Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar is-sistema tal-PISCES li hija stallata ma' border entries f'Malta:
1. Fejn qiegħda stallata l-PISCES u fejn bdiet tiffunzjona?
2. X'tip ta' informazzjoni tiġbor il-PISCES?
3. Jista' jikkonferma jekk il-PISCES tiġborx biometric data u x'tiġbor iżjed bħala tagħrif personali?
4. Jista' jikkonferma jekk il-PISCES diġa' bdietx tiġbor data fuq nies li daħlu u ħarġu minn Malta? Kemm hemm suġġetti tad-data fid-databases tal-PISCES?
5. Jista' jikkonferma jekk din l-informazzjoni hijiex qiegħda tiġi skambjata ma' pajjiżi oħra? Liema huma dawn il-pajjiżi?
6. Jista' jikkonferma jekk il-PISCES hijiex imqabbda ma' sistema ċentrali tas-C IA jew l-FBI, jew jekk l-informazzjoni tingħatax lil dawn iż-żewġ aġenziji Amerikani, jew kwalunkwe dipartiment tal-gvern Amerikan ieħor?
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-European toruism forum aktar tard din is-sena f'pajjiżna? Fejn waslu t-tħejjijiet fuqu? X'agenda se tiġi diskussa? Il-gvern se jieħu l-okkażjoni biex juża dan il-forum ħalli l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jibdew jirriflettu l-importanza tat-turiżmu fl-ekonomija Ewropea, peress li s'issa t-turiżmu mhuwiex jingħata l-importanza li tixraqlu fl-istituzzjonijiet u fil-politika ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-European Tourism Forum ser isir f'Ottubru 2005. Id-data eżatta għadha qed tiġi diskussa mal-Kumissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li tappunta Steering Group biex fost affarjiet oħra jiddeċiedi x'aġenda ser tiġi diskussa fil-Forum ta' Malta. Rappreżentant tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ser jagħmel parti minn dan l-iSteering Group, flimkien ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni, u oħrajn mis-settur privat Ewropew u min dak pubbliku.
Huwa maħsub li l-aġenda titrattta issues li jirriflettu l-importanza tat-turiżmu fi ħdan il-politika ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati wara l-ilmenti li twasslu lilu minn azzjoni meħuda minn operaturi fil-qasam tat-trasport fil-lejla tal-24 ta' Jannar 2005 waqt konferenza ta' l-Alcatel li saret f'pajjiżna, liema azzjoni ħalliet effett negattiv fuq dawk li ħadu sehem f'din il-konferenza li bħalha tant għandna bżonn f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Numru 10475 li hu stess għamel lill-Ministru ta’ Żvilupp Urban u Toroq.
Peress li hawn operaturi turistiċi lokali li mill-esperjenza tagħhom iħossu li l-karozzi antiki tal-linja huma attrazzjoni għat-turisti, jista' il-Ministru jgħid xi sforzi qed jagħmel il-ministeru ma' ministeri oħra biex insalvaw għadd ta' karozzi bħal dawn għall-użu turistiku?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Wieħed għandu japprezza l-fatt li numru ta' karozzi tal-linja antiki li ilhom snin twal jintużaw fis-servizz tal-karozzi tal-linja ma kienux għadhom f'kundizzjoni li jibqgħu jipprovdu servizz bla periklu għall-passiġġieri u kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li dawn jibdew jinbidlu f'vetturi ġodda li jkunu aċċessibli aktar għall-pubbliku in ġenerali. Dan ifisser li l-bidla kienet waħda meħtieġa l-ewwel nett minħabba s-sigurta` fit-toroq kif ukoll minħabba is-sigurta` kemm tal-passiġġieri li jagħmlu użu mis-servizz u kemm tax-xufiera li jaħdmu fih.
Fl-istess waqt, il-Gvern huwa wkoll konxju mill-fatt li dawn il-vetturi minnhom infushom jistgħu jkunu wkoll ta' attrazzjoni mhux biss għat-turisti iżda aktar minn hekk għall-ġenerazzjonijiet futuri f'pajjiżna. Għaldaqstant ninsab infurmat li kien deċiż li l-Awtorita` dwar it-Trasport se żżom l-aktar 12-il karozza tal-linja li jistgħu jipprovdu attrazzjoni biex 'il quddiem ikunu jistgħu jiġu esposti f'mużew għal ta' l-apposta.
