Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena t-tarzna għamlet sejħa għall-offerti għal-lukandi lokali għall-akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin li ġġib Malta biex jaħdmu magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema lukandi/kumpanniji tefgħu offerti wara sejħa mit-tarzna għal servizz ta' akkomodazzjoni matul din is-sena għall-ħaddiema barranin li ġġib it-tarzna? Jista' f'kull każ jgħid x'offerti tefgħet kull lukanda/kumpannija għal din is-sejħa matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-ufffiċċju tiegħu matul din is-sena investigax il-proċess ta' l-għażla ta' servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin tat-tarzna? Għaliex saret din l-investigazzjoni? X'irriżulta minn din l-investigazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan l-uffiċċju ma għamel l-ebda investigazzjoni tat-tip imsemmi fil-mistoqsija.
Awtorita' Maltija għall-Komunikazzjoni — Telefon ċellulari
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi beħsiebha tieħu l-awtorita' Maltija għall-komunikazzjoni wara li dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea xandret it-tariffi li jiċċarġjaw għadd ta' kumpanniji tat-telefon ċellulari fl-Unjoni Ewropea, fosthom Malta, u qalet li dawn it-tariffi jistgħu jitbaxxew għall-ġid tal-konsumatur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni qiegħda taħdem fuq livell ta' L-EU biex tindirizza s-suq tal-mobile wholesale biex tistabilixxi pożizzjoni armonizzata sabiex tirregola kull abbuż possibli bħalma huma tariffi għolja.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu dwar it-talba tal-kunsill lokali ta' Pembroke li jkun hemm ħruġ ieħor tal-lokalita' minn Triq Pietru Darmenia?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 14889.
S'issa kemm-il darba ltaqa' il-works council fl-Air Malta minn mindu twaqqaf? X'xogħol għamel fil-laqgħat tiegħu biex jgħin lill-Air Malta tiffaċċja l-isifidi li għandha quddiemha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi twettaq s'issa mir-rescue plan ta' tliet snin li fih kellu jsir xogħol biex l-Air Malta taħdem b'mod differenti minn qabel? X'jonqos jitwettaq minn dan il-pjan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li r-Rescue Plan iffirmat fis-26 ta' Mejju 2004 beda jitwettaq minnu fih. Matul l-ewwel sena ġew iffrankati spejjeż ta' Lm1.24 miljun liri fuq pagi, liema tfaddil tela' għal Lm2.2 miljun sa l-aħħar ta' Settembru 2005.
Minn naħa tagħha l-Kumpanija wettqet numru ta' inizjattivi biex tfaddal f'dak li huma spejjeż amministrattivi (overheads) - dan sar proċess kontinwu. Is-servizz bl-ajru ġie rivedut u qed jiġu ffrankati ċertu spejjeż li fil-biċċa l-kbira ma kienux jagħtu valur adekwat lill-klijenti tal-Kumpanija - dan hu proċess li jkompli l'aktar għax hu marbut ma żviluppi kontinwi fis-suq. Ġew iffrankati spejjeż billi twettqet riorganizzazzjoni fl-uffiċini ta' barra minn Malta - illum qed nieħdu aktar valur ta' dak li qed jintnefaq. Fl'istess waqt bdiet u qed tkompli riforma fl-istruttura tas-Sales u l-Marketing biex il-Kumpanija taġġorna ruħha u tilqa' għal sfidi ġodda. L-Air Malta komplit issir aktar effiċjenti fl-operat tagħha f'dak li hu operating cost, għalkemm qed tħabbat wiċċa maż-żieda bla waqfien fil-prezz taż-żejt li qed jiekol ħafna minn dan is-suċess li kisbet.
Waqt li aħna sodisfatti mill-progress li sar s'issa, hu meħtieġ li jsir ħafna aktar milli kien ippjanat fil-bidu mhux l'inqas minħabba li l-kompetizzjoni mistennija tiħrax aktar bil-għaġġla u s-sitwazzjoni tal-prezz taz-żejt qed dejjem aktar tiggrava.
San Ġiljan — Żbroff ta' drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex jinstab x'jikkaġuna l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan? Hemm xi ħjiel mnejn qed jiġi dan l-iżbroff? X'passi se jittieħdu biex dan l-iżbroff jitwaqqaf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan ġara għaliex waqgħu biċċiet tat-tarmac imdaqqsa fil-mejn tad-drenaġġ u s-sistema spiċċat imblukkata. Ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ħadu azzjoni minnufih biex jirranġaw din il-ħsara.
