Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi azzjoni ndustrijali fir-residenza San Vincenz de Paule? X'inhuma r-raġunijiet? Kif qed taffettwa l-indafa tas-swali ta' l-anzjani? Kemm ilhom ma jitnaddfu u jinżammu b'mod diċenti s-swali ta' l-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m'hemm l-ebda azzjoni industrijali fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Persuni li għandhom permess joperaw taxi

Question

Jista' il-Ministr jirrispondi mistoqsija parlamentari 9958 u cioe' jista' jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-permess joperaw taxi f'pajjiżna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9958.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9952 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies temporanji fl-Air Malta? a) f'liema dipartimenti qegħdin? b) kemm ilhom impjegati mal-kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Fl-Air Malta hemm 36 impjegati li huma fuq bażi temporanja mxerdin ma' kull dipartiment tal-kumpanija. Dawn huma mqassmin kif ġej: 6 Sales Department 8 Finance Department 9 Passenger Handling 3 Human Resources 3 Corporate Affairs 2 Ground Handling Persuna waħda f'kull dipartiment kif ġej: Operations & Maintenance Cargo Flight Services Operations Strategic Planning Minn fost dawn l-ħaddiema temporanji hemm 2 li ilhom impjegati sa mill-1999; 20 daħlu fis-sena 2001; u 14 li daħla fl-2002.

Sea Malta — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9953 u cioe' jista' jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Kemm kien hemm kumpanniji Maltin u mhux Maltin li wrew interess? Liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-waqt li l-proċess tal-privatiżżazzjoni tas-Sea Malta għadu għaddej, jifhem ukoll illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata biex ma jiġux ippreġudikati n-negozjati.

Gozo Channel — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9954 u cioe' jista' jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel? Kemm kien hemm kumpanniji Maltin u mhux Maltin li wrew interess? Liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa il-privatizazzjoni tal-Gozo Channel ma ġietx ikkunsidrata.

Bank of Valletta — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9955 u cioe' jista' jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-Bank of Valletta? Liema kumpanniji wrew interess s'issa u liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9955 ngħatat fis-Seduta Numru 223.

Taħditiet bejn l-Air Malta u l-Lufthansa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9956 u cioe' jista' jgħid x'inhuma t-taħditiet li għaddejjin bħalissa bejn l-Air Malta u l-Lufthansa?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali ma nħossx li jkun prudenti li nagħti dettalji dwar taħditiet li l-kumpanija Air Malta jista' jkollha ma' entitajiet oħra kummerċjali, f'dan il-każ il-Lufthansa.

Bank Ċentrali — Karigi fl-istrutturi ta' l-impjiegi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9957 u cioe' jista' jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali? Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kondizzjonijiet ġodda (salarji, allowances, fringe benefits ....) hemm marbuta magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bank of Valletta — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-Bank of Valletta? Liema kumpanniji wrew interess s'issa u liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġa ġie mħabbar fil-5 ta' Jannar 2005, Rothchilds SpA ġew appuntati bħala l-konsulenti għall-dan il-proċess. Il-proċess li jmiss hu li joħroġ "information memorandum".

Persuni li għandhom permess joperaw taxi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-permess joperaw taxi f'pajjiżna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ammont totali ta' taxis f'Malta huwa ta' 200 u t-total tas-sidien ta' dawn il-vetturi huwa ta' 154. L-ammont ta' taxis f'Għawdex huwa ta' 50 u t-total tas-sidien tagħhom huwa ta' 48. Dan ifisser li hemm sidien li għandhom aktar minn taxi waħda.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - se tieħu ż-żieda fil-pensjoni dovuta lilha skond il-ftehim kollettiv fejn kienet taħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Kumitat interministerjali dwar it-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid s'issa kemm-il darba ltaqa' il-kumitat interministerjali kkordinat minnu dwar it-turiżmu, min attenda f'din il-laqgħa, x'kienu l-punti mqajma waqt il-laqgħa u x'azzjoni ttieħdet dwarhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tħabbar fid-diskors tal-Budget għal din is-sena. Qegħdin fil-proċess li jitwaqqaf dan il-kumitat biex b’terms of reference preċiżi biex ikun żgur li jilħaq il-firxa sħiħa ta’ l-oqsma kollha li jaffetwaw it-turiżmu. L-ewwel laqgħa hi mistennija ssir fil-ġranet li ġejjin. Is-suġġetti għad-diskussjoni qed jiġu miġbura mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.

