Fid-dawl li l-aħħar statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika dwar il-qgħad taw dawn il-figuri:
Nov.2004 Dec.2004 Jan.2005
Part 1 7353 7390 7409
Part 2 772 713 771
Total registering (1 and 2) 8125 8103 8180
New registrands under part 1 during ---- 1342 1741
the month
Kif wieħed jispjega li f'Novembru 2004 kien hemm 8,125 qegħda, kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda 3,083 (1342+1741) bejn Diċembru u Jannar u dawk qegħda jibqgħu 8,180 f'Jannar? Jikkonferma li madwar 3,028 ma baqgħux jirreġistraw? Jistgħu jiġu spjegati dawn il-figuri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-NSO jaħdem l-istatistika tal-qgħad billi mal-figura tal-qgħad tax-xahar n tiżdied il-figura ta’ dawk li bdew jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar n + 1 u minn dan it-total jitnaqqas l-ammont ta’ nies li bdew jaħdmu jew li ma baqgħux jirreġistraw fix-xahar n + 1.
Mela biex naħdmu fuq figuri attwali għal nies li kienu qed jirreġistraw f’Part 1, irridu naħdmu hekk:
DIĊEMBRU 2004
Nies qegħda f’Novembru 20047353
Numru li żdied f’Diċembru 20041382
Total8735
Ġew impjegati jew ma baqgħux jirreġistraw f’Diċembru 2004(1345)
Nies qegħda f’Diċembru 20047390
JANNAR 2005
Nies qegħda f’Diċembru 20047390
Numru li żdied f’Jannar 20051741
Total9131
Ġew impjegati jew ma baqgħux jirreġistraw f’Jannar 2005(1722)
Nies qegħda f’Jannar 20057409
It-tfal tal-klassi 5A ta' l-iskola primarja ta' Birżebbuġa meta se jingħataw għalliem regolari u mhux supply teacher kif għandhom bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Supply Teacher intbagħtet fit-28 ta' Frar 2005 biex tieħu ħsieb post għalliem li se joħroġ bil-pre-retirement leave fl-14 ta' Marzu 2005.
Informat ukoll li din is-Supply Teacher intbagħtet qabel biex l-bidla ta' l-għalliem ma tkunx f'daqqa. Billi l-lista ta' l-għalliema regolari ġiet eżawrita mhux possibli li jintbagħat għalliem/a regolari.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata l-linja ta' Triq il-Ġdida fi Triq il-Wied ta' Ruman fil-Mellieħa u din il-linja tiġi ndikata b'mod ċar lir-residenti u lil min qed jibni fl-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi r-responsabilta tal-għoti tal-linja u l-livelli f'toroq residenzjali hi tal-MEPA. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Djar — Appartament tal-gvern - bdil ta' membrane tal-bejt
Question
Lill-persuna li tgħix mal-familja tagħha - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jista' jinbidlilha l-membrane tal-bejt tagħha peress li qed jidħol l-ilma u jagħmlilha ħsarat estensivi fil-bini tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid meta t-tifel - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - se jiġi assessjat u jingħata l-għajnuna meħtieġa peress li ilu jistenna erba' snin biex jiġi assessjat u megħjun u kull ġurnata li tgħaddi żżidlu l-problemi u b'hekk forsi ma jibqax jaqa' lura fl-edukazzjoni tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Istatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni reġistrata għan-nom ta' dan it-tifel. Meta tintbgħat referral flimkien ma' dokumenti mediċi, il-board jibda il-proċess minnufih.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10711 u 11175 u cioe' jgħid x'kien il-prodott gross domestiku ta' pajjiżna fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 u jispjega x'ikkontribwixxa biex kull sena tela' jew niżel? F'liema qasam tela' u niżel? Jista' jagħti mill-1999 sas-sena 2002 x'kien il-GDP ta' Malta meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta’ pajjiżna, ibbażat fuq is-sistema Ewropea (ESA95), beda jinħadem mis-sena 2000 ’l hawn. Għaldaqstant figuri ta’ l-1999 b’dis-sistema għad m’hemmx. Għalhekk il-GDP huwa kif ġej (f’miljuni ta’ Liri Maltin):
2000
1,668.1
2001
1,694.3
2002
1,741.6
Iż-żidiet fl-2001 u fl-2002 kienu dovuti l-iktar għaż-żidiet fis-settur ta’ servizzi oħra, inkluż servizzi governattivi, kif ġej (f’miljuni ta’ Liri Maltin):
2000
2001
2002
Agrikoltura u sajd
35.0
39.4
39.8
Industrija, inkluż l-enerġija
393.9