Il-kumplament ta' dawn il-vetturi l-Awtorita` se tiddisponi minnhom permezz ta' sejħa għal offerti li għadha kemm ħarġet billi dawn il-vetturi jew jiġu esportati jew inkella, f'każ li ma jiġux esportati, jiġu skrapjati skond il-ftehim li kien sar fl-1995 bejn il-Gvern u l-Assoċazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
Tajjeb li jingħad ukoll li l-karozzi tal-linja antiki għadhom fis-servizz qegħdin jintużaw fuq is-servizz Visit Malta, li hu primarjament indirizzat lejn it-turisti. Dan is-servizz ikopri bosta postijiet storiċi u kulturali.
Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet dwar il-festival tal-korijiet li kellu jsir f'Novembru? Kemm kienu se jiġu korijiet? Fis-snin li għaddew kemm jaħsbu li ġġenerat turisti fostna din l-attivita' kull sena? U f'kull każ, x'kienet l-ispiża ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu biex ittella' dan il-festival?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li analizzat il-benefiċċji u l-ispejjeż relatati mal-Festival tal-Korijiet, l-Awtorità tat-Turizmu ta' Malta ddeċidiet li minn din is-sena ma tibqax torganizza hi dan il-festival.
Għalkemm dan il-festival żgur li kellu preġju, speċjalment mil-lat kulturali, l-M.T.A. tħoss li l-flus li kienet qed tonfoq għal din l-attività għandhom jiġu investiti f’oqsma oħra. Fl-istess ħin mhux qed ikun eskluż illi l-M.T.A. tgħin sa livell limitat xi entita` kulturali li tibda torganizza hi dan il-festival.
L-M.T.A. ma żżommx statistika ta’ kemm iġġenerat turisti din l-attività.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati dwar azzjoni meħuda minn operaturi fil-qasam tat-trasport fil-lejla tal-24 ta' Jannar 2005 waqt konferenza ta' l-Alcatel li saret f'pajjiżna matul, liema azzjoni ħalliet effett negattiv fuq din il-konferenza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport ħadet azzjoni kontra is-sidien tal-vetturi li operaw kontra il-liġi u allegatament għamlu xogħol mhux awtorizzat.
Għaldaqstant, 12-il sid ta’ xarabank ser ikunu imħarrka talli kisru ir-regolament numru 5 (2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.14 – Regolamenti dwar Servizzi skedati jew mhux skedati tat-Trasport Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi ġodda dwar x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ li l-istabbiliment fejn kienu jaħdmu għalaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma jiġux imxandra fil-pubbliku u jkunu wkoll aċċessibbli għas-settur turistiku l-istatistika tal-MIA li l-Ministru dan l-aħħar ikkwota dwar ivvjaġġar minn Malta għas-sena 2004 meta dawn il-figuri lanqas biss huma fuq il-website tal-MIA? Ma jarax l-importanza li statistika bħal din tkun f'idejn dawk li jaħdmu f'dan is-settur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-istatistika li għamilt riferenza għaliha qegħda diġà fuq il-website ta’ l-MIA. Fil-fatt jien kont ħadt din l-istatistika minn fuq il-website tagħhom: www.maltairport.com
Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Sponsorships