Dan l-iżbroff kien riżultat ta' blockage aċċidentali u mhux ta' ħsara permanenti fis-sisterna tad-drenaġġ.
Jistgħu jitwaħħlu sinjali tat-traffiku (p.eż. cat's eyes, eċċ) mar-roundabout faċċata tal-bar tal-Mekkek fit-triq bejn in-Naxxar u San Ġwann peress li l-inħawi huma fid-dlam u r-roundabout qed tkun ta' periklu għas-sewwieqa bil-lejl?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmt li t-Traffic Management Unit fi ħdan l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta kkunsidrat il-proposta ta’ l-Onorevoli Interpellant u ġew identifikati miżuri sabiex tittejjeb is-sigurta ta’ din iż-żona.
Għaldaqstant ser jiġu mplimentati xogħlijiet li jinkludu tqegħid ta’ cats eyes u glass markers mar-roundabout u fl-approaches ta’ mar-roundabout, fi zmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-parti mħarbta ta' Triq il-Mensija f'San Ġiljan tingħata t-tarmak għax qed jgħaddu x-xhur u tifel b'diżabilita' li jgħix f'tarf it-triq qed ikompli jiffaċċja tbatija kbira biex jittieħed l-iskola u joħroġ mid-dar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tender għat-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant nħarġet ftit tal-gimgħat ilu u bħalissa qed tiġi aġġudikata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: a) fil-preżent kemm hemm assistenti ġudizzjarji; b) kull wieħed/waħda ma' min hu assenjat; c) kemm applikaw għall-aħħar sejħa għall-applikazzjoni għall-Assistent Ġudizzjarju; d) kemm-il Assistent Ġudizzjarju se jiġu reklutati l-qorti; e) meta se jibdew jaħdmu l-Assistenti Ġudizzjarji l-ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
a) Fil-preżent hemm Tnax (12) -il Assistent Ġudizzjarju Full-Time fil-Qrati tal-Ġustizzja (Malta), Wieħed (1) Full-Time fil-Qorti ta' Għawdex u hemm Disa' (9) Assistenti Ġudizzjarji Part-Time fil-Qrati tal-Ġustizzja (Malta). Dawn iġiebu t-total ta' Tnejn u Għoxrin (22) Assistent Ġudizzjarju Full-Time u Part-Time fil-Qrati ta' Malta u Għawdex.
b) Peress illi t-tqassim tax-xogħol ta' l-Assistenti Ġudizzjarji jsir mill-Unur Tiegħu il-Prim Imħallef u dan it-tqassim jista' jinbidel skond l-eżiġenzi tax-xogħol, mhux possibli li tingħata din l-informazzjoni.
c) Ħamsa (5) applikaw għas-sejħa għall-applikazzjoni (Full-Time) għall-Assistent Ġudizzjarju.
d) Tlett (3) Assistenti Ġudizzjarji Full-Time se jiġu reklutati, Tnejn (2) għall-Qrati tal-Ġustizzja (Malta) u Wieħed (1) għall-Qorti ta' Għawdex.
e) L-intervisti in konnessjoni ma' (d) għadhom se jsiru nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Ottubru, 2005 minn Bord magħżul mill-Prim Imħallef u ffurmat minn Ġudikanti.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjan strateġiku għandha l-Air Malta biex tiffaċċja b'suċċess l-isfidi tal-futur? X'inhuma l-miri ta' dan il-pjan u f'liema qafas ta' żmien huma ppjanati li jitwettqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Air Malta għandha pjan strateġiku maħdum fuq medda ta' tlitt snin li jibda minn April 2005. Is-suq li topera fiħ l-Air Malta llum hu tant dinamiku li huwa meħtieġ li l-pjan jiġi aġġornat kull sena jew meta żviluppi fis-suq ikunu tali li jirrekjedu aġġornament - huwa dak li jissejjah Rolling Plan.
