Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15071 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'Għawdex f'dawn l-qosma bejn Jannar u Settembru tas-snin 2003, 2004 u 2005: 1) mal-gvern, 2) fil-qasam tal-manifattura u 3) fil-qasam tat-turiżmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

MMA — Jottijiet tal-marina f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema portijiet l-awtorita' marittima Maltija identifikat li jistgħu jsiru jottijiet tal-marina f'Għawdex barra dak użat bħalissa? Jekk ma sarux eżerċizzji simili f'Għawdex jista' isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond il-Yachting Subject study li kien sar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar flimkien ma' l-Awtorita' Marittima fl-1996, kien ġie identifikat li f'Għawdex tista' titkabbar il-marina eżistenti fuq in-naħa ta' barra tal-breakwater lejn in-naħa magħrufa bħala tal-Ħawlija. Minbarra dan infurmat li hemm talba għall-bini ta' marina għall-jottijiet fil-limiti tal-Qala.

Air Malta — Titjir ta' ajruplani ta' linji oħra

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14817 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14821 u jgħid matul is-sena 2004 u minn Jannar 2005 sa Settembru 2005, kemm kien hemm persuni li temmew l-impjieg tagħhom ma' l-Air Malta qabel iż-żmien? F'liema kategoriji kienu jaħdmu? Kemm minnhom huma piloti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Konsulent Amerikan

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi ħlasijiet ngħata s'issa l-konsulent Amerikan li ismu qed jintbagħat separatament, għax-xogħol li għamel għall-korporazzjoni Enemalta? X'xogħol fil-fatt għamel mindu nħatar konsulent? Kemm nefqet fuqu l-Enemalta biex ġabitu hawn kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15064 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Passenger cruise liners

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 s'issa kemm-il darba kien hemm passenger cruise liner li ankra ħdejn Għawdex biex il-passiġġieri tiegħu setgħu jżuru l-gżira Għawdxija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15065 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Postijiet ta' akkomodazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'kull lokalita' ta' Għawdex kemm hemm postijiet liċenzjati biex iservu ta' akkomodazzjoni self-catering u tagħti breakdown ta': 1) farm houses; 2) appartamenti; 3) oħrajn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15066 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr — Xatt ta' ħdejn il-yacht marina

Question

Jistgħu jittieħdu passi meħtieġa biex ix-Xatt ta' ħdejn il-yacht marina fl-Imġarr Għawdex jitnaddaf u ma jibqax iservi ta' scrapyard/dumping area kif qed iservi bħalissa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq quddiem il-yacht Marina tal-Imgarr Ghawdex hija fi stat tajjeb ta’ ndafa. Nfurmata wkoll li f’dan is-sit hemm numru ta’ karrijiet li jkunu qieghdin jintuzaw biex jittellghu id-dghajjes mill-bahar.

Pembroke — Skola Sir Luigi Preziosi

Question

Jista' il-Ministru jara humiex minnhom ir-rapporti li wasluli li t-tfal kollha li jattendu Form II ta' l-iskola Sir Luigi Preziosi ta' Pembroke għandhom il-kotba tal-Malti u tal-Ġeografija mqattgħin u maħmuġin li żgur ma jħajrux lit-tfal jinġibdu lejn il-kotba? Jista' jirrimedja s-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser nassigura li l-ilment jiġi mistħarreġ u li jittieħdu l-passi meħtieġa.

Tagħlim ta' l-Ingliż — Monitoring board

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2005 - Jannar/Settembru - kemm-il darba ltaqa' il-monitoring board tas-settur TEFL f'pajjiżna u kemm-il skola żar bi spezzjoni dwar it-tagħlim ta' l-Ingliż bejn Jannar u Settembru 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Settembru 2005 il-Board ta' Sorveljanza tat-Tagħlim ta' l-Ingliż bħala Lingwa Barranija ltaqa' sitt darbiet. Fl-istess żmien il-Bord żar, kull meta ħass il-ħtieġa, l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa Barranija, inkluż skejjel ġodda li kollha illum għandhom il-liċenzji kif titlob il-liġi.

Każ ta' kont ta' l-ilma

Question

Tista' il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma twieġeb lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għadu mniżżel bħala li għandu kont pendenti ta' bini li biegħ erba' snin ilu u li l-kont għandu jħallsu min xtara l-post li qabel kien tal-persuna msemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-konsumatur ma infurmax il-Korporazzjoni li biegħ il-fond in kwestjoni għaldaqstant l-account għadu isejjaħ lilu. Il-Korporazzjoni ikkuntatjat lil dan il-konsumatur biex jgħaddi l-informazzjoni neċessarja ħalli dan lit-transferiment iseħħ.

Skola primarja tal-Mellieħa

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk xi ħadd fl-iskola primarja tal-Mellieħa ordnax li t-tfal ta' klassi 5A m'għandhomx jitħalltu mat-tfal ta' klassi 5B waqt il-break u jekk din l-ordni ngħatat titreġġa' lura għax huwa disedukattiv li dan iseħħ qalb it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 15009 f'Seduta 308.

Skola primarja tal-Mellieħa

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex jieqaf ix-xogħol li għaddej fl-iskola primarja tal-Mellieħa minħabba t-trabijiet u r-riħa taż-żebgħa li qed iħarbtu l-edukazzjoni tat-tfal li jattendu din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 15008.

Crowne Plaza Hotel — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14819 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-lukanda Crowne Plaza? Sakemm huwa maħsub li tkompli topera din il-lukanda? X'se jsir mill-ħaddiema tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pembroke — Culvert

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu dwar it-talba tal-kunsill lokali ta' Pembroke biex isir culvert minn Triq Madre Margherita debrincat għal parti minn Triq il-Kurunell Cocks għal Triq Gabriele Henin u għal Triq il-Mediterran biex residenti fil-lokalita' ma jibqgħux ibatu minn għargħar b'ilmijiet tax-xita?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Ministeru għadu kemm irċieva l-ittra mingħand il-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar din il-kwistjoni ta' għargħar b'ilmijiet ta' xita f'Pembroke. Infakkar lill-Onor Membru li t-toroq imsemmija kif ukoll il-culverts fit-toroq imsemmija huma responsabilta' tal-Kunsill Lokali u mhux ta' dan il-Ministeru.
Leg 10 PQ #14904 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Malta drydocks

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena l-MTA intalbitx tagħti lista lit-tarzna ta' liema lukandi għandhom liċenzja joperaw bħala lukandi u għall-ewwel irriżulta li kien hemm lukandi bla liċenzja u mbagħad ftit wara dawn il-lukandi kellhom liċenzja? Kif ġara li ftit wara ngħataw liċenzja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f’ittra bla data li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta rċeviet mill-Malta Shipyards fid-29 ta’ Settembru 2005, l-Awtorità ntalbet tikkonferma liema lukandi għandhom liċenza valida u liema m’għandhomx minn lista ta’ tnax-il lukanda mehmuża ma’ din it-talba. Fit-30 ta’ Settembru, l-MTA kkonfermat li, minn din il-lista, sitt lukandi kellhom liċenza valida u sitta oħra ma kellhomx (jiġifieri li ma kenux ġeddu l-liċenza tagħhom sat-30 ta’ Settembru 2005). Ħames lukandi, li fil-lista mibgħuta lill-Malta Shipyards fit-30 ta’ Settembru 2005 kienu jidhru li ma kellhomx liċenza valida, ġeddew il-liċenza tagħhom jew għamlu t-titjieb neċessarju sabiex tkun tista’ tinħareġ il-liċenza tagħhom tlett u erbat ijiem wara li kienet diġà ntbagħtet ir-risposta lill-Malta Shipyards. Wieħed irid jifhem li s-sitwazzjoni ta’ liċenza valida tinbidel il-ħin kollu għax operaturi ta’ lukandi u stabbilimenti oħra jġeddu l-liċenzi tagħhom matul is-sena kollha.

Ryanair

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-diskussjonijiet sabiex Ryanair tibda topera minn u lejn Malta? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' sussidju qed jiġi kkunsidrat li jiġi offrut lil Ryanair biex tibda topera minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li kien ta’ l-Ministru tat-Turiżmu għall Mistoqsija Parlamentari Numru 13778.

Skola primarja tal-Mellieħa

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament,fl-iskola primarja tal-Mellieħa, jiġi trattat tajjeb u ma jibqax jitqies scapegoat u jeħel hu b'li jiġri għax qed titħarbatlu l-edukazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola qed ittih l-għajnuna ta' Art Therapist kull ġimgħa. Din il-ġimgħa stess il-Kap ta' l-Iskola flimkien ma' l-Assistent Kapijiet u l-għalliem tal-klassi baqgħu wara l-ħin biex jiddiskutu ma' omm it-tifel għax ma tkunx tista' tmur l-iskola waqt il-ħin normali ta' l-iskola. L-iskola ħadet passi biex jingħata wkoll għajnuna mill-Counsellor. Barra minnhekk dan it-tifel qiegħed fi klassi żgħira biex jingħata attenzjoni individwali. Ma jidhirlix li dan is-servizz iwassal għal xi "trattament qisu ta' scapegoat".

Pulizija — Maġġuri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-eżamijiet li kienu saru fil-korp tal-pulizija fis-sena 2003 biex jilħqu maġġuri? Għadhom jgħoddu r-riżultati ta' dawk l-eżamijiet?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, dawn il-ħatriet isiru meta u kif ikunu jippermettu n-neċessitajiet in ġenerali tal-Korp tal-Pulizija.