Jista' il-Ministru jara li l-awtorita' Maltija tat-turiżmu tagħmel studju tar-riżorsi umani fl-industrija tat-turiżmu f'Malta u f'Għawdex fil-livelli kollha, x'inhuma l-ħiliet li għandhom in-nies tagħna u fejn hemm defiċjenzi f'dawn il-ħiliet biex jiġu indirizzati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu tagħmel numru ta' studji fuq aspetti differenti ta' riżorsi umani fl-industrija tat-turiżmu.
Bħalissa, l-Awtorita` għat-Turiżmu qed tagħmel studju dwar il-ħiliet, kapaċitajiet u l-kompetenzi tan-nies li jaħdmu fil-lukandi u r-ristoranti f'Malta u Għawdex. L-iskop ta' dan l-istudju hu:
1) li nsiru nafu l-possibilajiet ta' nuqqas ta' kompetenza fost dawk li qed iffitxu x-xogħol u li jistgħu jiġu mpjegati (skill shortages) kif ukoll in-nuqqas ta' kompetenza fost il-ħaddiema attwali (skill gaps). L-istudju jara ukoll il-bżonnijiet ta' taħriġ għall-impjegati fl-industrija tat-turiżmu;
2) it-tieni parti ta' l-istudju tiffoka fuq in-numru ta' ħaddiema lli l-industrija tat-turiżmu sa jkollha bżonn fil-ħames snin li ġejjin (2004-2008).
Parti mill-fondi ta' dan il-proġett kienu allokati minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport għandu joħroġ fl-ewwel tliet xhur tas-sena li ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid x'kordinazzjoni teżisti bejn l-istitut għall-istudji turistiċi, l-awtorita' Maltija tat-turiżmu u l-universita' biex jaħdmu flimkien ħalli jtejbu l-kwalita' tal-ħiliet tal-persuni li jaħdmu fit-turiżmu? Jista' jagħti eżempji konkreti ta' koperazzjon flimkien minn dawn l-entitajiet pubbliċi għall-ġid tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-ko-ordinazzjoni li teżisti bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu tikkonsisti f'liaison sabiex jiġu milqugħa l-ħtiġijiet ta' taħriġ fis-settur turistiku. Xi wħud minn dawn l-inizjattivi jinkludu t-Tourism Competence Guidelines bl-għan li jitjiebu s-service standards fis-settur turistiku.
Inizjattiva oħra tinkludi l-programm TIPS (Tourism Induction for Professional Service), li huwa mmirat sabiex dawk kollha li jidħlu fl-industrija tat-turiżmu ikunu preparati biex jilqgħu l-ħtiġijiet tat-turist.
Barra minn hekk, l-Awtorita' ittella programm ieħor bl-involviment ta' l-ITS. Dan iħares lejn il-promozzjoni tal-karrieri fis-settur turistiku fl-iskejjel sekondarji.
Ma' l-Universita, il-BA Tourism Course huwa parzjalment sponsorjat mill-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu.
Ma' l-Universita, isir ukoll il-programm ta' tagħrif u taħriġ immirat għat-tourism frontliners taħt it-titlu "Malta, Int u t-Turist".
Diversi ħaddiema professjonali fi ħdan l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu jagħtu lectures fuq it-turiżmu lill-istudenti universitarji, kif ukoll tutoring u supervision fuq it-teżijiet.
Dan l-aħħar ġie introdot seminar taħt it-titlu "Bridging the Gap". L-għan tiegħu huwa li jagħti t-tagħrif lill-istudenti universitarji dwar it-turiżmu, sabiex jifhmu aktar id-differenza bejn it-teorija u d-dinja tax-xogħol. Dan is-seminar ġie milqugħ tajjeb ħafna u hemm il-ħsieb li dan isir regolarment.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'kollox li fl-aħħar erbgħa snin ġew dijanjosati bħala AD/HD mis-CDAU? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien u x'etajiet differenti huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-aħħar erba' snin il-każijiet ġodda ta' ADHD fiċ-Child Guidance Clinic kienu kif ġej:
Bniet
Subien
2001
6
33
2002
8
18
2003
10
44
2004
2
33
Minħabba li n-numri huma zgħar, tqassim bl-eta' jista' jagħti lok li pazjenti jiġu identifikati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8186 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid x'passi qed jieħu biex fl-għoti ta' permessi biex vapuri tal-gwerra jżuru pajjiżna għas-sena d-dieħla, tingħata kunsiderazzjoni lill-wasla fostna ta' vapuri tal-passiġġieri biex dawn ta' l-aħħar jingħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-gwerra u ma jibqax ikollna każi fejn vapuri tal-gwerra jorbtu fl-aħjar postijiet waqt li tal-passiġġieri jintbagħtu f'postijiet mhux adattati u li jagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru biex Malta ssir ċentru ta' żjajjar ta' vapuri tal-passiġġieri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorita` Marittima kif ukoll l-operatur tat-terminal tal-passiġġieri, VISET, dejjem ikkordinaw l-operat tagħhom sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza li tista' tinħoloq meta mall-mollijiet tal-passiġġieri ma jkunx hemm spazju biżżejjed sabiex joqgħodu kemm vapuri tal-passiġġieri kif ukoll dawk tal-gwerra.