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il sponsorship (sħiħ jew parti minn kors) ħarġet mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) fis-snin 2003 u 2004 biex ħaddiema jistudjaw fuq livell universitarju bħala training?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Ministru jgħid b'kemm ġie kkalkolat li se jtejjeb il-produttivita' ekonomika u allura jservi ta' inċentiv għall-investiment it-tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema? B'liema metodu ta' riċerka ħarġet din il-konklużjoni? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li sar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Allavolja l-Gvern diġà esprima ruħu f’dan ir-rigward, naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li, f’dan l-istadju ta’ diskussjonijiet bejn il-partijiet involuti fuq dan is-suġġett, ma tkunx prudenza li jiġu ttratti dawn il-mistoqsijiet li żgur li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmilhom fl-interess nazzjonali.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li f'kull fiera ta' l-ivvjaġġar u t-turiżmu li l-MTA se tieħu sehem fihom ikun hemm spazju biżżejjed għall-parteċipanti privati minn Malta u Għawdex? Jista' jgħid jekk f'ċerti fieri l-ispazju mhux se jkun biżżejjed għal dawk kollha li xtaqu jieħdu sehem minn pajjiżna? Liema fieri huma dawn u x'passi ttieħdu biex dan in-nuqqas jiġi rimedjat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għall-fieri li għadna ma bbukjajniex l-ispażju għalihom, l-ażjendi privati tat-turiżmu qed jiġu mitluba jesprimu l-interess tagħhom li jipparteċipaw fuq l-istand ta’ Malta fil-fieri ndividwali, qabel ma l-Awtorita’ Maltija tikkommetti ruħha fuq id-daqs ta’ l-istand Malti. Dawn il-kumpaniji jiġu mitluba li jħallsu depositu fuq l-ammont totali tal-parteċipazzjoni u jintrabtu li jieħdu commitment. F’dan il-kaz, nippruvaw nakkomodaw lil kull azjenda li tkun interessata. Pero mhux dejjem hu possibli li nakkomodaw lil kullħadd speċjalment meta jkun hemm konkorrenza qawwija, minħabba il-fatt li nkunu marbutin b'kuntratti speċifici li mhux faċli toħroġ minnhom.
Din is-sena f’żewġ fieri partikolari d-domanda kienet ħafna akbar mill-ispazju li kien hemm ġa allokat mis-sena l-oħra. Dawn huma fieri speċjalizzati għall-organizzaturi tal-Konferenzi u Inċentivi. Vera li ma stajniex nakkomodaw lil kulħadd fuq l-istand ta’ Malta, pero appoġġjajna l-inizjattivi ta’ l-azzjendi privati b’dan il-mod:
i) CONFEX li ser issir f’Londra bejn il-15 u s-17 ta’ Frar
Id-daqs ta’ l-istand ta’ Malta huwa 20 metru kwadru
Barra l-mejda li l-MTA tokkupa ma’ l-Airmalta, hemm 3 mwejjed ohra li jakkomodaw 5 azzjendi privati tat-turiżmu
L-10 azzjendi li ma kienx hemm spazju għalihom fuq l-istand ta’ Malta, ingħaqdu bejniethom u rnexxielhom jibbukkjaw spazju ta’ 16 il-metru kwadru li jmissu ma’ l-istand ta’ Malta.
Huma ppreferew li l-istand tagħhom topera ndipendentement mill-istand ta’ Malta. L-MTA offriet u qed tinkludi d-dettalji ta’ dawn l-azzjendi f’kull promozzjoni li qed issir għal din il-fiera, daqs li kieku dawn l-azzjendi ser ikunu fuq l-istand ta’ Malta.
ii) IMEX li ser issir ġewwa Frankfurt bejn id-19 u l-21 ta’ April
Id-daqs ta’ l-istand ta’ Malta huwa 60 metru kwadru.
Barra l-mejda li l-MTA tokkupa ma’ l-Airmalta, hemm 8 mwejjed ohra li jakkomodaw 16-il azzjenda privata tat-turiżmu.