Ċensiment nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #10042 Sitting 223 2005-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Qasam turistiku — Eco-tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret miegħu dwar id-dħul ta' l-eco-taxes u l-impatt tagħhom fuq il-qasam turistiku? Xi studji saru ta' l-impatt ta' l-eco-taxes fuq il-qasam turistiku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan il-Gvern qiegħed l-ambjent bħala prijorità assoluta. Li jkollna livelli ambjentali għoljin mhuwiex biss importanti għalina li ngħixu f’dawn il-Gżejjer imma huwa essenzjali ukoll għas-settur turistiku. Sabiex nilħqu dawn il-livelli qegħdin indaħħlu u nippromwovu kultura u valuri ambjentali u miżuri fosthom il-polluter pays principle. Fit-tfassil ta’ dawn il-miżuri ttieħdu in konsiderazzjoni l-impatt fuq operaturi f’diversi oqsma inkluż dawk fil-qasam turistiku. Għalhekk ta’ min jgħid li, per eżempju, ċerti containers li jintużaw mil-lukandi qed jiġu eżentati mill-eko kontribuzzjoni. Il-ħsieb wara l-eko kontribuzzjoni huwa li sservi ta’ deterrent sabiex jitnaqqas l-użu ta’ materjali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ambjent. L-istrateġija tal-Gvern inkluż it-twettiq ta’ dawn il-miżuri kienet diskussa f’diversi livelli tal-Gvern li jien nifforma parti minnhom. Jien inżomm laqgħat regolari ma’ l-operaturi fis-settur u magħhom niddiskuti għadd ta’ miżuri, fosthom dawk ambjentali, u l-impatt tagħhom fuq is-settur. Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt ambjentali, l-iskop ta’ din il-miżura huwa bla dubju ta’ xejn li jkollna ambjent aħjar li lkoll nixtiequ għalina, għal ġenerazzjonijiet futuri tagħna u għan-nies li jiġu jżuruna. Dan żgur se jkun ta’ ġid għall-qasam turistiku.

Tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'kemm ġie kkalkolat li se jtejjeb il-produttivita' ekonomika u allura jservi ta' inċentiv għall-investiment it-tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema? B'liema metodu ta' riċerka ħarġet din il-konklużjoni? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.

Qasam ta' l-informatika — Dħul ta' l-eco-tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret miegħu dwar id-dħul ta' l-eco-taxes fuq il-qasam ta' l-informatika? Xi studju sar fuq l-impatt ta' dawn it-taxxi fuq il-qasam ta' l-informatika? Jista' ipoġġi kopja ta' l-istudji fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Eco contributions fil-qasam tal-informatika huma biss waħda mis-serje li jolqtu diversi setturi u nassigura lill-Onor. Interpellant li konsultazzjoni miegħi saret b'mod effettiv. Nieħu din l-okkażjoni ukoll biex jgħid li ma naqbilx mal-Oppożizzjoni li qalet li l-introduzzjoni ta' l-eco contributions ixejnu b'xi mod it-tkabbir tas-soċjeta tal-informazjoni jew hi kuntrarja jew kontradittorja għal-politika tal-Gvern f'dan il-qasam. Dan joħroġ mill-fatt illi l-politika ambjentali hi mportanti daqs il-politika favur l-IT u l'ftit żieda nvoluta fl-introduzzjoni tal-eco contributions hi altru minn kompensata mill-iskonti 'l-kbar li l-Gvern ġab għall-poplu Malti permezz ta' l-allejanzi strateġiċi li qed nagħmlu.

Garaxxijiet — Taxis

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom permess ta' garaxxijiet li jżommu taxis ġo fihom? F'kull każ, x'inhu n-numru ta' taxis li jżommu f'kull garaxx? Kemm hemm persuni li jżommu taxi waħda f'garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li filwaqt li sidien ta' vetturi self-drive u/jew garage hire irid ikollhom garaxx minn fejn joperaw, jiġifieri garaxx għas-servizz pubbliku, sidien ta' taxis ma għandhomx bżonn li jkollhom garaxx.

Speed cameras

Question

Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm hawn speed cameras imwaħħlin mal-pajjiż kollu? Min huma l-kumpanniji li pprovdew dawn l-ispeed cameras? B'liema ħlas? Kemm kien hemm kumpanniji li oriġinarjament tefgħu offerta biex jipprovdu dawn l-ispeed cameras? Liema ntagħżlet u b'liema mod?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li s’issa twaħħlu 2 speed cameras mal-pajjiż kollu. Dawn l-ispeed cameras kienu pprovduti mill-kumpannija Guard and Warden Service House Ltd permezz ta’ tender maħruġ mill-Kumitati Kongunti LES ta’ Qormi, Birkirkara, Mosta u Sliema. Dan it-tender kien jinkorpora l-provvista ta’ servizzi ta’ Gwardjani Lokali, CCTVs, towing and clamping u speed cameras. Għal dan it-tender kienu tefgħu l-offerta tagħhom il-Guard and Warden Service House Ltd u l-Aurelia Asset Protection Ltd. Minn dawn it-tnejn, il-Kumitati Kongunti għażlu, b’mod unanimu, il-Guard and Warden Service House Ltd peress li l-offerta tagħhom kienu l-aktar waħda vantaggjuza kemm mill-aspett finanzjarju kif ukoll minħabba l-esperjenza u l-ammont ta’ riżorsi tal-kumpannija magħżula. Ninsab ukoll infurmat li fil-każ ta' l-ispeed cameras ta' San Ġiljan fis-6 ta' Lulju 2004, taħt tender li kien ħareġ fi Frar 2000, sar ftehim bejn il-Kumitat Konġunt Sliema u l-Guard and Warden Service House Ltd għal servizzi addizjonali ta' infurzar sal-aħħar ta' Jannar 2005. Peress li t-tender ġiet maħruġa mill-Kumitati Kongunti msemmija, u peress li dawn jirraprezentaw numru ta’ Kunsilli Lokali li huma awtonomi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu dwar il-ħlas tat-tender magħżula lill-imsemmija Kumitati Konġunti.