Meta vapur tal-passiġġieri jkollu jsorġi ma' moll li normalment jintuża għall-vapuri tal-merkanzija dejjem saru l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-moll jitnaddaf, tiżdied is-sigurta u jsiru arranġamenti għat-trasport tal-passiġġieri. Dan dejjem kien għas-sodisfazzjon ta' l-operaturi tal-vapuri tal-passiġġieri.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8234 u cioe' jista' jgħid x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ issa li l-istabiliment fejn jaħdmu se jagħlaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati? X'tip ta' ftehim se jsir magħhom dwar l-impjieg preżenti tagħhom? Kif se jitħares l-impjieg tagħhom wara li Ħal Ferħ jagħlaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ġejt mgħarraf li fiż-żewġ laqgħat li l-Management ta' Ħal-Ferħ kellu mal-GWU, il-Union ġiet infurmata li l-ħaddiema ħa jibqgħu fuq il-kotba ta' Ħal-Ferħ u għalkemm il-kumpanija m'hiex se topera s-sajf li ġej il-ħaddiema ħa jingħataw l-leave akkumulat fix-xitwa u mbagħad jirrapurtaw għax-xogħol bħas-soltu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8189 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li għas-sena d-dieħla hemm prospetti tajbin għal żjajjar fil-Port il-Kbir ta' vapuri tal-passiġġieri, tant li f'ċerti jiem se jkun diffiċli jinstab post fejn jitrakkaw, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex f'dawk il-jiem il-problema ma ssirx iżjed akuta b'xi żjajjar fostna ta' vapuri tal-gwerra li mhijiex l-ewwel darba li ngħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-passiġġieri fl-użu tal-faċilitajiet tal-Port il-Kbir?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8235 u cioe' jista' jgħid fiex waslu t-trattattivi biex Ħal Ferħ jgħaddi għand kumpannija privata? Kemm hemm kumpanniji privati interessati f'Ħal Ferħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija li għamiltlu xhur ilu u li baqgħet bla mwieġba, jiġifieri fl-aħħar erba' snin kemm kien hemm tfal li ġew assessjati mis-CDAU u nstab li għandhom il-kundizzjoni AD/HD
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tad-domanda numru 6240 tas-Seduta numru 179.
Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex għal matul diversi jiem f'nofs Ottubru kien hemm ħruġ qawwi ta' drenaġġ fit-triq li tieħu lejn il-bajja ta' San Ġorġ mis-Swieqi għal San Ġiljan, inħawi mimlija ristoranti u lukandi u fejn jinġemgħu ħafna nies lokali u barranin? Kemm damu ma saru t-tiswijiet meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li peress illi fl-inħawi msemmija hemm ħafna servizzi għaddejjin u peress illi d-drenaġġ kien ħiereġ mill-culvert tal-Maltacom, kien diffiċili biex jiġi identifikat fejn kienet il-problema.
Fil-fatt instab illi kien hemm sadd fil-mejn tad-drenaġġ fi Swieqi Road u d-drenaġġ beda jgħaddi għal ġo service trench tal-Maltacom u joħroġ minn ġo inspection box li hemm faċċata l-Intercontinental Hotel.
Wara tindif u anke survey bis-CCTV, issa dan il-ħruġ ta' drenaġġ waqaf u ttieħdu prekawzjonijiet biex ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' dan l-iżbroff ta' drenaġġ.
Jista' il-Ministru jgħid sena b'sena kemm għalqu u kemm fetħu lukandi u ta' liema kategorija u x'numru ta' sodod kellhom f'Malta u f'Għawdex fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' lukandi li għalqu u li fetħu bejn is-snin 2000 u 2004 huwa kif ġej:
2000
Għalqu 3 lukandi, tnejn ta' tliet stilel (443 sodod) u waħda ta' żewġ stilel (150 sodod). Fetħu 2 lukandi, it-tnejn ta' erba' stilel (482 sodod).
2001
Għalqu 6 lukandi, tnejn ta' tliet stilel (198 sodod) u erbgħa ta' żewġ stilel (387 sodod). Fetħu 3 lukandi, tnejn ta' erba' stilel (982 sodod) u waħda ta' tliet stilel (56 sodod).
2002
Għalqu 5 lukandi, kollha ta' tliet stilel (1236 sodod). Fetħu 3 lukandi, kollha ta' erba' stilel (589 sodod).
