Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #13504 Sitting 289 2005-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Xogħol ta' marketing

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji differenti li matul l-2004 u l-2005 s'issa għamlu xi xogħol ta' marketing għall-awtorita' Maltija tat-turiżmu? Jista' jgħid kemm tħallsu f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha ma nġabritx u tingħata f'xi seduta oħra.

Tigne'

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jingħataw iċ-ċwievet ir-residenti li se jerġgħu jmorru jgħixu Tigne' skond il-ftehim li sar magħhom u l-iżviluppaturi ta' Tigne'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Limiti taċ-Ċumnija — Impjant tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li biex jgħaddu xi mini li jieħdu lejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fiċ-Ċumnija, limiti tal-Mellieħa, jittieħed raba' saqwi fil-Manikata? Mnejn se jgħaddu dawn il-mini? Jista' iqiegħed pjanta ta' l-inħawi milquta fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma hemm ebda ħsieb ta' mini fl-inħawi tal-Manikata li jwasslu għall-imsemmi impjant.
Leg 10 PQ #13405 Sitting 287 2005-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Holiday villages

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellna holiday villages f'pajjiżna f'Diċembru 1998 u kermm għandna llum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'Diċembru tal-1998 kien hemm 4 Holiday Villages reġistrati mal-MTA filwaqt li din is-sena hemm 1. Tnejn kienu għalqu fl-aħħar tas-sena 2004 u oħra ġiet liċenzata bħala hostel f'Jannar 2004.

Pembroke — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li l-iskola primarja ta' Pembroke tibda tuża l-bini li bħalissa qed jintuża mill-iskola sekondarja Sir Luigi Preziosi? Jekk iva, meta huwa maħsub li l-iskola primarja tiċċaqlaq minn fejn hi għall-bini indikat? Fil-każ li iva, fejn se jmorru l-għalliema u l-istudenti tas-sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa għad m'hemm ebda pjani li l-iskola Primarja ta' Pembroke ser tibda tuża l-bini li bħalissa qed jintuża mill-iskola sekondarja Sir Luigi Preziosi.

Istitut ta' l-istudji marittimi

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn huwa mistenni li l-istudenti ta' l-istitut ta' l-istudji marittimi jingħataw esperjenza fuq il-baħar, li s'issa kienu jingħataw permezz tas-Sea Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sea Malta kienet toffri numru żgħir (2 jew 3) ta' postijiet għat-taħriġ tal-Kadetti ta' l-Istitut Marittimu. L-Istitut Marittimu ta' l-MCAST għandu kuntatti ma' diversi kumpanniji tal-vapuri, kemm lokali kif ukoll barranin li normalment joffru sponsorships għal perjodu ta' prattika fuq il-baħar.

Spetturi tas-sanita' — Gabbani fil-bajjiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa kemm spetturi tas-sanita' żaru gabbani fil-bajjiet ta' Malta u Għawdex biex jaraw jekk it-toilets tagħhom humiex kollha konnessi mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ u jinżammu fi stat aċċettabbli ta' iġjene?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda Liġi li tobbliga li kull toilet għandu dejjem ikun konness mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ. Spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jsiru f'kull post ta' l-ikel, inkluż f'gabbani, bħala parti minn sistema ta' spezzjonijiet nazzjonali. Waqt l-istess spezzjoni meta toilets ikunu provduti, dawn jiġu spezzjonati fuq l-istat ta' l-iġjene.

MMA — Terminal ta' l-Imġarr

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13221 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex se jingħata f'idejn il-Gozo Channel biex tħaddmu? Hemm ħsieb li meta jiġri dan is-sidien tad-dgħajjes li jġorru t-turisti jkollhom iħallsu Lm30 kull darba li jorbtu hemmhekk biex itellgħu jew iniżżlu t-turisti jew jieħdu l-fuel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Gvern kien ikkonkluda "Public Service Obligations Contract" mal-Gozo Channel Co Ltd għal perjodu ta' sitt snin li jibdew minn April 2004. Il-kuntratt jirrigwardja l-ġarr ta' passigġġieri u merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Ċirkewwa, Malta. Huwa l-ħsieb li t-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa fil-fatt jgħaddu taħt il-management tal-Gozo Channel Co Ltd għat-tul taż-żmien tal-Public Service Obligations Contract msemmi aktar 'l fuq. Fir-rigward ta' ħlasijiet minn operaturi ta' bastimenti li jġorru t-turisti fuq excursions bejn il-gżejjer nixtieq ngħarraf lill-Onor Membru li sa ftit ilu l-Gozo Channel kienet titlob ħlasijiet lil dawn l-operaturi li jimbarkaw jew jiżbarkaw turisti meta jittrakkaw mal-moll ta' l-Imġarr. Din il-prattika issa twaqqfet. Minflok dan il-ħlas ġiet introdotta tariffa (berthing fee) ġusta u adekwata. Din it-tariffa ġiet ikkalkulata fuq l-użu tal-moll u skond it-tul tal-bastiment jew lanċa, u mhux skond in-numru ta' passiġġieri abbord. Din it-tariffa hija indikata biss għal dawk il-bastimenti li jġorru passiġġieri fuq excursion tours minn Malta u mhux għal dawk il-laneċ li huma residenti u li għandhom rmiġġ f'Għawdex. Huwa l-ħsieb li meta l-Gozo Channel Co Ltd tieħu f'idejha t-tmexxija tat-terminal ta' l-Imġarr dawn it-tariffi jibdew jinġabru mill-operatur.

