond il-formola tat-tmiem l-impjieg dawn telqu minn jeddhom mix-xogħol. Il-Korporazzjoni m'għandiex informazzjoni kemm minn dawn fil-fatt ma kienux telqu imma ġew itterminati minħabba raġuni oħra.

Razzett tal-Ħbiberihja — Servizz lit-tfal ta' l-iskola

Question

Jista' il-ministeru jgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għas-servizz tajjeb li qed joffri lil ħafna tfal ta' skejjel differenti minħabba li d-diffikultajiet finanzjarji tar-razzett jistgħu jwasslu biex dan is-servizz ma jibqax jingħata u t-tfal jiċċaħdu minn servizz tant essenzjali għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Fl-Estimi tal-Ministeru m'hemmx vot għal dan l-iskop. Bħala NGO fil-qasam ta' disabilita' ir-Razzett tal-Ħbiberija jaqa' fil-parametri tal-politika soċjali. Talbiet għal għajnuna għandhom jitressqu lil dan il-Ministeru.

International Trading & Holding Companies

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'pożizzjoni esprimiet il-Kummissjoni Ewropea f'Awissu li għadda dwar l-International Trading and Holding Companies f'pajjiżna? X'wieġeb il-gvern dwar din il-pożizzjoni? Fiex waslu n-negozjati bejn iż-żewġ naħat fuq dan il-qasam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta ma taqbilx ma’ l-evalwazzjoni li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fuq il-miżuri tat-taxxa li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant in konnessjoni mal-“Code of Conduct for Business Taxation” billi ssostni li dawn il-kumpaniji huma taxxabbli fuq id-dħul kollu tagħhom bir-rata ta’ 35% bħal kull kampanija oħra Maltija. Ix-“shareholders” ta’ dawn il-kumpaniji u ta’ kull kumpanija oħra Maltija huma persuni distinti mill-kumpanija u huma suġġetti għall-regoli taħt il-liġi tat-taxxa bħala persuni differenti mill-kumpanija. Għandhom ikomplu jsiru diskussjonijiet bejn Malta u l-Kummissjoni fuq dan is-suġġett.

Razzett tal-Ħbiberija

Question

Tista' il-Ministru tgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għat-tmexxija tiegħu u s-servizzi li joffri bla ħlas għax bid-diffikultajiet finanzjarji li qed jiffaċċja se jissogra ma jibqax jilħaq tant persuni b'diżabilita' li għandhom bżonn is-servizzi tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Razzett tal-Ħbiberija kien wieħed mill-organiżżazzjonijiet volontarji li matul is-snin li għaddew irċieva għajnuna finanzjarja mill-fond allokat għal dan l-iskop taħt il-Vot tal-Ministeru għall-Politika Soċjali. Ninsab infurmata li l-bord imwaqqaf apposta qed jikkunsidra t-talba għall-għajnuna għal din is-sena minn din l-organiżżazzjoni flimkien ma’ talbiet minn organiżżazzjonijiet volontarji oħra.

Għaqdiet/organizzazzjonijiet — Ħlas għas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u organizzazzjonijiet li s'issa kienu jingħataw xi forma ta' sussidju jew kellhom rata mraħħsa ta' ħlas għas-servizzi tad-dawl u l-ilma? Min huma dawn l-għaqdiet u organizzazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Razzett tal-Ħbiberija — Ħlas tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dan l-aħħar li organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija li jagħmlu tant ġid fost persuni b'diżabilita', ma jibqgħux b'rati mraħħsa ta' l-ilma u d-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li l-organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija ma jibqgħux iħallsu b'rati mraħħsa tad-dawl u l-ilma. Anza xi żmien ilu kien ingħata kreditu sostanzjali lill-dan il-konsumatur partikolari meta fil-każ ta' l-ilma kienet applikata t-tariffa għal organizzazzjonijiet mhux kummerċjali (para k tat-tariff) b'mod retrottiv.

Dar tal-Provvidenza — Ħlas ta' dawl u ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'rati ta' dawl u ilma jitħallsu mid-Dar tal-Provvidenza fis-Siġġiewi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ir-rati tad-dawl u l-ilma li jithallsu mid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi huma l-irhas rati jigifieri: Ilma taht skema - Orgnizzazzjonijiet mhux kummercjali (para k tat-tariffi) Rati huma kif jidhru hawn taht: Dritt tas-servizz - LM 4 Konsum sa 57 mt. Kubu - xejn Konsum 'l fuq minn 57 mt kubu - 35c kull mt kubu Elettriku taht skema - Assistenza Socjali Dritt tas-Servizz - Xejn Konsum - Rati domestici normali

Koperattiva indafa pubblika — Ħlas dovut lill-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għad fadlilhom jieħdu l-ħlas dovuti lilhom għal xogħol li għamlu għall-koperattiva indafa pubblika? X'passi se jittieħdu biex dawn il-persuni jieħdu l-ħlasijiet dovuti lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-koperattivi huma organizzazzjonijiet awtonomi u indipendenti. Għaldaqstant, il-Bord tal-Koperattivi ma jżommx records ta’ ħlas dovut lill-persuni li għamlu xogħol lill-koperattivi. Din tibqa’ responsabbilta’ tal-koperattiva. Informat ukoll li l-koperattivi huma regolati bl-Att dwar l-Għaqdiet Koperattivi XXX ta’ l-2001 u meta l-Bord tal-Koperattivi jħoss li jkun iż-żmien opportun, jibda l-proċess ta’ xoljiment, hekk kif tistabbilixxi l-istess liġi.

