Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-pjan li kellu jfassal il-gvern biex pajjiżna jilħaq il-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona maqbula fis-sena 2000 biex sa ħames snin oħra l-Unjoni Ewropea ssir l-ekonomija l-iżjed kompetittiva' fid-dinja? Jista' ipoġġi fuq mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-pjan ta' pajjiżna biex iwettaq il-miri ta' Lisbona? Fiex wasalna fit-twettiq ta' dan il-pjan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9450 u 9721 u cioe' jgħid x'arranġamenti qed isiru mal-banek biex min għandu kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma jissellef mill-banek biex iħallas il-kontijiet? X'arranġamenti se jagħmlu l-banek ma' dawk il-persuni li jifilħu jħallsu biss sa ċertu livell għax jgħixu bl-assistenza soċjali biss?
Response (GATT, AUSTIN)
L-arranġamenti li saru mal-banek dwar il-ħlasijiet pendenti tad-dawl u l-ilma ma' jinvolvux self mill-banek. Meta u jekk isiru tali arranġamenti huma prerogattiva tal-banek flimkien ma' l-individwu.
Pero' ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-arranġamenti li kkonkludiet il-WSC mal-BoV u L-HSBC jinkludu l-ħlas permezz ta' 'standing order'. Ngħid ukoll illi hemm żewġ alternattivi għall-ħlas ta' arretrati: ħlas mqassam fuq sitt xhur b'interessi ta' 4 fil-mija u l-oħra ħlas mqassam fuq sena b'interess ta' 8 fil-mija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġà beda x-xogħol preparattiv biex jittieħed ċensiment. Huwa kmieni biex wieħed jagħti stima ta’ kemm ser jiswa f’dan l-istadju. Id-data meta jittieħed iċ-ċensiment għad trid tiġi deċiża. It-tagħrif dwar liema oqsma tal-ħajja se jkopri qegħdin jiġu definiti u fuqhom bdew ukoll diskussjonijiet ma’ l-Oppożizzjoni.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10041 u cioe' jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10041.
Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10041 u 10201 u cioe' jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10041.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10477 u cioe' jgħid jekk hemmx xi żviluppi ġodda dwar x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ li l-istabbiliment fejn kienu jaħdmu għalaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli membru għandu jinnota li l-ħaddiema ta' Ħal-Ferh huma koperti bi ftehmin Industrijali li ġie estiż sa 31/12/05.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10478 u cioe'jgħid fiex waslu t-trattattivi biex Ħal Ferħ jgħaddi għand kumpannija privata? Kemm hemm kumpanniji privati nteressati f'Ħal Ferħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għadha ma' ħarġitx ebda sejħa għall-offerti.
Dwar il-provi li qed isiru għas-servizz tad-digital terrestrial television f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet u xi żmien ingħataw biex jagħmlu dawn il-provi? Jista' jgħid jekk dawn is-service providers li qed jagħmlu trials fuq id-digital terrestrial ingħatawx l-istess kondizzjonijiet u tul ta' trials daqs id-ditta Multiplus?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-MEPA biex tħares l-ambjent naturali u l-wirt storiku li hemm fl-inħawi ta' l-Imġarr u żgur jinqered jekk taċċetta l-applikazzjoni - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li dwarha qed joġġezzjonaw il-ġirien u l-kunsill lokali ta' l-Imġarr?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tiġi deċiża a bażi tal-policies kollha relattivi.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10523 u cioe' jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-gvern biex iħares l-interessi ta' pajjiżna fix-xhur li ġejjin issa li qed jitfasslu l-financial perspectives ta' l-Unjoni Ewropea 2007-2013, bl-istatistika bħalissa turi li l-GDP ta' pajjiżna huwa 75.9% tal-medja Ewropea u allura ma nikkwalifikawx iżjed għall-fondi taħt Objective 1?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġà ntqal f’diversi fora, l-Gvern ma jistax jaċċetta li Malta ma tibqax titqies li tikkwalifika kompletament bħala reġjun Convergence (Objective 1) sempliċiment għax minħabba l-‘effett statistiku’ l-GDP tagħha kellu jogħla aktar minn 75% tal-medja tal-25 pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Din ser tibqa’ l-pożizzjoni tal-Gvern Malti waqt in-negozjati li qed isiru fl-Unjoni Ewropea fuq il-Perspettivi Finanzjarji.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-korporazzjoni Enemalta milli twaħħal l-arloġġ tad-dawl fil-post - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għal servizz ta' l-elettriku reġistrati pendenti fi Triq Sruġ, Xagħra Għawdex. B'dana kollu ngħarraf lill-Onor Interpellant li jista' jsir kuntatt mal-Customer Care ta' l- Enemalta ħalli wieħed jeżamina sew il-każ.