343.8
351.1
Kostruzzjoni
60.1
68.2
70.5
Wholesale/Retail Trade
,
Lukandi u Ristoranti, u
Trasport u Komunikazzjoni
450.5
454.9
440.2
Servizzi finanzjarji
249.2
258.9
262.4
Servizzi oħra
337.7
374.0
398.5
Financial Intermediary Services Indirectly Measured (FISIM)
(51.1)
(54.9)
(54.1)
Value added, gross
1,471.4
1,484.4
1,508.4
Fl-agrikoltura u s-sajd, fil-kostruzzjoni, fis-setturi tas-servizzi finanzjarji, u fis-settur ta’ servizzi oħra, kien hemm żidiet kemm fl-2001 (fuq l-2000) u kemm fl-2002 (fuq l-2001). Fl-industrija (inkluż l-enerġija) kien hemm tnaqqis fl-2001 u żieda fl-2002. Fil-Wholesale and retail trade, lukandi u ristoranti, u transport u komunikazzjoni kien hemm żieda fl-2001 u tnaqqis fl-2002.
Il-GDP mqabbel mal-medja ta’ l-Unjoni Ewropea jinħadem mill-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea għall-istatistika. Skond il-Eurostat (News Release 13/2005), il-GDP ta’ Malta meta mqabbel mal-medja ta’ l-Unjoni Ewropea, bejn l-2000 u l-2002 huwa ta’ 75.9%.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom ma sarux ix-xogħlijiet imwiegħda fl-iskola primarja B ta' Birżebbuġa u l-istaff u t-tfal għaddew xitwa oħra mirżuħin bil-bard għax l-aperturi baqgħu ma ngħalqux bl-aluminju? Għaliex ix-xogħol ma bediex fi tmiem is-sena skolastika li għaddiet kif imwiegħed? Għaliex ma ġewx irranġati t-toilets kif imwiegħed? Għaliex ma ġiex modifikat il-bieb ta' barra kif imwiegħed? U għaliex ma sarx il-lift għat-tfal diżabbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li ma nafx għal liema wegħdiet qiegħed jirreferi l-interpellant, informat li l-aperturi ta' l-aluminju, bħalma saru fl-iskola "A" ser isiru fl-iskola "B". Huwa maħsub illi dan ix-xogħol isir fis-sajf li ġej peress li ma jistax isir xogħol matul il-perjodu ta' meta hemm l-iskola għaddejja. It-toilets ukoll ser isiru dan is-sajf li ġej.
Għar-rigward tal-bieb ta' barra, saret proposta biex dan jiġi mwessgħa u dan qiegħed jiġi kkunsidrat.
Dwar il-lift hemm proċeduri ta' tender għaddejja.
Jaħseb il-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-gvern jifli sewwa l-istrutturi li għandu pajjiżna biex jevalwaw il-miżuri, proposti, regoli fiskali, ambjentali u ta' saħħa, kondizzjonijiet tax-xogħol, fost l-oħrajn, li ġejjin mill-obbligi tagħna bħala membri fl-Unjoni Ewropea biex jibdew jaraw sew l-impatt tagħhom fuq il-qasam turistiku? Jaħseb li s'issa m'għandhiex dawn l-istrutturi meħtieġa peress li l-Unjoni Ewropea nnifisha nieqsa minn dawn l-istrutturi u aħna kulma għamilna s'issa rreplikajna l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea fix-xogħol ta' skrutinju tagħna fid-delegazzjoni Maltija fi Brussel u fil-working committees tal-parlament u għalhekk it-turiżmu huwa nieqes minnhom, minkejja li hemm dak li joħroġ mill-Unjoni Ewropea spiss jaffettwa l-qasam turistiku, qasam ewlieni għall-impjiegi u l-ġid f'pajjiżna u bħalissa dan l-impatt mhux qed jiġi skrutinizzat b'mod adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11174.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10525 u cioe' jgħid jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li l-gvern jifli sewwa l-istrutturi li għandu pajjiżna biex jevalwaw il-miżuri, proposti, regoli fiskali, ambjentali u ta' saħħa, kundizzjonijiet tax-xogħol, fost l-oħrajn, li ġejjin mill-obbligi tagħna bħala membri fl-Unjoni Ewropea biex jibdew jaraw sew l-impatt tagħhom fuq il-qasam turistiku? Jaħseb li s'issa m'għandhiex dawn l-istrutturi meħtieġa peress li l-Unjoni Ewropea nnifisha nieqsa minn dawn l-istrutturi u aħna kulma għamilna s'issa rreplikajna l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea fix-xogħol ta' skrutinju tagħna fid-delegazzjoni Maltija fi Brussel u fil-working committees tal-parlament u għalhekk it-turiżmu huwa nieqes minnhom, minkejja li hemm dak li joħroġ mill-Unjoni Ewropea spiss jaffettwa l-qasam turistiku, qasam ewlieni għall-impjiegi u l-ġid f'pajjiżna u bħalissa dan l-impatt mhux qed jiġi skrutinizzat b'mod adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11174.