Enemalta — Użu minn storage tanks tal-Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tuża il-korporazzjoni Enemalta mill-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol (Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.) biex taħżen fuel skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea? X'se jiġri mill-ispare capacity li se jibqa' fl-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol? Lil min se jinkrew? Kif se jintagħżlu dawk li se jkunu jistgħu jużaw dawn il-faċilitajiet fl-istorage tanks li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta? Jista' jivverifika jekk il-kumpannija privata Island Bunker Oils Ltd hijiex se tingħata b'mod esklussiv l-użu ta' dawn il-faċilitajiet tal-Mobcol li mhix se tkun qed tuża l-korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha qed tevalwa il-possibilitajiet kollha li għandha quddiema fir-rigward ta' żejt skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan l-istadju għadha ma ttieħdet l-ebda deċizjoni finali li jintuzaw il-faċilitajiet tal-MOBC għal dan ir-rigward. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmat li ma sar l-ebda ftehim u ma saru l-ebda negozjati.

Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd. — Storage tanks

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proċess ta' privatizzazzjoni se jintuża biex l-ispare capacity ta' l-istorage tanks tal-Mobcol li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta jiġi mikri lill-kumpanniji privati li jixtiequ jipprovdu servizzi ta' bunkering f'pajjiżna? Se ssir sejħa għall-offerti għall-kiri ta' dawn il-faċilitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 4749.

Persuni li għandhom dixx tas-satellita — Ħlas għal-liċenzja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-ħlas għal-liċenzja li persuni li għandhom dixx tas-satellita jkollhom iħallsu? Jista' jgħid jekk hemmx kuntatti mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħlasijiet għal din il-liċenzja? Jista' jgħid x'korrispondenza għaddiet bejn il-ministeru u l-kummissjoni dwar dan il-qasam tat-tv bis-satellita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din il-kwistjoni qiegħda tiġi kkunsidrata, infurmat ukoll li m'hemm l-ebda kuntatt ma' l-Kummissjoni Ewropeja dwar il-ħlasijiet għal din il-liċenzja.

Skejjel — Tħaddim ta' Data Protection Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiswa lil kull skola l-ħlas għat-tħaddim tad-Data Protection Act? Mil-liema fondi se jitħallsu dawn il-ħlasijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data daħal fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003. Skond dan l-Att, sal-15 ta' April 2004, kull organizzazzjoni f'Malta trid tinnotifika lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. Flimkien ma' din in-notifika annwali jrid isir ħlas li, għad-disa' xhur bejn il-15 ta' Lulju 2003 u l-15 ta' April 2004, fil-każ ta' skola, huwa ta' Lm15 filwaqt li, għal sena sħiħa, jkun ta' Lm20. Dawn il-ħlasijiet se jsiru mill-fondi ta' l-istess skola.

Skejjel — Data Protection Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex fit-tħaddim tad-Data Protection Act fl-iskejjel tagħna nitgħallmu mid-delitt fl-Ingilterra ta' Ian Huntley fuq il-bniet Holly u Jessica wara li mar jaħdem fi skola u l-passat tiegħu ta' abbużi fuq it-tfal kien protett mid-Data Protection Act?

Response (GALEA, LOUIS)

Jittieħdu l-passi kollha li jippermettulna l-liġijiet biex f'kull waqt nassiguraw li uliedna jkunu dejjem protetti minn kull perikolu ta' din ix-xorta, inkluż li jsir screeningeffettiv ta' kull min ikollu x'jaqsam mat-tfal u l-istudenti.

MCAST — Żgħażagħ li ma sabux sponsor għall-apprendistat tagħhom

Question

Jista' il-Ministru jgħid: a) kemm hemm żgħażagħ li għadhom ma sabux sponsor għall-apprendistat tagħhom bħala parti mill-kors li qed jagħmlu fl-MCAST? b) F'liema oqsma għadhom ma sabux sponsor? c) X'qed isir min-naħa tal-MCAST u tal-ETC biex attivament jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ isibu sponsor? d) X'se jiġri jekk dawn iż-żgħażagħ ma jsibux sponsor f'dawn iż-żmenijiet diffiċli għall-ekonomija tagħna? e) Jista' jiġi kkonsidrat li dawn iż-żgħażagħ xorta jkomplu bl-istudju tagħhom anke jekk ma jsibux sponsor u xorta l-gvern jirranġalhom għal esperjenza ta' xogħol bla piż finanzjarju fuq min iħaddem għax mhux ġust li l-futur ta' tant żgħażagħ jiddependi minn jekk isibux sponsor jew le għall-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qegħdin ifittxu sponsorship huwa kif ġej:- L-Istitut ta' l-Inġinerija Elettrika u Elettronika 10 L-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni 4 L-Istitut ta' l-Inġinerija Mekkanika 5 L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn 7 Gozo MCAST Centre 1 L-MCAST qed jagħmel l-arrangamenti kollha possibli biex l-istudenti li m'għandhomx sponsorikomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom fuq bażi full-time. Il-korsijiet huma organizzati b'tali mod li dawn l-istudenti ma jkunux żvantaġġati minħabba dan il-fatt.

Mellieħa — Servizz tal-berġa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir dwar is-servizz tal-berġa tal-Mellieħa peress li kienet tokkupa bini li issa jinsab ikkundannat? X'arranġamenti saru biex għax-xogħol tal-berġa jintużaw faċilitajiet fiċ-ċentru parrokkjali tal-lokal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għad-domanda parlamentari numru 4499.