Legislature:
Category:
Reset
Active:

NSO — Turisti

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15387, 15546 u 15670 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15670 f’seduta 330.
Leg 10 PQ #15945 Sitting 334 2005-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Utilities

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15624, kif jispjega li bis-surcharge b'kollox il-Ministeru ser jerġa' jonfoq l-istess somma li nefaq fuq dawl b'surcharge iktar baxx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-ċifri li qed jikkwota l-Onor Interpellant mhux tajbin għax is-somma allokata għall-item Utilities fis-sena 2005 kienet ta’ Lm 29,000, filwaqt li s-somma li ġiet allokata għall-istess item għas-sena 2006 hi ta’ Lm 35,000, żieda ta’ Lm 6,000. Barra minn hekk, il-Ministeru se jkun qed jieħu numru ta’ miżuri sabiex jipprova jnaqqas kemm jista' l-ispiża.

Mellieħa — Santa Maria Estate

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dan l-aħħar xahar l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ tatx permessi biex ħaddiema tal-kostruzzjoni pubblika jibnu bini f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa? Fil-każ li iva, kemm inħarġu permessi? Fil-każ li le, xi spezzjonijiet saru fl-inħawi biex jitwaqqaf l-abbuż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ toħroġ il-permess tax-xogħol f'isem il-kuntrattur li jkun applika għall-istess permess u għaldaqstant ma tkunx taf f'liema sit ta' kostruzzjoni dawn ser jaħdmu. Għaldaqstant il-Korporazzjoni m'għandiex informazzjoni jekk ingħatawx permessi għax-xogħol sabiex jibnu bini f'Santa Marija Estate fil-Mellieħa. Informat ukoll li rapporti fuq barranin li qed jaħdmu llegalement jiġu mgħoddija lill-Kummissarju tal-Puluzija għall-iktar investigazzjonijiet.

Environmental landscape consortium

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn Mejju 2003 sal-lum l-environmental landscape consortium ġiex informat li l-gvern m'għandux biżżejjed flus biex jonora l-obbligi kuntrattwali tiegħu? X'obbligi kuntrattwali kellu jonora l-gvern u mhux qed jonorahom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Public Private Partnership — Fondi pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilu jeżisti l-private public partnership bejn il-gvern u l-environmental landscape consortium kemm ħarġu fondi pubbliċi bi ħlas, sena b'sena u fuq liema proġetti ntnefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Environmental landscape consortium

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk bħalissa l-private public partnership ma' l-environmental landscape consortium hux paralizzat? X'inhi r-raġuni, jekk iva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Environmental Landscape Consortium — Proġetti ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern ħax deċiżjoni li l-environmental landscape consortium iwaqqaf il-proġetti ġodda kollha li kien se jagħmel fuq ir-roundabouts ta' Ħal-Lija, il-Fgura, Raħal Ġdid l-MIA u l-landscaping ta' Vjal Diċembru 13 fil-Marsa? X'kienet ir-raġuni għal deċiżjoni bħal din?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju ta' implimentazzjoni wasal il-pjan ta' bini ta' tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l- MEPA approvat il-bini ta' l-impjant fl-inħawi ta' Mġarr ix-Xini, Għawdex fis-17 ta' Novembru, 2005 u ix-xogħolijiet fuq is-sit mistennija jibdew f'qasir zmien. L-impjant fit-Tramuntana ta' Malta qed jistenna l-approvazzjoni tal-MEPA wara laqgħa ta' konsultazzjoni publika li saret fl-1 ta' Novembru 2005. L-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta qiegħed fl-istadju fejn għadu qed jigi verifikat id-daqs (load verifications) u t-tip ta' impjant meħtieg, fazi li għandha tigi konkluża fil-bidu tas-sena 2006.

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-ħsara li saret lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l ħsara li allegament saret minn dħul ta' ilma fid-dar tal-persuna in kwestjoni saret waqt zogħol li l-kuntrattur privat kien qed jagħmel fuq inkarigu tal-Kunsil Lokali ta' tas-Sliema. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix responsabli għal din il-ħsara. Rigward l-inċident tat-traffiku bejn vettura tal-Korporazzjoni u oħra ta' l-istess persuna, l-Korporazzjoni għamlet il-claim rilevanti mal-kumpanija tal-assikurazzjoni u din qed tigi processata.

MEPA — Ulysses Lodge, Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' vilel, fejn illum hemm il-Ulysses lodge fuq ir-Ramla l-Ħamra f'Għawdex, il-MEPA iggwidatx ruħha mill-pjan strutturali, partikolarment RC04, RC021, RC029, SET 11, SET12 u PLP20? Jista' jagħti dettalji kif kull policy minn dawn se tiġi mħarsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Ramla l-Ħamra — Bini ta' Vilel

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15074, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudji msemmija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li teżisti biss kopja waħda tad-dokumenti mitlubin, li hija voluminuża ħafna. Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li jista’ jmur l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex jara dan id-dokument hemmhekk, skond il-provvedimenti ta’ l-aċċess għall-informazzjoni mill-pubbliku kif stabbilit fl-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp.

EU — Kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-gvern għadu ma bagħatx ir-rapport dwar id-deroga dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa lill-Kummissjoni Ewropea? Meta beħsiebu jibgħat dan ir-rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern Malti ppreżenta r-rapport dwar l-applikazzjoni tad-deroga taħt Artiklu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar għall-kaċċa u l-insib tal-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa lill-Kummissjoni Ewropea.

