Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 15387 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15670 li qed tingħata f’din l-istess seduta.
Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15387 u 15546 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-total ta’ departures skond l-MIA f’Settembru 2005 kien ta’ 154,012. Dan jinkludi:
a) 20,089 Maltin li siefru minn Malta
b) 2,186 transits, u
c) 520 barranin mhux klassifikati bħala turisti.
Jekk jitnaqqsu dawn l-aħħar tlett figuri mill-figura ta’ 154,012 jibqa’ 131,217 li hi l-figura ta’ turisti li ħallew Malta bl-ajru f’Settembru kif indika l-NSO fin-News Release 230/2005 tat-28 ta’ Ottubru 2005.
Peress li bħalissa qed isir xogħol fuq it-toroq fl-inħawi tal-Qortin fil-Mellieħa u peress li f'dawn l-inħawi għad hemm djar mhumiex imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ biex dawn id-djar jitqabbdu mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' l-operaturi (numri mhux ismijiet) settur b'settur, li jħallsu xi forma ta' liċenzja lill-awtorita' Maltija tat-turiżmu f'Malta u f'Għawdex, u settur b'settur kemm iħallsu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ristoranti kienu miftuħa f'Malta u f'Għawdex f'Settembru tas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ristoranti u snack bars reġistrati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu bejn l-2000 u l-2005, sena b'sena hu kief ġej:
Sena
Numru
2000
888
2001
905
2002
905
2003
944
2004
996
2005*
1,032
* Sa Novembru
Jista' il-Ministru jgħid jekk sa tmiem din il-leġislatura l-gvern hux se jressaq abbozz ta' liġi fil-parlament dwar l-aċċess fil-kampanja lokali kif jixtiequ r-Ramblers association, skond kif espressa f'petizzjoni mressqa f'dan il-parlament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux, jew għandux il-ħsieb li jkollu, konsulent fil-qasam tal-media? Fil-każ li iva, min hu jew min se jkun? B'liema kondizzjonijiet huwa jew se jkun maħtur dan il-konsulent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru għamel talba għal-konsulent fil qasam tal-media. Peress li t-talba għadha qed tiġi kkunsidrata ma jkunx prudenti li tingħata l-informazzjoni mitluba f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sena b'sena kemm ġew turisti miċ-Ċina mindu ċ-Ċina tat Approved Destination Status lil Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Approved Destination Status għat-turisti Ċiniżi bdiet topera fl-2002.
L-istatistika kif pubblikata mill-NSO għall-turisti Ċiniżi li żaru Malta mill-2002, hi kif ġej:
2002 – 1446
2003 – 1241
2004 – 1357
L-istatistika tas-sena 2005 għal dan is-suq għadha ma ġietx pubblikata mill-NSO.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan serju ta' ħidma biex jiġu rkuprati postijiet storiċi fis-swar tal-Kottonera li bħalissa huma okkupati (f'każi anke illegalment) biex ma jibqgħux jiġu abbużati u minflok jibdew jintużaw b'mod aktar adattat bħala parti mill-wirt stoiku tagħna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' persuni b'diżabilita' li jixtiequ jidħlu f'xi wieħed miċ-ċentri ta' taħriġ għall-adulti f'Malta u f'Għawdex? Mnejn huma dawn il-persuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hemm 51 applikazzjoni pendenti ta’ persuni b’diżabilita' f’Malta li qed jgħixu fil-Komunita’ u li jixtiequ jidħlu fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilita' f’Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn il-persuni.
Rigward applikazzjonijiet pendenti ta’ persuni b’diżabilita' li jridu jidħlu fiċ-Ċentru tal-Persuni b’Diżabilita' ta’ Għajnsielem nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Ġdida fi Triq il-Wied ta' Ruman fl-inħawi tas-Sellun, fil-Mellieħa, peress li t-tħarbit tagħha qed joħloq tbatija kbira għal dawk li għandhom dar fit-triq imsemmija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw fil-programm li qed jiġi mhejji.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15588, jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni dwar l-għoti ta' direct orders lil lukanda partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jagħti dettalji dwar f'liema oqsma ta' l-ekonomija qed jaħdmu: 1) part-timers nisa u rġiel li l-impjieg prinċipali tagħha huwa part-time; 2) part-timers li għandhom impjieg fiss; u 3) ħaddiema li għandhom iżjed minn impjieg part-time wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel u t-tieni mistoqsijiet jinsabu fl-ewwel u t-tieni parti tat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif mitlub fit-tielet mistoqsija mhux possibbli li jingħata għax ma jistax tinħadem peress li l-kampjun ta’ nies li jaqgħu taħt dan il-kriterju huwa żgħir ħafna. Dawk il-partijiet li ġew shaded fit-tabella jirreferu għal tagħrif under-representative minħabba kampjun żgħir u għandhom jittieħdu b’mod kawt ħafna.
