Jista' il-Ministru jgħid jekk inħatarx xi bord biex jevalwa t-tweġibiet tal-kwestjonarju li ntbagħat għal min hu interessat jitfa' offerta għall-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?
Min inħatar fuq dan il-kumitat?
Intagħżlu xi kumpanniji u twarrbu oħrajn?
Meta huwa maħsub li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt għall-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Adjudication Board inħatar u diga beda x-xogħol tiegħu sabiex jevalwa l-offerti mitfugħa rigward sistema ġdida minflok l-inċineratur ta' l-Isptar san Luqa.
Peress li l-Board beda jaħdem xi ġimgħatejn ilu, għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk intażlux jew twarrbu xi kumpaniji. Deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt titieħed wara li l-Board jispiċċa l-evalwazzjoni tiegħu u jirraporta lura lid-Direttur tal-Kuntratti.
Għal raġunijiet ovvji ser ngħaddi l-komposiżżjoni tal-Board lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada kemm tat kuntratti għal xogħlijiet fl-iskejjel tul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? X'kienet in-natura tax-xogħol li sar f'kull skola? F'kull każ, x'kien il-valur tax-xogħlijiet u kemm tħallas minnhom għax-xogħol li sar? Min kienu l-kuntratturi li għamlu u li tħallsu tax-xogħlijiet?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilhom għaddejjin l-investigazzjonijiet dwar persuna li taħdem fl-Armata li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-investigazzjoni li l-Armata kienet qed tagħmel fir-rigward ta’ staff sergeant li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, kienet in konnessjoni ma’ artiklu li deher f’gazzetta lokali ta’ nhar ta’ Ħadd li kien jirreferi għall-abbużi li allegatament kien għamel l-individwu, sena u nofs ilu.
Mill-investigazzjoni li saret, ma jirriżultax li saru rregolaritajiet fil-konfront ta’ l-individwu msemmi.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'irriżulta minnhom s'issa? Jekk ma nstabx ħati, għaliex? Jekk instab ħati, għaliex? Fil-każ li nstab ħati, x'se jiġri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6472.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-korporazzjoni Enemalta biex twassal is-servizzi tad-dawl fejn se jinbnew iżjed minn 1,500 beach room fl-inħawi ta' Little Armier skond applikazzjoni li saret lill-MEPA fi Frar ta' din is-sena? Kemm hu stmat li se tqum l-ispiża biex jitwassal dan is-servizz fl-inħawi u min se jħallas għat-twassil ta' dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li dan il-progett huwa ta' Ministeru iehor u l-Enemalta s'issa tat numru ta' options ta' kif jista' jsir ix-xoghol imsemmi fid-domanda. Ghall aktar dettalji nitolbok tressaq id-domanda lill-Ministru koncernat.
Little Armier — Servizz ta' drenaġġ u ilma f'beach rooms
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex twassal is-servizzi tad-drenaġġ u l-ilma lill-iżjed minn 1,500 beach room li saret applikazzjoni għalihom biex jinbnew fl-inħawi tal-Little Armier? Kemm hi stmata li se tkun in-nefqa għal kull wieħed minn dawn is-servizzi u min se jġorr l-ispiża biex dawn is-servizzi jiġu estiżi f'dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-korporazzjoni Enemalta tipprovdi d-dawl pubbliku meħtieġ fl-inħawi residenzjali magħrufa bħala tal-Masrija fil-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
L-installazzjoni ta' bozoz godda, minhabba l-process tad-devoluzzjoni, issa saret ir-responsabilita tal-Kunsilli Lokali u ma ghadhiex ta' l-Enemalta
Skejjel ta' l-istat — Studenti jixorbu energy drinks
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel primarji u sekondarji ta' l-istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet li taw lill-istudenti jixorbu energy drink flok il-ħalib? Għaliex? X'pariri ttieħdu jekk l-energy drink hix aħjar mill-ħalib għan-nutriment tat-tfal? Il-kumpannija li pprovdiet l-energy drink tat xi flus lill-iskejjel fejn it-tfal xorbuha?
Miżbla tal-Magħtab — Tindif ta' toroq mnejn jgħaddu t-trakkijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li nies mgħammra bl-apparat meħtieġ intbagħtu jnaddfu t-toroq fejn jgħixu residenti ta' l-inħawi tal-Magħtab mnejn jgħaddu trakkijiet bl-iskart u jwaqqgħu u jnittnu l-inħawi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija jitnaddfu minn nies apposta mgħammra bl-apparat meħtieġ fuq bażi regolari u skond kif meħtieġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittieħdet proprjeta' ta' persuni fejn hemm il-miżbla tal-Magħtab? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni ġew kumpensati tal-proprjeta' li tteħditilhom? Meta se jiġu kkumpensati l-persuni li tteħditilhom l-art u għadhom ma tħallsux?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art li tittieħed fejn hemm il-miżbla tal-Magħtab, fiha kejl ta' circa 251,192 metri kwadri. B'kollox hemm sitta u għoxrin grupp ta' sidien differenti. Żewġ gruppi ta' sidien li kienu jikkonsistu f'sebgħa persuni ġew ikkompensati. Żewġ gruppi ta' sidien oħra li jikkonsisti fi tnax-il persuna irċevew l-Avviż tal-ftehim. Dawn ikkontestaw il-kumpens offrut u l-każ tagħhom qiegħed jiġi trattat quddiem il-Bord dwar l-Akkwist ta' Artijiet.