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, sena b'sena, it-tagħrif għal bejn l-1985 u l-2004:
tad-dħul rikorrenti tal-gvern;
tal-ħruġ rikorrenti tal-gvern;
tad-dħul straordinarju tal-gvern;
ta' l-infiq kapitali;
tad-deficit strutturali; u
tad-dejn tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni kollha tinsab fir-Rapport Finanzjarju Annwali maħruġ mit-Teżor f’Ġunju ta’ kull sena.
S’intendi, għas-sena 2004, it-Teżor, bħal issa, qed jagħlaq il-kotba biex il-kontijiet jiġu awditjati u r-Rapport Annwali jiġi ppubblikat skond ir-Regolamenti Finanzjarji.
Bank Ċentrali — Karigi fl-istrutturi ta' l-impjiegi
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali? Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kondizzjonijiet ġodda (salarji, allowances, fringe benefits ....) hemm marbuta magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nħolqu l-ebda karigi ġodda fl-istruttura ta’ l-impjiegi tal-Bank Ċentrali.
Kien hemm biss tibdil fl-isem ta’ l-għola grad fil-Bank biex tirrifletti l-funzjoni ta’ dawk il-karigi b’mod aktar preċiż. Ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet jew remunerazzjoni ta’ dawn l-impjegati.
Bank Ċentrali — Karigi fl-istrutturi ta' l-impjiegi
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9957 u cioe' jista' jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali? Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kondizzjonijiet ġodda (salarji, allowances, fringe benefits ....) hemm marbuta magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9957.
B'referenza għat-tweġiba tiegħek għall-mistoqsija parlamentari 10087, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min kien involut ma' l-uffiċjal pubbliku li l-każ tiegħu jġib id-data tal-25.05.99 li ma tkompliex minħabba s-saħħa ta' l-akkużat, il-każi tal-libell u difamazzjoni tal-każi bid-data 06.04.01 u l-każ ta' wilful damage, assault u resistance u unlawful assembly bid-data tal-20.04.00? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika f'dawn il-każi? Ma jaħsibx li huwa fl-interess pubbliku li jkunu magħrufa l-akkużati f'dawn il-każi?
Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - anzjan li jgħix waħdu f'bini substandard se jingħata l-għajnuna li applika għaliha biex jirranġawlu l-bieb tal-bitħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tipproċessa l-applikazzjoni għall-għajnuna taħt Skema 5, billi tivverifika l-informazzjoni mogħtija mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Hekk kif tiġi verifikata din l-informazzjoni l-persuna konċernata tiġi nfurmata direttament mill-Awtorita' dwar l-ammont ta' flus li ser tingħata.
Aġenzija Sedqa — Programmi dwar id-droga u l-alkoħol fl-iskejjel
Question
Tista' il-Ministru tgħid matul din is-sena x'inhi tagħmel l-aġenzija Sedqa biex twassal il-messaġġ tagħha fuq droga u alkoħol fl-iskejjel kemm dawk ta' l-istat kif ukoll dawk tal-knisja u indipendenti? Hemm xi programmi partikolari għal skejjel speċifiċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10041 u 10201 u cioe' jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.