Jistgħu l-istrutturi rilevanti tal-MEPA jżommu quddiem għajnejhom li meta jiġu biex jikkunsidraw l-appell 092/2004 fil-15 ta' April 2005 l-inħawi milquta, għalkemm jaqgħu taħt it-temporary provisions schemeta' San Pawl il-Baħar (TPS No.6) hija skedata (level 2) fin-north west local plan minħabba l-importanza ekoloġika tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għandi fiduċja li l-Bord ta’ l-Appell jieħu konjizzjoni tal-fatti kollha u jiddeċiedi b’mod ġust.
Dipartiment ta' l-artijiet — Bini ta' car parks u faċilitajiet kummerċjali f'Tas-Sliema
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema kondizzjonijiet finanzjarji se jingħataw l-art pubblika dawk li se jintgħażlu biex jibnu car parks u faċilitajiet kummerċjali f'Għar id-Dud u fi Qui-si-Sana?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li kien hemm mal-offerti u li sa jkun marbut bihom iċ-ċenswalista tal-carparks f'Għar id-Dud u fi Qui-Si-Sana.
Iċ-ċens offert kull sena għal carpark ta' Għar id-Dud huwa ta' Lm152,000 revedibbli skond il-kundizzjoni numru 5 tal-kundizzjonijiet.
Iċ-ċens offert kull sena għal carpark ta' Qui-Si-Sana huwa ta' Lm130,000 revedibbli skond il-kundizzjoni numru 4 tal-kundizzjonijiet.
Hemm ukoll il-garanzija bankarja u l-penalitajiet kif ikontemplati fil-kundizzjonijiet numri 10 u 11 fil-każ ta' Għar id-Dud u l-kundizzjonijiet numri 8 u 9 fil-każ ta' Qui-Si-Sana.
Jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet pendenti hemm quddiem il-MEPA għal bini u żvilupp ieħor fil-gżira ta' Kemmuna u jagħti tagħrif ġenerali fiex jikkonsistu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) iżżomm din it-tip ta’ informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant fuq is-sistema ta’ l-informatika tagħha u li hija aċċessibbli mill-pubbliku.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna diżabbli - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qatgħulha l-għajnuna soċjali li kienet tieħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu s-sovrintendenza tal-wirt kulturali tagħna dwar l-applikazzjoni li hemm quddiem il-MEPA 092/2004 in vista tal-wirt kulturali fl-inħawi, fosthom cart ruts, li għandhom bżonn li jiġu protetti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħadet passi sabiex l-Awtorita’ għall-Ambjent u għall-Ippjanar ta’ Malta tgħaddilha l-informazzjoni relevanti fuq l-applikazzjoni għall- iżvilupp numru 092/2004.
Din l-informazzjoni u investigazzjonijiet oħra, ser iservu biex, jekk hu l-każ li hemm ħwejjeġ arkeologiċi fuq is-sit ta’ l-applikazzjoni, is-Sovrintendenza tieħu passi necessarji biex dawn ikunu protetti.