Ma nistax ngħid kemm hemm persuni involuti fit-tnejn u għoxrin grupp tas-sidien l-oħra fejn id-Dipartiment tal-Artijiet għadu qiegħed għaddej bil-proċess biex iħallas il-kumpens dovut, peress li f'ħafna mill-każi għadu mhux magħruf min huma s-sidien attwali.
Id-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex jikkompensa lil dawn is-sidien.
Enemalta — Persuni liċenzjati biex joperaw pompa tal-petrol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja joperaw pompa tal-petrol iżda m'għandhomx pompa tal-petrol xi jħaddmu? Jista' jgħid jekk fost dawn hemmx min wera interess li jopera l-pompa l-ġdida li nħarġu l-permessi għaliha fil-Mellieħa wara l-ground tal-football?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru koncernat.
Il-MEPA meta beħsiebha tipproċessa l-applikazzjonijiet PA/01963/01 u PA 1963/01/1A/9A?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fir-rigward ta’ l-applikazzjoni numru PA 1963/01, din ġiet approvata nhar il-21 ta’ Frar, 2002, jiġifieri iktar minn sentejn u erba’ (4) xhur.ilu.
Din l-informazzjoni hija aċċessibbli għall-pubbliku minn fuq il-website ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
In-numru PA 1963/01/1A/9A jirreferi għall-pjanti ta’ l-applikazzjoni.
MEPA — Xogħol illegali fl-ex-Puschka f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-azzjonijiet diretti neċessarji biex jiġu nfurzati d-deċiżjonijiet li ttieħdu kontra xogħol illegali fil-bini tal-ex-Puschka f'San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha lista twila ta’ każijiet li fihom trid tieħu azzjoni ta’ twaqqiegħ jew tneħħija ta’ żvilupp illegali. Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa wieħed minnhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'kollox li fl-aħħar erbgħa snin ġew dijanjosati bħala AD/HD mis-CDAU? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien u x'etajiet differenti huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tas-Saħħa — Skart li qed jintrema fil-miżbla tal-Magħtab
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa tawx jew/u ntalbux jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-effett ta' l-iskart li qed jintrema l-Magħtab u jitħalla mikxuf u jitħassar u jinten fix-xemx? Jista' jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa bagħtux uffiċjali jispezzjonaw is-sit biex jinvestigaw l-effett ta' x'qed isir hemmhekk fuq is-saħħa tan-nies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma li peress tali sit jaqa' taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment ta' l-Ambjent ma mar l-ebda uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa jispezjona s-sit indikat. Għaldaqstant, għal aktar informazzjoni nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Ambjent.
Pulizija — Investigazzjoni dwar bejgħ illegali ta' frott
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jqabbad il-pulizija jinvestigaw hux isir bejgħ illegali ta' frott mill-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant huwa kopert b'liċenzja maħruġa mis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ għal retail sale of food in specialised stores selling predominantly fruit and vegetables, including pre packed foodstuffs. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija ma rriżultax li kien qed ikun hemm xi bejgħ kontra l-liġi.
Pulizija — Investigazzjoni dwar bejgħ illegali ta' frott
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il-permessi kollha meħtieġa biex iservi ta' maħżen ta' ħxejjex u minnu wkoll isir bejgħ dirett?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6242 f'din l-istess Seduta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni waddbu offerta biex jieħdu l-art li fuqha nħarġu l-permessi meħtieġa biex jiftħu pompa tal-petrol fil-Mellieħa wara l-ground tal-football? Jista' jgħid x'kien il-valur ta' l-offerti li ntefgħu waħda waħda? Fejn wasal il-proċess ta' l-għażla għal min se jieħu l-art u jiftaħ il-pompa tal-petrol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm erba` offerti għall-għotja b'ċens ta' l-art li fuqha nħarġu l-permessi meħtieġa biex issir pompa tal-petrol fil-Mellieħa. Il-valur ta' l-offerti li ntefgħu huwa kif ġej:-
I. Lm7,350.00
II. Lm5,500.00
III. Lm5,000.00
IV. Lm2,100.00
Il-proċess tat-Tender qiegħed fi stadju ta' aġġudikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta ħaditx il-passi meħtieġa biex tilqa' għall-ilmenti li saru minn residenti fil-Wardija biex jitneħħew arbli tad-dawl li twaħħlu fil-post u kerrħu l-ambjent? Meta ttieħdu jew se jittieħdu dawn il-passi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-arbli msemmija għandhom għalfejn jitneħħew bi spejjeż addizzjonali għall-Korporazzjoni.