Jista' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jagħti dettalji dwar f'liema oqsma ekonomiċi qed jaħdmu ħaddiema nisa u rġiel b'kuntratt definit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk il-partijiet li ġew shaded fit-tabella jirreferu għal tagħrif under-representative minħabba kampjun żgħir u għandhom jittieħdu b’mod kawt ħafna.
Jista' il-Ministru jgħid kif jista' ikun li għas-sena d-dieħla l-Ministeru ser jonfoq Lm35,000 fuq utilities meta fis-sena 2004 in-nefqa kienet Lm40,348 meta tqis li għas-sena d-dieħla ser jkun hemm surcharge ta' 55% fuq id-dawl u l-ilma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-allokazzjoni tas-sena 2004 tal-kategorija utilities kienet ta' Lm 29,000. In-nefqa ta' Lm 40,348 fis-sena 2004 kienet dovuta għall-ħlas ta' darba li kienet tinkorpora ħlasijiet ta' dawl u ilma li jappartjenu lill-White Rocks Holiday Complex li issa m'għadux jopera.
Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu l-Lm500,000 fis-sena 2006 fuq branding? Liema spejjeż tal-proċess se tkopri din in-nefqa? X'parti hi min-nefqa totali tal-branding in-Lm0.5 miljun vvutata għas-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern jinsab impenjat illi l-branding ikun suċċess. Għaldaqstant ivvota Lm 0.5 miljun lejn dan l-eżerċizzju għas-sena 2006.
Huwa ppjanat li l-Lm 500,000 li kienu allokati mill-Gvern għall-branding għas-sena 2006, ser jiġu utilizzati kif spjegat:
1) Eserċizzju ta' riċerka relatati mal-proċess ta' branding (stima): Lm 50,000
2) Preparazzjoni u implementazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni tal-brand barra minn Malta (stima): Lm 40,000
3) Proċess ta' Internal Branding immirat biex jinkoraġġixxi l-adozzjoni tal-valuri tal-brand fost l-industrija lokali tat-turiżmu u fost il-poplu Malti: Lm 50,000
Mhuwiex il-każ li wieħed jgħid, f'dan l-istadju, kemm ser ikunu l-bżonnijiet biex jitwettaq dan l-eżerċizzju fis-sentejn ta' wara. Il-Gvern jiddeċiedi dwar in-nefqa minn sena għall-sena: pero' żgur li dan il-proċess tal-branding ser ikompli jingħata l-importanza illi tixraqlu.
Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15387 u 15546 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min inħatar biex jikkordina s-segments differenti tas-suq turistiku tagħha fl-awtorita' Maltija tat-turiżmu u għal kemm żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej:
Segment
Isem
Tour Operating and Leisure
Is-Sur Joe Galea
Sport
Is-Sur Michael Piscopo
Other and Growth Markets
Is-Sur Carlo Micallef
History and Culture
Is-Sur Dominic Micallef.
L-Awtorità ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet ta’
Segment Heads
għall-
English Language Learning,
għall-
Meetings,
Incentives, Conferences and Exhibitions (MICE)
u għal
Gozo.
Is-sejħa għalqet fis-16 ta’ Novembru 2005.
M’hemmx terminu ta’ żmien marbut ma’ dawn il-karigi.
Mindu għaddejna l-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali, kemm-il darba ntużat s'issa l-għodda ta' inċentiv fiskali biex inġibu 'l quddiem il-wirt storiku tagħna? F'liema każi ntużat din l-għodda ta' inċentiv fiskali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.