Sigurta' Soċjali — Każ dwar persuna armla u pensjonanta
Question
Jista' jiġi verifikat jekk il-persuna armla u pensjonanta - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hix intitolata għal xi għajnuna soċjali għax mhix tlaħħaq ma' l-ispejjeż tal-mediċina li trid tixtri għax dawk provduti mis-servizz ġenerali farmaċewtiku, mhumiex tajbin għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10705 u cioe' dwar il-provi li qed isiru għas-servizz tad-digital terrestrial television f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet u xi żmien ingħataw biex jagħmlu dawn il-provi? Jista' jgħid jekk dawn is-service providers li qed jagħmlu trials fuq id-digital terrestrial ingħatawx l-istess kondizzjonijiet u tul ta' trials daqs id-ditta Multiplus?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawk l-operaturi jew service providers li talbu li jagħmlu xandiriet bi prova (trials) fil-qasam tat-televiżjoni diġitali nagħtaw il-permess li jagħmlu dan taħt l-istess kundizzjonijiet fosthom li dan il-permess hu ta' natura temporanja u li jista' jkun mitmum skond id-diskussjonijiiet ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni.
Jien infurmat ukoll li l-Multiplus Ltd. ingħatat permess biex tagħmel dawn il-provi fil-perjodu bejn it-8 t'Ottubru 2004 u l-20 t'April 2005. Sa meta ħareġ dan il-permess ma kienx hemm talbiet oħra biex isiru xandiriet bi prova f'dan il-qasam. Jiriżulta li wara li ħareġ dan il-permess, diversi operaturi jew service providers oħra talbu biex huma wkoll jkunu jistgħu jagħmlu xandiriet bi prova. Minħabba li n-numru ta' frekwenzi u ż-żmien limitat li fihom iridu jintemmu dawn il-provi, dawn l-operaturi jew service providers ingħataw il-permess li jagħmlu l-provi tagħħom fuq perjodu ta' xagħrejn kull wieħed.
Ma dan kollu, l-ebda operatur jew service provider ma għandu xi dritt fuq xi frekwenzi li fuqhom qed jagħmel dawn ix-xandiriet bi prova.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10710 u cioe' jgħid jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li l-gvern jifli sewwa l-istrutturi li għandu pajjiżna biex jevalwaw il-miżuri, proposti, regoli fiskali, ambjentali u ta' saħħa, kundizzjonijiet tax-xogħol, fost l-oħrajn, li ġejjin mill-obbligi tagħna bħala membri fl-Unjoni Ewropea biex jibdew jaraw sew l-impatt tagħhom fuq il-qasam turistiku? Jaħseb li s'issa m'għandhiex dawn l-istrutturi meħtieġa peress li l-Unjoni Ewropea nnifisha nieqsa minn dawn l-istrutturi u aħna kulma għamilna s'issa rreplikajna l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea fix-xogħol ta' skrutinju tagħna fid-delegazzjoni Maltija fi Brussel u fil-working committees tal-parlament u għalhekk it-turiżmu huwa nieqes minnhom, minkejja li hemm dak li joħroġ mill-Unjoni Ewropea spiss jaffettwa l-qasam turistiku, qasam ewlieni għall-impjiegi u l-ġid f'pajjiżna u bħalissa dan l-impatt mhux qed jiġi skrutinizzat b'mod adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, bħal kull Ministeru ieħor, għandu Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li xogħolu hu li jsegwi żviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jista’ jkollhom effett fuq il-qasam tat-turiżmu anke meta kif qal l-Onorevoli Interpellant, l-Unjoni Ewropea hija nieqsa minn struttura waħdanija u komprensiva li hija responsabbli għal dan il-qasam.
Fil-fatt, dan id-Direttorat isegwi mill-qrib żviluppi fi ħdan l-Unjoni anke f’oqsma bħall-ambjent, transport, relazzjonijiet ma’ terzi pajjiżi, servizzi fis-suq intern, rikonoxximent ta’ kwalifiċi professjonali u li jistgħu jimpinġu fuq il-qasam turistiku. Dan id-Direttorat iżomm kuntratt kontinwu mar-Rappreżentanza Permanenti f’Brussel, is-Segretarjat ta’ l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Lead Ministry skond il-każ u jinforma dawn l-entitajiet bil-pożizzjoni ta’ dan il-Ministeru. Dokumenti illi joħorġu mill-Istituzzjonijiet Ewropej li jista’ jkollhom effett fuq il-qasam tat-turiżmu huma mgħoddijin lil dan id-Direttorat.