MMA

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13242 u jgħid x'wassal biex l-MMA tibda tiċċarġja ħlas għal dawk li jitrakkaw mal-moll ta' l-Imġarr, Għawdex? Xi ħlasijiet qed jintalbu? B'liema kriterji ġew iffissati? X'impatt se jkollu dan il-ħlas fuq is-settur turistiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 13360. Jien infurmat li l-Gozo Channel Co Ltd għal snin twal kienet titlob ħlasijiet lill-operaturi ta' bastimenti li jġorru turisti fuq excursions madwar il-gżejjer kull meta dawn il-bastimenti jniżżlu u jgħabbu turisti fil-port ta' l-Imġarr. Din il-prattika issa twaqqfet u l-Awtorita' Marittima Maltija qed tamministra din l-attivita u tintroduċi tariffa amministrattiva għall-użu tal-moll minn dawn il-laneċ tat-turisti. It-tariffa hija din: Tul tal-bastiment Tariffa kull vjaġġ (metri) Lm 50 - 40 65 39 - 35 60 34 - 30 50 29 - 20 45 19 - 15 30 14 - 08 20 Dawn it-tariffi ġew kkalkulati fuq it-tul tal-bastimenti u mhux fuq in-numru ta' passiġġieri abbord. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel Co Ltd kienet tapplika t-tariffa uffiċċjali tagħha fir-rigward ta' dawk il-laneċ tat-turisti li jgħabbu jew jiżbarkaw passiġġieri mill-moll ta' l-Imġarr minkejja li dawn ma jkunux użaw is-servizzi tal-kumpanija. Dan ifisser li operatur ta' bastiment ta' 20 metru b'mitt passiġġieri abbord issa tħallas Lm45 jew anqas waqt li jekk kellha tapplika t-tariffa uffiċjali tal-Gozo Channel Co Ltd l-ammont jitla' għal Lm200. B'hekk, l-effet fuq is-settur turistiku hu wieħed pożittiv meta mqabbel mal-pożizzjoni li kienet titħaddem qabel.

Mellieħa — żbir ta' siġar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistgħux jinżabru s-siġar tat-telgħa tal-Mellieħa mill-Għadira u ċ-Ċirkewwa għax kibru b'mod goff u qed ikunu ta' periklu għall-vetturi li jgħaddu mill-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żbir ta’ siġar fiż-żoni msemmija mhumiex responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru. Għalhekk nitolbu sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

MMA — Terminal ta' l-Imġarr

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12987, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li parti minnha ġiet riferuta lilu biex jirrispondi, u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex se jingħata f'idejn il-Gozo Channel biex tħaddmu? Hemm ħsieb li meta jiġri dan is-sidien tad-dgħajjes li jġorru t-turisti jkollhom iħallsu Lm30 kull darba li jorbtu hemmhekk biex itellgħu jew iniżżlu t-turisti jew jieħdu l-fuel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'seduta.

Triq fl-Imġarr, Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12823 u 13040 u jgħid meta saret l-aħħar verifika ta' l-istat tat-triq li mill-Imġarr ta' Għawdex tieħu lejn il-bqija tal-gżira, peress li din għaddejja minn fuq soqfa b'ħafna ħsara lill-imħażen li hemm? X'irriżulta minn din il-verifika?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li Triq l-Imġarr u Triq ix–Xatt (mit-Terminal ta’ l-Imġarr sal-junction tal-Heliport), Għajnsielem, Għawdex ser tiġi mibnija mill-ġdid skond il-programm ta’ toroq imfassal mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Dan ix-xogħol, li hu stmat li ser jiswa Lm 1.66M, ser jiġi ffinanzjat (85%) mill-fond ta’ koezijoni tal-Unjoni Ewropea. Sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol diġa ġiet ippublikata u x-xogħol hu mistenni li jibda għall- aħħar ta’ din is-sena. L-ADT ġiet mgħarfa mill-Ministeru ta’ Għawdex li s-soqfa ta’ dawn l-imħażen huma fi stat ħażin. Għalhekk saret spezzjoni f’uħud min dawn l-imħażen fejn irriżulta li partijiet mill-konkos kien imfaqqa bix-xibka mikxufa. Saret ukoll spezzjoni fuq wiċċ it-triq fejn ma ġewx innutati dipressjonijiet fil-wiċċ tat-triq li jistgħu ġew ikkawżati minn difett strutturali f’dawn is-soqfa. Sussegwentament dawn l-imħażen ġew imkejla u saret pjanta sabiex jiġi determinat liema parti tat-triq tgħaddi minn fuq dawn l-imħażen. Fi żmien qasir ser issir spezzjoni dettaljata ta’ dawn is-soqfa u bħalissa b’koordinazzjoni mall-Ministeru għal Għawdex qed isiru kuntatti mas-sajjieda sabiex iċaqilqu il-materjal li għandhom maħżun f’dawn l-imħażen sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu is-soqfa biex isir ‘visual inspection’ u testijiet fuq dawn is-soqfa. Ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq jinkludi l-bini mill-ġdid tas-soqfa ta’ dawn l-imħażen. Hu ppjanat li dawn is-soqfa jinbidlu max-xogħlijiet tal-bini mill-ġdid ta’ din it-triq. Sejħa għall-offerti ġiet ippublikata fil-bidu ta’ dan ix-xhar u x-xogħol mistenni jibda fl-aħħar ta’ din is-sena.

