Legislature:
Category:
Reset
Active:

Brussells — Rappreżentanza permanenti ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli fir-rappreżentanza permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fi Brussell biex isegwi dak kollu li hu relatat mat-turiżmu li huwa qasam tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Qasam tat-Turiżmu m'għandux kompetenza Komunitarja diretta fl-Unjoni Ewropea iżda huwa qasam li jiġi regolat mill-pajjiżi Membri. L-iktar Council Formation qrib tal-qasam tat-Turiżmu huwa l-Competitiveness, li fost responsabbiltajiet oħra, jamminsitra l-acquis fejn jirrigwarda l-Intrapriżi żgħar u medji, li taħtu huwa kkunsidrat li jaqa t-Turiżmu. Għalhekk, fir-Rappreżentanza Permanenti, ir-resonsabbilta għas-settur tat-Turiżmu taqa' taħt il-Competitiveness Unit. Ser ikun hemm Technical Attache' ġdida f'dan il-Unit b'effett mill-ewwel ta' Novembru, 2004.

Pensjonijiet — Żidied

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta hemm ħsieb li l-pensjonanti jieħdu ż-żieda li huma intitolati għaliha skond il-ftehim li kien intlaħaq qabel tħabbar il-budget għas-sena 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm mhux ċar għal liema ftehim qed jirreferi l-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li x-xogħol fuq ir-reviżjonijiet tal-pensjonijiet, kemm dawk li jirriżultaw minn xi ftehim kollettiv u kemm le, hu eżerċizzju kontinwu. Kif kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar is-suġġett, id-Dipartiment konċernat jagħmel dak kollu meħtieġ biex dawn ir-reviżjonijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli.

Liċeo fil-Ħamrun — Laboratorji

Question

Peress li wasluli rapporti ta' xi ħsarat serji fil-laboratorji tal-liċeo tal-Ħamrun, inkluż ħruġ ta' gass, eċċ., jista' il-Ministru jivverfika n-natura ta' dawn il-ħsarat u jekk jirriżulta li hemm bżonn it-tiswijiet fis-sistemi u l-bdil ta' apparat jgħid meta se ssir din it-tiswija u meta se jsir il-bdil ta' l-apparat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Uffiċjali konċernati fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jivverifikaw dawn il-ħsarat u skond dak li jirriżulta jittieħdu passi meħtieġa.
Leg 10 PQ #8183 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

EU — Qasam Turistiku Malti

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi strutturi u x'nies għandu l-ministeru u strutturi oħra li jaqgħu taħtu biex jieħdu ħsieb jimmoniterjaw u jieħdu l-passi meħtieġa dwar dak kollu li fl-Unjoni Ewropa b'xi mod jew ieħor jolqot il-qasam tat-turiżmu f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura hemm Direttorat dwar l-Affarjiet ta' l-Unjoni Ewropea, Żvillup ta' Policy u Implimentazzjoni ta' Programmi li għandu d-doveri msemmija mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #8185 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

EU — Settur turistiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ministeru jew f'xi struttura li taqa' taħtu hemmx persuna/persuni li xogħolhom biss hu li jaraw x'fondi hemm fl-Unjoni Ewropea li b'xi mod jew ieħor jistgħu jinkisbu għas-settur turistiku f'pajjiżna, kemm mill-gvern innifsu kif ukoll mis-settur privat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemm strutturi li jieħdu ħsieb affarjiet relatati ma' l-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu. L-istrutturi li jeżistu mhux biss jieħdu ħsieb jaraw x'fondi hemm fl-Unjoni Ewropea li jistgħu jinkisbu għas-settur, iżda jieħdu ħsieb ukoll materji oħra ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt permezz ta' dawn l-istrutturi diġa` nkisbu fondi għall-qasam turistiku.