Għal dawk id-9 azzjendi li ma kienx hemm spazju għalihom fuq l-istand ta’ Malta, l-MTA issuġġeriet l-possibilita’ li tibbukkja 9 metri kwadri li jmissu ma’ l-istand ta’ Malta. B’hekk dawn l-azzjendi jkollhom post fejn jistgħu jiffissaw l-appuntamenti tagħhom. L-MTA offriet li tinkludi d-dettalji ta’ dawn l-azzjendi f’kull promozzjoni li ser issir għal din il-fiera, daqs li kieku dawn l-azzjendi ser ikunu fuq l-istand ta’ Malta.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu matul din is-sena biex turisti Ċiniżi jitħajru jiġu f'pajjiżna? Għaliex l-organizzaturi tal-Beijing Travel and Tourist Market 2005 għadhom ma ngħatawx risposta jekk Malta hix se tieħu sehem f'dik il-fiera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bħalissa qiegħed jiġi rivedut l-operat ta’ l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu fis-suq Ċiniż. Qed isiru laqgħat ma’ aġenziji kbar ta' l-ivjaġġar biex jiżdied ix-xogħol miċ-Ċina indirettament. Ma naħsbux illi s-sehem tagħna fil-fiera indikata hija daqshekk ta' importanza. Pero ħadna sehem f’dawn il-fieri ewlenin fejn l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu kellha stand:
CITM China International Travel Mart – Shanghai 25 – 28 November 2004
WTF – Shanghai 20 – 23 January 2005
L-Awtorita Maltija tat-Turiżmu ikkrejat:
Publikazzjonijiet promozjonali bil-lingwa Ciniza (Mandarin)
Website bil-lingwa Ciniza www.visitmalta.com/cn
Fix-xogħol normali illi jsir minn l-uffiċċju tagħna f’Beijing, l-MTA:
Tibni kuntatti ma operaturi Ċinizi u Maltin, u entitajiet governattivi
Tistieden Operaturi u Ġurnalisti għall-żjarat ta’ informazzjoni fil-gżejjer Maltin. Dan jiggenera interess ma’ l-Operaturi u bosta artikli fil-media lokali Ċiniża u stazzjonijiet televisivi
Tqassam Press Releases
Tipprova tiffaċilita l-applikazzjonijet għal Visas.
Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi konkreti se jittieħdu matul din is-sena biex jitjiebu l-faċilitajiet u l-attrazzjonijiet li għandna biex iżjed għaddasa jitħajru jiġu jgħoddsu fl-ibħra tagħna? Mill-50,000 iżjed persuni li l-gvern għandu l-mira jħajjar lejn pajjiżna, kemm minnhom huma maħsuba li jkunu għaddasa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li se jsir inventarju dettaljat li jinkludi l-istat ta' faċilitajiet u tal-attrazzjonijiet ta' taħt il-baħar. Dan se jsir biex jitjieb is-Settur tad-Diving.
Sadanittant ser inkomplu ntejbu l-aċċess għall-postijiet f'Malta u Għawdex li huma popolari ma' l-għaddasa.
Huwa stmat li 5% tal-50,000 turist iżjed li l-Gvern għandu l-mira li jħajjar iżuru pajjiżna ser ikunu għaddasa.
Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna lesta tagħti l-MTA lill-inizjattiva privata li dan l-aħħar xandret DVD dwar l-attrazzjonijiet għall-għaddasa fl-ibħra tagħna u li tixtieq tirreklama din l-inizjattiva fid-Diver magazine?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Head Office tal-MTA kien infurmat fuq il-produzzjoni ta' DVD li jiffoka fuq wreck diving fl-ibħra Maltin. Billi mal-uffiċċju tagħna f'Londra qedgħdin naħdmu fuq numru ta' inizzjattivi biex nippromwovu l-gżejjer tagħna bħala destinazzjoni għall-għaddasa bħalissa qegħdin nikkonsidraw il-proposti kollha. Waħda minn dawn il-proposti tagħti lil dan is-suq opportunita' idejali biex nippromwovu estensivament madwar l-Ingilterra kollha.
L-iskop tagħna huwa li nassistu lil kumpanija li qed tagħmel dan il-DVD, imma rridu nżommu f'moħħna cost effectiveness biex nassiguraw maximum coverage. Din il-kumpanija diga ħadet riklam ta' nofs pagna fuq Diver magazine biex jippromwovu id-DVD, L-uffiċċju ta' l-MTA fl-Londra ħa riklam ta' paġna sħiħa fuq l-istess magazine biex nippromwovu l-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni għall-għaddasa. Dawn iż-żewġ riklami ħa jidru fl-edizzjoni ta' Marzu ta' l-istess magazin, li taqa' fl-istess żmien tal-London Dive Show.
Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma beħsiebu jagħmel il-gvern matul din is-sena biex jippreżenta lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika separata? Mill-50,000 turist iżjed li l-gvern qed jimmira li jġib din is-sena, kemm minnhom huma maħsuba li se jibbukkjaw il-vaganzi tagħhom f'Għawdex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fl-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-eżerċizzju ta’ ristrutturar ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, il-Bord ta' l-Awtorita' għadu kif ħatar numru ta’ Segment Committees, fosthom wieħed għal Għawdex.