Kuntratturi privati fil-qasam mediku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern għandu jagħti Lm9 miljun lill-kuntratturi privati fil-qasam tal-kura medika? Għalxiex huma dovuti dawn il-miljuni? Kemm ilhom dovuti dawn il-miljuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu jħallas Lm10,123,474 fl-aħħar ta' Ottubru 2005. Dan l-ammont huwa dovut għal xiri ta' mediċini u tagħmir mediku. Minn dan l-ammont dovut, Lm2,572,923 imur lura għal aktar minn 150 ġurnata. Il-Gvern iħallas medja ta' 1.7 miljun fix-xahar lill-importaturi tal-mediċini.

Universita' — Economic, Management u accountancy

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi ħa l-uffiċċju tas-segretarju parlamentari għan-negozji żgħar u s-self-employed bejn is-sena 2003 u 2005 ma' l-universita' biex il-fakulta ta' l-economics, management u accountancy tfassal il-korsijiet tagħha b'mod li jirrifletti r-realta' tal-gżejjer tagħna fejn 99% ta' l-ekonomija tagħna huma SMEs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn l-2003 u l-2005 kienu diversi l-inizjattivi li ġew koordinati flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żagħżagħ u Xogħlijiet immirati fuq livell primarju, sekondarju, post sekondarju u terzjarju. Għal dan il-għan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni identifika persuna li ġiet assenjata mas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sabiex dawn l-inizjattivi saru realta. B'mod partikolari fl-Universtia' bejn is-sena 2003 u 2005 saru diversi laqgħat mal-Fakulta ta' l-Economics, Management u Accountacy u mal-lecturers fl-Universita' sabiex it-tagħlim prattiku tal-imprenditorja jiġi imħeġġeġ aktar. Bejn l-2003 u 2005 saru it-tħejjiet kollha nċessarji sabiex wasalna għal mument li fiħ qed jiġu ffinaliżżati d-dettalji ta' kors ġdid fil-Qasam tal-Imprenditorja propoju minn din il-Fakulta. Issa jonqos biss li dan il-kors maħsub li jkun fuq livell ta' diploma jiġi approvat mill-Universita. Huwa maħsub sabiex dan ikun l-ewwel kors ta' l-għamla tiegħu fl-Universita' ta' Malta. Bejn l-2003 u l-2005 kien hemm ukoll bosta okkażjonijiet fejn is-Segretarjat daħal fi sħab mal-għaqda Scoops sabiex ġew imnedija diversi programmi edukattivi informali fejn studenti Universitarji ikunu jistgħu b'mod prattiku jinvolvu ruħhom aktar fl-intrapriżi fittizji tagħhom u b'hekk jieħdu idea aktar mill-qrib ta' l-attivita kummerċjali f'pajjiżna.

Importazzjoni ta' tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar jekk hux veru li ġew impurtati tiġieġ iffriżati ta' barra u mbagħad inbiegħu bħala tiġieġ lokali? X'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet? X'passi se jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mhux opportun li tingħata l-informazzjoni rikjesta f'dan l-istadju.
Leg 10 PQ #15837 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Minn Jannar sa Ottubru 2005, jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet fondi l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu fil-promozzjoni ta' dawn is-segments: 1) xemx u baħar, 2) kultura, 3) meetings, incentive, conferences events, 4) diving, 5) teaching of English as a foreign language, 6) Għawdex, 7) cruises u 8) segments oħrajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant, jiġifieri Jannar-Ottubru 2005, il-promozzjoni ta' l-Awtorita' ma kienetx maqsuma skond is-segments imsemmija. Din is-sistema ser tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006.

Pjan nazzjonali ta' azzjoni kontra t-tinġiż

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Pjan nazzjonali ta' azzjoni kontra tinġiż minn sorsi bbażati fuq l-art (National action plan for land-based pollution)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

UNEP — Bini fuq il-kosta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ mill-kosta ta': 1) Malta u 2) Għawdex ġiet "artifiċjalizzata", (indikatur ta' kif il-UNEP tkejjel il-bini fuq il-kosta)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ xtut fil-Gżejjer Maltin huwa ta’ 267.984 km. L-ammont totali ta’ xtut artifiċjalizzati, jew aħjar fejn il-linja ta’ l-art mal-baħar ma baqgħetx naturali, hija ta’ 56.121km. Dan huwa ekkwivalenti għal 20.9% mill-kosta kollha. L-ammont ta’ xtut artifiċjalizzati f’Malta huwa 52.969km, jew aħjar 19.7% tax-xtut fil-gżejjer Maltin, u 26.81 % mix-xtut tal-gżira ta’ Malta. L-ammont ta’ xtut artifiċjalizzati fuq Għawdex huwa ta’ 3.01km, jew aħjar 1.12% tax-xtut fil-gżejjer Maltin u 5.37% mix-xtut tal-gżira t’Għawdex . L-ammont ta’ xtut artificjalizzati fuq Kemmuna huwa ta’ 0.142km, jew aħjar 0.05% tax-xtut fil-gżejjer Maltin, u 0.94% mix-xtut tal-gżira ta’ Kemmuna. Dawn il-figuri huma maħdumin fuq il-‘ basemap ’ tal-1998 u r-ritratti mill-ajru ( aerial photos ) tas-sena 2004. Huwa mportanti li ninnutaw li dawn il-figuri jirriflettu l-impatt ta’ l-iżvilupp fuq l-ewwel metru ta’ xtutna biss. Biex inkunu nafu aktar dwar l-ammont ta’ bini fuq il-kosta trid indikatur differenti li jkejjel l-ammont ta’spazju ( area ) mibni.
Leg 10 PQ #15842 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Xiri ta' karozzi BMW

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xiri ta' 54 karozza BMW għaċ-CHOGM b'somma totali ta' qrib Lm4 miljun saritx b'direct order u jekk iva, għaliex sar hekk u mhux b'sejħa għal offerti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

La l-Gvern u lanqas iċ-CHOGM Task Force ma xtrat l-ebda BMW għaċ-CHOGM.