Il-mira prinċipali hi li taħt ċerti parametri l-Air Malta terġa' lura għal sitwazzjoni ta' qlieħ fi żmien ta' mhux anqas minn tlitt snin.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Air Malta s'issa biex tħejji lilha nnifisha ħalli tkompli tgħix fl-ambjent ġdid liberalizzat ta' l-avjazzjoni li jinkludi kompetizzjoni feroċi minn low cost airlines? X'passi oħra beħsiebha tieħu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ambjent ġdid liberaliżżat ta' l-avjazzjoni msemmi, jirriżulta mid-dħul ta' Malta fl-UE, għalkemm hu sosnut li minħabba l-globaliżżazzjoni, l-kompetizzjoni tiħrax xorta waħda. L-ambjent liberaliżżat ma wassalx biss ghall-kompetizzjoni feroċi, iżda ġab miegħu opportunitajiet ukoll. Ngħidu aħna, permezz tat-3rd package, l-Air Malta setgħat tibda ttir bejn zewġt ibliet fl-UE - Catania u Londra. L-Air Malta setgħat tibda topera ajruplani mill-Ingilterra għall-bliet oħra fl-UE. Dan kollu kabbar l-operat tal-Air Malta, b'opportunitajiet ġodda ta' dħul akbar.
Dawn il-vantaġġi ma jistgħux jinkisbu waħedhom mingħajr ma jkun hemm kompetizzjoni reċiproka bħal dik tal-linji tal-ajru low cost. Biex tilqa' għal dawn l-isfidi l-Air Malta ħejjiet diversi pjanijiet ta' azzjoni.
Ir-Rescue Plan iffirmat mal-Unions f'Mejju 2004 huwa ftehim mill-aktar importanti li qed jitwettaq. Il-Management tal-Air Malta qed iwettaq proċess ta' riorganizzazzjoni minn fuq s'isfel biex finalment l-Air Malta taħdem b'aktar effiċjenza, tirrispondi għall-isfidi ta' llum, u tkun aktar effettiva fil-ħidma tagħha. Sar Business Plan mill-aktar wiesa. Dak kurrenti jkopri tlitt snin minn April 2005, liema Business Plan jiġi aġġornat kull sena jew meta żviluppi fis-suq jkunu tali li jirrekjedu aġġornament.
L-Air Malta tirrispondi għall-isfida tal-linji tal-ajru low cost skond il-mod kif jidħlu fis-suq fejn topera hi. Hi żżomm l-għazliet tagħha miftuħa u tieħu passi kif ikunu meħtieġa. Dawn huma ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jistgħux ikunu speċifikati.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-lukanda Crowne Plaza? Sakemm huwa maħsub li tkompli topera din il-lukanda? X'se jsir mill-ħaddiema tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlet jew kemm huwa ppjanat li ddaħħal Air Malta mill-assi li kellha (li għandha) u li biegħet (jew qed taħseb li tbiegħ), bħal Ħal Ferħ, Crowne Plaza, Selmun Maritim?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-bejgħ tal-assi ser isir b'offerta pubblika, u għalhekk hu prematur li wieħed jgħid kemm ser ikun id-dħul. F'dan l-istadju informazzjoni interna f'dan ir-rigward hi ta' natura kummerċjali u għalhekk konfidenzjali.
Matul is-sena 2004 u minn Jannar 2005 sa Settembru 2005, kemm kien hemm persuni li temmew l-impjieg tagħhom ma' l-Air Malta qabel iż-żmien? F'liema kategoriji kienu jaħdmu? Kemm minnhom huma piloti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ċċarati l-punti legali msemmija f'mistoqsija parlamentari 14622 biex tinħareġ warrant lill-għalliem imsemmi f'dettalji ma' l-istess mistoqsija peress li dan ilu li applika minn Jannar 2005? Ma jidhirlux li għaxar xhur huma biżżejjed, jekk mhux ukoll iżżejjed, biex jiġu ċċarati punti legali u tiġi pproċessata l-applikazzjoni msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-pariri li għandi huma fis-sens li l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' dan il-warrant ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-liġi u kieku sempliċiment aċċettajt il-parir kienet tinħareġ risposta negattiva. B'danakollu qed nistħarreġ il-parir bl-iskop li nassigura l-aħjar konsiderazzjoni ta' l-applikazzjoni konċernata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14625 u jgħid jekk il-MEPA tistax tinvestiga jekk l-istabiliment li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux qed jopera bil-permessi kollha meħtieġa mingħandha għal dawn l-aħħar sentejn peress li l-istabiliment qed iqajjem dwejjaq kbar qalb ir-residenti ġirien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp imsemmi huwa kopert b'Avviż ta' Infurzar ECF322/04. Il-permess Numru 3459/03, għal estensjoni u tibdil fis-sit, ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fid-29 ta Settembru 2004.