Dan il-Kumitat, immexxi minn Joe Muscat (Membru tal-Bord tal-MTA), ser ikun responsabbli biex jifformula strateġija għat-titjib tal-industrija turistika ta’ Għawdex kemm mill-lat ta’ Prodott, kif ukoll dak ta’ Promozzjoni u Marketing.
Madanakollu fl-istess ħin l- Awtorita' Maltija għat-Turiżmu tattiva numru ta’ inizzjattivi li jippromwovu lill-gżira Għawdxija:
Brochure
għall-Għawdex
Għajnuna lil Gozo Tourism Association. Il-GTA – T
he Island of Gozo
huma ko-eżibituri mal-MTA f’dawn il-fieri ewlenin (bla ħlas):
- World Travel Market, Londra
- ITB, Berlin
- BIT, Milan
- MITT, Moska
- Destinations, Londra
Taħdidiet ma’ operaturi ewlenin biex ibigħu programmi ta’ vaganzi f’Għawdex
Jintuża il-logo “Malta – Gozo – Comino”
Ritratti ta’ Għawdex murija waqt fieri ewlenin
Programm ta’ ġurnalisti u
crew
televiżivi matul is-sena. Uħud minn dawn jiġu biex jiktbu jew ixandru esklussivament fuq Għawdex
L-Awtorita' tippromwovi ukoll il-Festival Mediterraneana
Il-gżira ta’ Għawdex hija inkluża fis-sit www.visitmalta.com
Bosta artikli fuq Għawdex jinħargu fl-
e-newsletters
illi jiġu ippublikati mill-uffiċċji tal-MTA barra minn Malta
Features
fuq Għawdex fl-
online training websites
Fil-Ġermanja fil-passat l-Awtorita' nidiet
billboard campaign
fuq Għawdex
Huwa stmat li 5% tal-50,000 turist iżjed li l-Gvern għandu l-mira li jħajjar iżuru pajjizna jiġu għall-btala f’Għawdex, skond ma hi l-medja normali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-qosor fiex kienu jikkonsistu l-każi fejn ġie applikat nolle prosequi fl-għaxar snin li għaddew kif imsemmi fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8381? Min kienu l-partijiet involuti fil-każi li ġew imwaqqfa: korruzzjoni ta' uffiċjal pubbliku - 30.11.84; libell u difamazzjoni - 26.02.97; korruzzjoni u minorenni u arrest illegali - 25.05.99; arrest illegali u resistenza, attruppament illegali - 20.04.2000; ħruq u ħsarat?
Response (BORG, TONIO)
Nibda biex ngħid illi inġibditli l-attenzjoni illi fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8381, bi żvista, f'tlett każijiet, id-dati ġew traskritti mhux kif kien muri fuq id-draft oriġinali. Għalhekk it-Tweġiba korretta għal din il-Mistoqsija għandha tkun is-segwenti:-
Case
Date
Corruption of a public officer
25.05.99
Libel and defamation
06.04.01
Defilment of minors, rape and illegal arrest
30.11.94
Illegal arrest, assault and resistance, unlawful assembly etc
17.04.00
Wilful damage, assault and resistance, unlawful assemby etc
20.04.00
Arson and wilful damage
26.02.97
Involuntary homicide
12.02.03
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar il-każijiet li issa dwarhom qed issir l-interpellanza ta’ l-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Korruzzjoni ta’ uffiċjal pubbliku: Il-każ kien dak ta’ Pulizija vs xxxxx, data nolle prosequi 25/05/1999; il-proċess sofra ħsara kbira fi ħruq li ġara fil-bini tal-qorti bir-riżultat li ċertu atti essenzjali għall-preżentata tal-Att ta’ Akkuża ġew distrutti. Inoltre ma kienx qiegħed jiġi reġistrat progress fil-kumpilazzjoni minħabba l-istat ta’ saħħa prekarja tal-imputat u ċertifikati mediċi ripetuti.