Vapuri tal-passiġġieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex fl-għoti ta' permessi biex vapuri tal-gwerra jżuru pajjiżna għas-sena d-dieħla, tingħata konsiderazzjoni lill-wasla fostna ta' vapuri tal-passiġġieri biex dawn ta' l-aħħar jingħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-gwerra u ma jibqax ikollna każi fejn vapuri tal-gwerra jorbtu fl-aħjar postijiet waqt li tal-passiġġieri jintbagħtu f'postijiet mhux addattati u li jagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru biex Malta ssir ċentru ta' żjajjar ta' vapuri tal-passiġġieri?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-deċiżjoni ta' fejn jintrabtu il-vapuri tal-gwerra ma taqgħax taħt ir-responsabbilita ta' dan il-Ministeru.
Leg 10 PQ #7954 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta' ġarr bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'servizz ta' ġarr se jkun hemm bejn Għawdex u Malta wara li jintemm is-servizz preżenti tal-helicopter ta' l-Air Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' kumpanija barranija biex tipprovdi dan is-servizz.

Tarzna ta' Malta — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għal din is-sena t-tarzna hux se jkollha biżżejjed flus biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema tagħha jew il-gvern se jkollu jgħaddilha iżjed flus biex ikollha mnejn tħallas il-pagi kollha tal-ħaddiema? Fil-każ li iva, kemm se jkollu jgħaddilha iżjed flus sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Matul l-aħħar sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta' l-Air Malta li telqu minn mal-kumpannija u mhux irtiraw biż-żmien? F'liema oqsma telqu f'kull każ? Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Postijiet fil-livelli ta' management

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'postijiet ġodda ġew mimlija fl-Air Malta fil-livelli ta' management f'dawn l-aħħar xhur? Liema huma dawn il-postijiet ġodda u min intgħażel biex jimlihom? Kemm minn dawn ġew minn barra l-kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Air Malta ħabbret l-ħatriet tas-Senior Management fl-Lulju li għadda fejn ġew maħtura sitt (6) Chief Officers. Il-ħatriet huma kif jidher hawn taħt - Chief Officer Operations & Maintenance Mr Manuel Agius Chief Officer Strategic Planning Mr Dominic Attard Chief Officer Subsidiaries Mr Wilfred Borg Chief Officer Finance Mr Alfred Lupi Chief Officer International & EU Affairs Dr Catherine Tabone Chief Officer Human Resources & Corporate Services Mr Adrian Coppini Dawn il-ħatriet ġew mimlija nternament ħlief għall-pożizzjoni waħda dik ta' HR & Corporate Services.

Maltin li jivjaġġaw lejn il-Libja — Ħruġ ta' visa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi li għad fadal fil-ħruġ ta' visa għal dawk il-Maltin li jixtiequ jivjaġġaw lejn il-Libja? X'hemm ippjanat fil-ġimgħat li ġejjin biex jinħallu dawn il-problemi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fl-aħħar żjara li saret fil-Libja minn delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru, n-naħa Maltija ressqet proposta ġdida dwar il-ħruġ tal-Visas, biex taġġorna l-ftehim eżistenti.

Impjiegi — Ħaddiema li ngħataw is-sensja

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm ingħataw sensji lil nisa u rġiel tul ix-xhur ta' Awissu u Settembru 2004, xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lista ta' nisa u rġiel li ngħataw is-sensja tul ix-xhur ta' Awissu u Settembru 2004, xahar b'xahar hu hekk : Sensji Irġiel Nisa Total Awissu 2004 114 44 158 Settembru 2004 151 27 178
Leg 10 PQ #7949 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Vapuri li jżuru l-Port il-Kbir — Passiġġieri

Question

Mill-passiġġieri li jidħlu fuq vapuri li jżuru l-Port il-Kbir, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom huwa stmat li jinżlu l-art? Qatt sar xi studju dwar ir-raġuni għaliex ma jinżlux iżjed l-art? Jekk sar, x'irriżulta? Jekk ma sarx, jista' jara li jsir biex wara jittieħdu l-passi meħtieġa biex inkabbru l-għadd ta' passiġġieri li jinżlu l-art u jżuru lil pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni li toħroġ minn sample survey li sar mill-VISET din is-sena jirriżulta li 50% tal-passiġġieri abbord jagħżlu li jorganizzaw iż-żjarat tagħhom f'Malta permezz ta' excursions organizzati, 40% oħra jiżbarkaw u jagħmlu l-arranġamenti tagħhom, filwaqt li l-bilanċ ta' 10% jagħżlu li jibqgħu abbord il-vapur. Din l-informazzjoni għandha tittieħed biss bħala indikattiva, għaliex saret biss fuq erba' vapuri, li kienu qegħdin iġorru total ta' 9,297 passiġġieri, li jirappreżentaw madwar 1% through put totali għal Malta għal din is-sena.
Leg 10 PQ #7950 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tindif ta' bajjiet