2003
Għalqu 6 lukandi, tnejn ta' erba' stilel (526 sodod), tnejn ta' tliet stilel (202 sodod) u tnejn ta' żewġ stilel (135 sodod). Fetħu 3 lukandi, waħda ta' ħames stilel (902 sodod) u tnejn ta' tliet stilel (324 sodod).
2004
Għalqu 4 lukandi, waħda ta' erba' stilel (80 sodod) u tlieta ta' tliet stilel (304 sodod). Fetħet lukanda waħda ta' erba stilel (88 sodod).
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7957 u cioe' jgħid matul l-aħħar sena kemm kien hemm ħaddiema ta' l-Air Malta li telqu minn mal-kumpannija u mhux irtiraw biż-żmien? F'liema oqsma telqu f'kull każ? Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-ewwel t'Ottubru 2003 in-numru ta' ħaddiema tal-Air Malta li telqu kienu ta' sitta u tmenin (86) li jikkonsistu -
Tlieta u sebgħin (73) minnhom ibbenifikaw mill-iskema tal-Boarding Out li qiegħda fil-ftehim kollettiv.
Sitta (6) irriżenjaw.
Erba' (4) utilliżżaw l-iskema tal-Early Retirement.
Tlieta (3) mietu.
Kif wieħed jista jara minn numru ta' hawn fuq il-ħaddiema kienu minn kull oqsma ta' xogħol, jigifieri -
Ħdax (11) il-persuna kienu jokkupaw grad eżekuttiv.
Disa' u tletin (39) kienu klerikali.
Tlieta u għoxrin (23) industrijali li l-parti l-kbira minnhom kienu ħaddiema tar-Rampa.
Sitt (6) persuni li rriżenjaw huma tlett Piloti, Skrivan, Engineer u Stewardess.
Tlett (3) Group Heads u Head (1) ibbenifikaw mill-iskema tal-Early Retirement.
Tlieta mietu.
Matul l-istess perjodu ta' żmien il-Kumpanija mpjegat sitt (6) Trainee Technicians u Chief Officer H.R. & Corporate Services fil-livell ta' Top Management.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7955 u cioe' jgħid jekk għal din is-sena t-tarzna hux se jkollha biżżejjed flus biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema tagħha jew il-gvern hux se jkollu jgħaddilha iżjed flus biex ikollha mnejn tħallas il-pagi kollha tal-ħaddiema? Fil-każ li iva, kemm se jkollu jgħaddilha iżjed flus sa l-aħħar tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 7956 u cioe' jgħid x'servizz ta' trasport bl-ajru hemm maħsub li jibda jopera bejn Malta u Għawdex wara li jieqaf is-servizz bil-helicopter ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 7956.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-isforzi tal-gvern biex il-European Tourism forum li jsir fi ħdan l-Unjoni Ewropea jiġi organizzat f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-European Tourism Forum għas-sena 2005 huwa pjanat li jsir fir-Renju Unit peress li dak il-pajjiż, fit-tieni nofs tas-sena, se jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Peress illi din is-sena l-Olanda, li kellha d-dritt torganizza l-Forum, ċedietu lill-Ungerija, aħna ħassejna li stajna nagħmlu talba simili lir-Renju Unit.
Fil-fatt aħna diġa` avviċinajna uffiċjali tad-Department of Culture, Media and Sport ta' dak il-pajjiż iżda, peress li t-turiżmu fir-Renju Unit huwa wkoll suġġett għall-Gvernijiet devoluti ta' dak il-pajjiż, il-proċess ta' konsultazzjoni min-naħa tagħhom qed jieħu ċertu żmien.
Peress li għas-sena d-dieħla hemm prospetti tajbin għal żjajjar fil-Port il-Kbir ta' vapuri tal-passiġġieri, tant li f'ċerti jiem se jkun diffiċli jinstab post fejn jitrakkaw, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex f'dawk il-jiem il-problema ma ssirx iżjed akuta b'xi żjajjar fostna ta' vapuri tal-gwerra li mhijiex l-ewwel darba li ngħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-passiġġieri fl-użu tal-faċilitajiet tal-Port il-Kbir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob l-Onororevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru koncernat.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-pensjonant, li ismu qed jintbagħat separatament mhux qed tingħatalu ż-żieda dovuta lilu fil-pensjoni skond il-ftehim kollettiv tal-kumpannija Cargo Handling li magħha kien jaħdem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ ir-residenzi li baqa' fl-inħawi ta' Briguma, in-Naxxar, li mhumiex imqabbdin mas-servizz nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ biex jiġu mqabbda r-residenzi li baqa' mingħajr sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Birguma, miexi. It-tender biex jinxtraw il-pompi u trinek u tqegħid ta' mains, dalwaqt joħroġ.