Libell u diffamazzjoni: Il-każ kien dak ta’ Pulizija vs. xxxxx, data nolle prosequi 6th April 2001. Kien hemm 8 imputazzjonijiet taħt il-liġi ta’ l-istampa u taħt il-Kodiċi Kriminali. Peress li l-fatti fit-tlett imputazzjonijiet taħt il-Kodiċi Kriminali kienu l-istess ta’ dawk fi tlett imputazzjonijiet oħra taħt il-Liġi ta’ l-istampa dawn dawk tal-Kodiċi Kriminali ma setgħux iregu peress li saru bi printed matter. Mir-reati taħt il-liġi ta’ l-Istampa wieħed kien preskritt waqt li fit-tnejn l-oħra dak stampat kien ritenut mhux libelluż fiċ-ċirkostanzi tal-każ. Għar-rigward taż-żewġ reati l-oħra ma rriżultawx l-elementi tar-reati in kwistjoni apparti li kienet nieqsa l-korroborazzjoni skond il-liġi.
Korruzzjoni ta’ minorenni u arrest illegali: Il-każ kien dak ta’ Pulizija vs xxxxx, data nolle prosequi 30th November, 2004. Si trattava ta’ korruzjoni mill-missier fuq bintu minuri. Il-każ kien jistrih fuq ix-xhieda ta’ bintu li kienet rrappurtat il-każ lill-pulizija izda wara rrifjutat li tixhed u stqarret li dak kienet qalet lill-pulizija kien kollu gideb.
Arrest illegali, assault and resistance u attruppament: Il-każ kien dak ta’ Pulizija vs. xxxxx, data tan-nolle prosequi 17th April 2000. Dan kien każ marbut ma' inċidenti li kienu nqalgħu fl-ajruport. L-imputati kienu ingħataw maħfra Presidenzjali u għalhekk kellha toħroġ Nolle Prosequi.
Ħruq u ħsara volontarja: Il-każ kien dak ta’ Pulizija vs. xxxxx li kien jirrigwarda ħruq f’Lulju 1994 ġo fond f'Bormla. Il-każ kien jistrieħ fuq żewġ xhieda li għall-ewwel identifikaw lill-imputat iżda wara rtiraw ix-xhieda tagħhom waqt li l-imputat dejjem ċaħad l-involviment tiegħu.
F'din ir-risposta qed tingħata l-informazzjoni li tidher hawn fuq għar-rigward ta' kull każ iżda jidhirli li mhux prudenti u ma nħossx li għandhom jissemmew b'isimhom il-persuni involuti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid il-kunsilli lokali fuq liema nefqa li jagħmlu huma obbligati li jagħmlu sejħa pubblika għall-għoti ta' kuntratti mħallsa mill-fondi pubbliċi li jgħaddilhom dan il-Parlament?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li skond l-artikolu 39 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Lokali għandhom, għall-fini tal-qadi ta’ xi funzjonijiet dwar xi haġa li taqa taħt dan l-Att, joħorġu għall-kompetizzjoni kull waħda mill-funzjonijiet mogħtija lilhom kemm il-darba dawk il-funzjonijiet ma jkollhomx isiru minn xi wieħed mill-membri tal-Kunsilli stess, xi persuna impjegata minnhom, jew minn xi Kunsill ieħor li jkun ħareġ jew li jkun se joħroġ il-qadi ta’ dawk il-funzjonijiet għal kompetizzjoni.
L-artikolu imsemmi hawn fuq jipprovdi għal ċirkostanzi speċifiċi meta Kunsill jista’ ma jagħmilx sejħa pubblika jekk ix-xogħlijiet, oġġetti u servizzi jkunu ser isiru ma’ korp pubbliku, dipartiment tal-Gvern jew Kunsill Lokali ieħor.
Skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), 1993 (Avviż Legali 155 ta’ l-1993), il-Kunsilli Lokali huma obblligati wkoll li joħorġu offerta pubblika f’kull xiri ta’ xogħlijiet, oġġetti u servizzi, li jeċċedi l-elfejn lira jew ħamsa fil-mija mill-allokazzjoni finanzjarja ordinarja tagħhom, skond liema jkun l-inqas.