Question

Matul ix-xhur tas-sajf, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jnaddfu l-bajjiet differenti ta' pajjiżna? Kemm tħallsu tax-xogħol li għamlu? Tħallsu tax-xogħol kollu jew għadhom ma ħadux il-ħlasijiet kollha dovuti? Kemm hemm ħlasijiet dovuti? Meta se jitħallsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet differenti ta' pajjiżna huwa ta' 90 persuna. Dawn huma kollha ħaddiema tal-Gvern li dejjem tħallsu s-salarju tagħhom. Jekk l-Onorevoli interpellant qed jirreferi għal ħlas ta' xi overtime qed jittieħdu passi biex l-overtime dovut jitħallas sa l-aħħar tas-sena.
Leg 10 PQ #7951 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tindif ta' bajjiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid bajja bajja, min għandu l-kuntratt biex inaddafha u f'kull każ kemm tħallas s'issa kull kuntrattur tat-tindif bajja bajja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant. Irrid ngħid li dan il-ħlas hu għal makkinarju li jintuża biex jitnaddfu il-bajjiet u biex jinġarr l-iskart miġbur minn fuq il-bajjiet mill-beach cleaners tad-Dipartiment tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #7952 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tkabbir tat-tadam fis-serer

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar xhur kellhiex laqgħat ma' imprendituri Taljani dwar proġetti tat-tkabbir tat-tadam fis-serer f'Għawdex u fejn wasal dan il-proġett u jekk hemmx xi problemi partikolari biex dan il-proġett iseħħ u x'inhuma dawn il-problemi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret laqgha ta' introduzzjoni ma' imprendituri Taljani li talbu informazzjoni dwar il-possibilita' ta' tkabbir tat-tadam fis-serer. Ma hemm l-ebda problema partikolari sabiex isehh dan il-progett kemm-il darba l-imprendituri jiddeciedu li jridu jwettquh u jsegwu l-proceduri necessarji.
Leg 10 PQ #7953 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fondi mill-UE

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema oqsma u fuq liema proġetti se jintnefqu l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sallum issottomettew tletin applikazzjoni għall-proġetti li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Taħt il-Fond ta' Pre-adiżjoni l-Ministeru ssottometta sitt applikazzjonijiet u dawn kollha ġew approvati. Tmien applikazzjonijiet għall-proġetti saru taħt il-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali li minnhom s'issa ġew approvati erbgħa u l-erbgħa l-oħra qegħdin għall-kunsiderazzjoni tal-gvern. Erba' applikazzjonijiet saru taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Dawn kollha ġew approvati. Applikazzjoni waħda saret taħt il-Fond ta' Koeżjoni li qiegħda għall-kunsiderazzjoni tal-gvern. Tliet applikazzjonijiet saru taħt l-EEA/Norway Fund. Dawn qegħdin għall-kunsiderazzjoni tal-gvern. Il-Ministeru għal Għawdex ssottometta ukoll seba' applikazzjonijiet taħt il-Faċilita' ta' Tranżizzjoni iżda dawn ma ġewx approvati. Taħt il-Fond ta' Solidarjeta' il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni li ġiet approvata. Irrid ngħid li l-Ministeru kien irnexxielu jġib il-fondi Ewropej għall-proġett tat-Trattament tad-Drenaġġ, l-uniku proġett infrastrutturali li għalih Malta ngħatat għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea taħt il-fond ta' Pre-adiżjoni.

San Ġiljan — Triq il-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmac il-bqija tat-Triq il-Mensija f'San Ġiljan li tinsab in-naħa ta' ġewwa taħt il-Pont Reġjonali fejn qed jgħixu fi tbatija għadd ta' familji minħabba t-triq maqlugħa, l-iżjed familja li għandha tifel diżabbli u li l-vann ta' l-iskola qed tirrifjuta li tidħol għalih minħabba t-triq maqlugħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qegħda tfassal programm ta' xogħolijiet mall-pajjiż kollu u filwaqt, fil-preżent għaddej xogħol ieħor estensiv f'San Ġiljan. Ix-xogħol biex titwessa it-triq isir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita sejrin immorru jagħmlu survey ta' l-area.