Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 14623 u jgħid kemm bdew korsijiet ġodda l;ivell undergraduate fl-universita' (1) studenti Maltin u (2) studenti Għawdxin matul is-sena akkademika 2004/2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena akkademika 2004/05 infetħu 2 korsijiet ġodda f'livell undergraduate.
Diploma in Arabic daħlu 67 Maltin u 4 Għawdxin
Diploma in Sport and Leisure Studies daħlu 16 Maltin.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14624 u jgħid kemm tħallsu stipendi u allowances lill-istudenti universitarji Maltin u Għawdxin fis-sena akkademika 2004-2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena akkademika 2004-2005 l-istudenti universitarji Maltin u Għawdxin ħadu fi stipendji u allowances is-somma ta' LM 4,840,920.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14627 u jgħid matul is-sena 2004 u minn Jannar sa Settembru 2005, liema kumpanniji rnexxielha l-Malta Enterprise tiġbed biex jinvestu f'pajjiżna? F'liema oqsma? Kermm se tħaddem kull kumpannija? Kemm se tinvesti? Meta bdiet/se tibda topera?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13617, jista' il-Prim Ministru jgħid s'issa x'irriżulta wara t-talba li għamlet Malta lill-Paris Club biex tiġbor il-flus li għandha tieħu mir-Russja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi peress li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, ma nħossx li hu prudenti li nagħti aktar tagħrif f’dan l-istadju.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14441 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid fejn waslu n-negozjati mal-linja ta' l-ajru Ryan Air biex tibda topera minn Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13778.
F’dan l-istadju, m’għandiex x’inżid ma’ din it-tweġiba.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 37455, seduta nru. 829 (6/12/2002) fejn għidt li l-proprjeta' tal-mappa li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, hi proprjeta' tal-gvern, x'passi se jieħu d-dipartiment ta' l-artijiet biex iwaqqaf kumpannija privata li ħarġet biċċa minnha għall-bejgħ? B'liema jedd din il-kumpannija privata qed tbiegħ art pubblika? F'liema data din il-kumpannija privata kisbet din l-art pubblika? B'liema mod?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art indikata hija proprjeta' tal-Gvern u qatt ma ġiet trasferita lil terzi. Għalkemm id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda informazzjoni li xi kumpanija privata qegħdha tbiegħ parti minn din l-art, ser isir dak kollu possibli biex tiġi investigata din l-allegazzjoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex membru tal-Paris club ta' nazzjonijiet li għandhom jieħdu flus mir-Russja? Malta għamlet xi talba biex tiġbor xi flus li kellha tieħu għall-bini ta' vapuri lir-Russi, wara li dan l-aħħar ir-Russja ħallset $US 15biljun f'dejn li kienet għamlet l-Unjoni Sovjetika u li tħallsu lill-pajjiżi membri tal-Paris club?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm Malta mhix membru tal-Paris Club ta’ nazzjonijiet li għandhom jieħdu flus mir-Russja, Malta xorta waħda għamlet talba lil dawn il-pajjiżi biex jgħinuha tiġbor il-flus li għandha tieħu mir-Russja.
Jistgħu jittieħdu passi biex Trejqet Toni Fenech f'San Pawl il-Baħar issir b'mod diċenti għax tant hi mħarbta li hi ta' periklu għal min jgħix fl-inħawi u għal kull min jużaha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li se ssir spezzjoni mill-perit inkarigat minn Network Infrastructure Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-bord li joħroġ il-warrants lill-għalliema milli jagħti l-warrant permanenti lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-każ jinvolvi punti legali li għadhom mhux deċiżi dwar jekk din il-Masters tinkwadrax fil-parametri ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew korsijiet ġodda livell undergraduate fl-universita' (1) studenti Maltin u (2) studenti Għawdxin matul is-sena akkademika 2004/2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-MEPA tinvestiga jekk l-istabiliment li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux qed jopera bil-permessi kollha meħtieġa mingħandha għal dawn l-aħħar sentejn peress li l-istabiliment qed iqajjem dwejjaq kbar qalb ir-residenti ġirien?
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tmexxija ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ddeċidietx li l-post ma jinkeriex għall-parties ta' l-aħħar/l-ewwel tas-sena biex ma jitgħarraqx wara x-xogħol kbir li qed isir fih għaċ-CHOGM? Jista' jgħid jekk it-tmexxija ċaħditx talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal party simili iżda issa aċċettat applikazzjoni ta' persuna oħra li isimha wkoll qed jintbagħat separatament għal party fl-istess żmien? Għaliex inbidlet id-deċiżjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma teżistiex deċiżjoni li l-post ma jinkeriex għall-parties ta' l-aħħar /l-ewwel tas-sena. Fil- fatt, L-Eden Foundation organizzaw l-aħħar wiehed fl- 2003/2004.
Fil-waqt li l-Ministeru jieħu gost jinnota li x-xogħolijiet kbar li qed isiru huma apprezzati minn kulħadd, dawn ix-xogħolijiet jiffurmaw parti minn pjan ta' rinnovament taċ-ċentru fuq medda ta' snin u fil-parti l-kbira mhux konnessi mal-konferenza CHOGM.
Dwar ir-rifjut ta' ċerta persuna sabiex torganizza attivita' fl-aħħar tas-sena, din hija purament deċizjoni amministrattiva li ha l - Bord tal- MCC, u ħadha wara li ġie kkunsidrat t-track record li għandu l-istess applikant maċ-Ċentru.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2004 u minn Jannar sa Settembru 2005, liema kumpanniji rnexxielha l-Malta Enterprise tiġbed biex jinvestu f'pajjiżna? F'liema oqsma? Kermm se tħaddem kull kumpannija? Kemm se tinvesti? Meta bdiet/se tibda topera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu n-negozjati mal-linja ta' l-ajru Ryan Air biex tibda topera minn Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diskussjonijiet saru ma' Ministeru ieħor u għalhekk nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13696, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-każ tal-qtil ta' Lino Cauchi fl-1982 wara li l-ogħla awtoritajiet tal-korp tal-pulizija ġew avviċinati b'informazzjoni minn saċerdot?
Response (BORG, TONIO)
Ma hemm xejn x'jiżdied mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13696.
Sigurta' Soċjaliċ — Talba għal servizz social worker
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li ż-żagħżugħ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata s-social worker imwiegħed u jiddaħħal fi programmi li jgħallmuh life skills?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tressaq quddiem l-Allocation Committee ta' l-Aġenzija Sapport u ġie approvat l-għoti ta' servizz fil-komunita' ta' 4 sigħat fil-ġimgħa. Ninsab infurmata wkoll li dan is-servizz jibda wara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa.