Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15614 Sitting 327 2005-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Golf course project

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq xiex qed jiġi ppjanat li jintnefqu l-Lm100,000 fis-sena 2006 fuq golf course project?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din is-somma hija maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż kollha relatati ma’ l-Environmental Impact Assessment, kif ukoll spejjeż relatati mad-disinn tal-korsa u l-koordinament neċessarju biex jiġi ffinalizzat l-EIA u spejjeż oħra relatati ma’ l-EIA ta’ l-iżvilupp propost ta’ korsa tal-golf.
Leg 10 PQ #15615 Sitting 327 2005-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Jazz Festival

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-Jazz festival għas-sena d-dieħla, li kien jiġi organizzat għal dawn l-aħħar snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-pjan tal-Gvern hu li nkomplu niżviluppaw il-Jazz Festival bħala wieħed mill-aqwa Jazz Festivals li jsiru fil-Mediterran. Dan hu avveniment li għandu valur kulturali u turistiku kbir. Kif diġà kelli okkażjoni nħabbar, il-Ministeru u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qegħdin jikkonsidraw offerta li saret minn kumpanija privata sabiex tidħol f’ partnership mal-Gvern f’dan l-avveniment.
Leg 10 PQ #15616 Sitting 327 2005-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Hotel's Improvement Scheme

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex intnefqu s-somom ta' Lm16,205 fis-sena 2004 u Lm18,000 fis-sena 2005 fuq Hotel's Improvement Sceheme (subsidy)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fis-sena 2002, il-Gvern nieda skema ta' sussidju ta' 2 fil-mija fuq ir-rata ta' interessi fuq self li sid/operatur fis-settur tal-akkomodazzjoni jieħu biex jagħmel proġett ta' ristrutturar. L-iskema qed tiġi offruta lis-sidien/operaturi ta' propjeta' liċenzjata b'mitt sodda jew anqas. Il-ħlas tas-sussidju jingħata fuq massimu ta' għaxar snin mid-data tas-self. Matul is-sena 2004 żewġ sidien operaturi applikaw u bbenefikaw min din l-iskema. Is-somma ta' Lm 16, 205 intefqet kif jidher hawn taħt: Hotel Ta' Ċenċ - Lm 9,219 Hotel Calypso - Lm 6,986 Fis-sena 2005 applika sid/operatur ieħor għal din l-iskema. Sal-15 ta' Novembru 2005 intnefqet is-somma ta' Lm 9,827 kif jidher hawn taħt: Hotel Petit Paradis - Lm 5,000 Hotel Ta' Ċenċ - Lm 4,827 Id-Dipartiment għadu jistenna talba mill-Hotel Calypso għall-perjodu mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awissu 2005.
Leg 10 PQ #15617 Sitting 327 2005-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tourism zone management

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu l-Lm150,000 fuq tourism zone management fis-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Lm 150,000 allokati għat-tourism zones ser jitqasmu kif ġej: Tindif Lm 50,000 Ħasil ta' Promenades u Toroq Lm 50,000 Interventi fiż-żminijiet li ġejjin: Mellieħa/San Pawl il-Baħar Lm 10,000 Sliema/San Ġiljan Lm 10,000 Valletta/Port il-Kbir Lm 10,000 Mdina/Rabat Lm 10,000 Għawdex Lm 10,000
Leg 10 PQ #15618 Sitting 327 2005-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

PBS — Public Service Obligation

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif intnefqu Lm500,000 fis-sena 2005 s'issa għall-Public Service Obligation - PBS Ltd?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalma jaf l-Onor Membru l-PBS illum qed jopera fuq bażi kummerċjali u peress li l-informazzjoni mitluba hija meqjusa kummerċjalment sensittiva ma nħossx li din għandha tkun ippubblikata.
Leg 10 PQ #15619 Sitting 327 2005-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

St Georges Bay project

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq xiex huma ppjanati li jintnefqu l-Lm225,000 matul is-sena 2006 fuq is-St Georges Bay project?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dawn il-fondi se jintnefqu sabiex ikopru l-aħħar pagamenti li fadal tal-proġett tal-Bajja ta’ San Ġorġ.

Malta Drydocks — Ħaddiema barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14899, 15143 u 15393, jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet l-ewwel proċess ta' tender għal offerti għall-akkomodazzjoni maħruġ aktar kmieni din is-sena. Dan sar minħabba li : a. xi uffiċċjali tat-Tarzna ma' segwewx il-proċeduri nterni li tuża t-tarzna f'każijiet bħal dawn, u b. l-informazzjoni mogħtija mill-MTA rigward liema bidders kellhom il-liċenzji kollha neċessarji inbidlet wara li ngħatat uffiċċjalment. Il-proċess ġie mwaqqaf u reġa nbeda mill-ġdid. Din id-darba l-offerti ser isegwu l-proċessi użati fil-gvern u ser jiġu kkunsidrati biss dawk il-bidders li kellhom liċenzja valida sad-data ta' l-għeluq ta' l-ewwel offerta. Sadan it-tant, il-Ministeru talab lit-tarzna biex tinvestiga kif, qabel ma ħarġet l-ewwel offerta, kienu qed jingħataw direct orders lill-lukanda partikulari.

NSO — Turisti

Question

Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 15387 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Air Malta — Bord tad-diretturi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15200 u jgħid jekk il-bord tad-diretturi approvax il-budget ta' l-Air Malta għas-sena Marzu 2005 - Marzu 2006? Meta ġie approvat dan il-budget?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Konsulent Amerikan

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15047 u 15310 u jgħid xi ħlasijiet ngħata s'issa l-konsulent Amerikan li ismu qed jintbagħat separatament, għax-xogħol li għamel għall-korporazzjoni Enemalta? X'xogħol fil-fatt għamel mindu nħatar konsulent? Kemm nefqet fuqu l-Enemalta biex ġabitu hawn kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta daħlet f'kuntratt ma' ditta ta' Kunsulenza Amerikana għal perjodu minn Mejju 2005 sa' Mejju 2006. Il-Kuntratt huwa għal somma ta' $50,000 u spejjeż ta' vjaġġar. Il-kuntratt ikopri żewġ laqgħat f'Malta, li għalih jattendu żewġ konsulenti mid-ditta, subscription ta' 12-il xahar għal pubblikazzjoni ta' Fuel Oil Annual Meeting u ċerti ammonti ta' siegħat ta' konsulenza fix-xahar. Minn mindu inħatret din id-ditta għamlet ħafna xogħol għal Enemalta b' konnessjoni mal-fuels. Sa issa żaret Malta darba biss.

Air Malta — Titjir ta' ajruplani ta' linji oħra

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14817, 15039 u 15309 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Ħaddiema barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14899 u 15143, jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Passenger cruise liners ġewwa Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15064 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 s'issa kemm-il darba kien hemm passenger cruise liner li ankra ħdejn Għawdex biex il-passiġġieri tiegħu setgħu jżuru l-gżira Għawdxija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' bastimenti ta' cruise liners li ankraw barra l-gżira ta' Għawdex huma dawn li ġejjin: Sena Numru ta' cruise liners 2000 1 2001 0 2002 5 2003 5 2004 6 2005 ( sal-lum) 2
Leg 10 PQ #15331 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' Maltija tat-turiżmu hix qed toffri l-early retirement scheme lill-impjegati tagħha? Lil kemmimpjegati? F'kull każ kemm kien fadlilhom l-impjegati biex itemmu l-impjieg tagħhom? F'kull każ kemm ġie offrut ħlas lil kull impjegat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-ristrutturar ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sar sabiex l-MTA tiġi f’pożizzjoni aħjar biex taqdi l-missjoni tagħha. Kif tħabbar fid-diskors tal-Budget, l-Awtorità ser tnaqqas l-ispiża amministrattiva b’Lm 600,000 li issa ser jintefqu fil-Marketing. Biex dan iseħħ, l-Awtorità biddlet l-istruttura tagħha b’riżultat li ċertu xogħol li kienet tagħmel l-Awtorità mhux se jibqa’ jsir. Ġie offrut xogħol alternattiv lil dawk il-ħdax-il impjegat effettwati b’din id-deċiżjoni. Il-politika tal-Gvern hi favur ix-xogħol u mhux skemi ta’ rtirar kmieni. Madankollu, fuq xewqa espressa minn numru ta’ impjegati u wara negozjati ma’ l-Unions, ġie deċiż li dawn il-ħdax-il impjegat jiġu offruti somma ekwivalenti għal sentejn paga jekk jagħżlu li jirriżenjaw. Fil-laqgħat ma’ l-impjegati, l-Awtorità dejjem għamlitha ċara li l-preferenza tal-Gvern hi li l-impjegat jagħżel li jieħu xogħol alternattiv. Iż-żmien li kien fadlilhom biex itemmu l-impjieg tagħhom (l-età tal-pensjoni) u s-somma li ġiet offruta lil kull impjegat hu kif ġej: Żmien Somma Snin Xhur Lm 1 8 11 22,358 2 3 1 17,474 3 3 6 16,259 4 9 2 14,222 5 17 9 14,222 6 18 4 14,222 7 1 6 12,495 8 1 10 9,942 9 12 7 9,082 10 11 2 9,082 11 - 3 6,247
Leg 10 PQ #15332 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-turiżmu — Power boats