MMA

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex l-MMA tibda tiċċarġja ħlas għal dawk li jitrakkaw mal-moll ta' l-Imġarr, Għawdex? Xi ħlasijiet qed jintalbu? B'liema kriterji ġew iffissati? X'impatt se jkollu dan il-ħlas fuq is-settur turistiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

MIA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MIA tiċċarġja levy fuq il-coaches turistiċi? Kemm se tkun din il-levy? Min se jkun obbligat iħallasha? Xi studju sar dwar l-impatt tagħha fuq it-turiżmu u l-kompetittivita' internazzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 12068.

Mellieħa — Żbir ta' siġar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13149, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk jistgħux jinżabru s-siġar tat-telgħa tal-Mellieħa mill-Għadira u ċ-Ċirkewwa għax kibru b'mod goff u qed ikunu ta' periklu għall-vetturi li jgħaddu mill-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li t-telgħa mill-Għadira għall-Mellieħa taqa' fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali Mellieħa, dik taċ-Ċirkewwa hi triq arterjali u għalhekk mhux taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-entitajiet responsabbli.
Leg 10 PQ #13152 Sitting 283 2005-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mużewijiet/siti storiċi — Żjarat minn tfal ta' l-iskola

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal ta' l-iskejjel żaru mużewijiet u siti ta' wirt storiku matul is-sena 2004 xahar b'xahar u kemm żaru l-istess postijiet matul ix-xhur Jannar - April 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

Ġbejniet lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod qed isiru testijiet u verifiki fuq ġbejniet lokali biex jiġi assigurat li huma tassew pasturizzati? Matul din is-sena kemm-il spezzjoni saret fi ħwienet biex jiġi ċċekkjat jekk il-ġbejniet humiex pasturizzati? Fejn isiru t-testijiet dwar jekk il-ġbejniet lokali humiex pasturizzati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda Liġi taħt l-Att dwar is-Sigurta' ta' l-Ikel li tirregola li tali ġbejniet iridu jsiru minn ħalib pasturiżżat, iżda bħal kull prodott ieħor ta' l-ikel iridu jkunu magħmula b'tali mod li ma jrendux riskju għas-Saħħa Pubblika. Għalhekk, saru diversi spezzjonijiet matul din is-sena minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fi ħwienet jew produtturi , ittieħdu kampjuni li jiġu analiżżati biex jaċċertaw il-livelli ta' mikro-organiżmi (li l-prodott ikun tajjeb għall-konsum mill-bniedem) u mhux jekk il-prodott hux pasturiżżat jew le. Tali testijiet fuq il-ġbejniet kif referuti jsiru fil-Laboratorju ta' l-istess Dipartiment.

Servizz ta' helicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12861 u jgħid kemm ivvjaġġaw persuni bis-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex f'April 2004 u April 2005? Jista' jagħti l-istatistika bi breakdown għal dawk li jivvjaġġaw bir-rata speċjali għall-Għawdxin u r-rata normali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizz tal-helicopter f'April 2004 kien ta' 2,990. Il-kumplament tal-mistoqsija għas-sena 2004 hija ta' natura sensittiva kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba. Rigward April 2005 ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz qed jingħata minn Operatur privat u għalhekk l-informazzjoni mitluba ma' nistax ntiha jien.

Kċina ta' ristorant

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12970 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ir-ristorant - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għandux il-kċina kif suppost biex minnha ma joħorġux irwejjaħ qawwija fl-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li wara spezzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa fil-fond indikat, instab li l-ventilazznjoni tal-post hi regolari u ma hemm ebda ksur ta’ regolamenti f’dan ir-rigward.
Leg 10 PQ #13148 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'Diċembru 1998 u f'Ġunju 2004 x'kien in-numru ta' lukandi fil-kategorija 5 star, 4 star 3 star, 2 star 1 star u unclassified fil-gżira ta' Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.