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul is-sena li għaddiet l-awtorita' Maltija tat-turiżmu ħallsitx il-flus kollha li kienu ntalbu għall-attivita' tal-power boats f'pajjiżna u li kienet qajmet kontroversja sħiħa fis-snin li għaddew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sena li għaddiet l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kkontribwit is-somma ta Lm5,000 għal din l-attivita'.
Leg 10 PQ #15333 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-Turiżmu

Question

Issa li għalqu ħafna mill-uffiċċji barranin ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu, liema kienet il-kumpannija/aġenti li nħatru biex jirriklemaw/jimmarkitjaw lil pajjiżna f'pajjiżi oħra? Kif inħatru dawn ir-rappreżentanti? Għal kemm żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala parti mir-ristutturar ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, numru ta’ uffiċini li kellha l-Awtorità barra minn Malta għalqu jew se jagħlqu. L-Awtorità se żżomm l-uffiċini ta’ Londra u ta’ Frankfurt filwaqt li se tagħlaq l-uffiċini tagħha fi Franza, Russja, Belġju u Skandinavja. L-uffiċini ta’ l-Italja u l-Olanda diġà ġew magħluqa. L-Awtorità, konxja mill-importanza li żżomm preżenza f’ċertu swieq, ħadet il-passi sabiex tagħmel arranġamenti alternattivi. Fl-Italja, ir-rappreżentanza ġiet fdata f’idejn il-kumpanija Adam & Partner, li huma diġà r-rappreżentanti ta’ l-MTA għall-PR fl-istess pajjiż. Dan il-kuntratt huwa stop gap għal sena. L-Awtorità talbet numru ta’ kumpaniji li joffru dawn is-servizzi sabiex jikkwotaw prezz għal rappreżentanza fi Franza, Skandinavja u l-Benelux. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta’ l-offerti. Hu maħsub li din l-evalwazzjoni tintemm fil-jiem li ġejjin. Il-kumpaniji li jintgħażlu se jkollhom kuntratt għal sena.

Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15071 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'Għawdex f'dawn l-qosma bejn Jannar u Settembru tas-snin 2003, 2004 u 2005: 1) mal-gvern, 2) fil-qasam tal-manifattura u 3) fil-qasam tat-turiżmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' ħaddiema jaħdmu f'Għawdex bejn Jannar u Settembru tas-snin 2003, 2004 u 2005 fl-oqsma kif irrefera għalihom l-Onor. Membru huma hekk : Ħaddiema Għawdxin Mal-Gvern Fil-Manifattura Fit-Turiżmu Diċembru 2002 3,321 1,255 566 Settembru 2003 3,300 1,033 638 Diċembru 2003 3,305 1,023 603 Settembru 2004 3,245 960 670 Diċembru 2004 3,267 952 566 Settembru 2005 (Provisional) 3,224 898 651

NSO — Turisti

Question

Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Non-EU countries — Persuni li applikaw għall-visa

Question

Matul is-sena 2004 u l-2005 s'issa, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea applikaw għall-visa biex jiġu jistudjaw l-Ingliż? Kemm persuni ngħataw visa biex jiġu?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti dwar dan is-suġġett, it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant m'huwiex disponibbli taħt forma ta' statistika.