Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immaniġġjar ta' l-Iskart — Kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-kuntratturi kollha li tul l-2005 għamlu xi xogħol fuq l-immaniġġjar ta' l-iskart fil-Magħtab? Jista' jgħid kemm tħallsu u x'kien ix-xogħol li għamlu u li tħallsu għalih u b'liema rati kuljum tħallsu l-inġenji wżati għax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Air Malta — Sejħa għall-Offerti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'interessi kummerċjali għandha l-Air Malta (jew li kienu ta' l-Air Malta) u li għalihom issa ħarġet sejħa għall-offerti? Fiex wasal dan il-proċess?

Response (GATT, AUSTIN)

L-interessi kummerċjali li għandha l-Air Malta u li għalihom saret sejħa għall-offerti u qegħdin fil-proċess ta' għażla huwa kif ġej: Tigne' Development Co. Ltd. - avviż numru 25 fil-Gażżetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar. Tindif tal-kabina tal-ajruplani - l-offerti qegħdin jiġu evalwati. L-offerta mistennija tingħata sa l-aħħar ta' Frar. Servizzi tal-ICT - qed isiru negozjati fuq l-aħjar offerta. Mistenni l-iffirmar sa l-aħħar ta' Frar. Flight Communications Marketing System - negozjati saru fuq l-aħjar żewġ offerti. Mistennija għażla sa l-aħħar ta' Frar.

Gżira — Triq Reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi passi ppjanati biex toroq li qed jiġu mgħarrqa fin-naħa tal-Gżira ħdejn Triq Reġjonali, bi problemei kbar għal-familji, tant li ġieli ġew żgumbrati minħabba l-għargħar u l-periklu għalihom, jiġu rranġati biex din il-problema serja tittaffa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija parlamentari ser tinghata f'seduta ohra.

Drinking Water Directive Standards

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa s'issa d-dipartiment tas-saħħa peress li dawk mis-settur privat li jipprovdu l-ilma għall-konsum uman għadhom ma rreġistrawx irwieħhom mad-dipartiment tas-saħħa l-obbligi li ġġib magħha d-drinking water directive standards?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu kemm ħareġ tliet ċertifikati ta' reġistrazzjoni skond il-provvediment ta' A.L.357 ta' l-2004 dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Provvisti Privati ta' Ilma maħsub għall-Konsum mill-Bniedem. Ġew ukoll preżentati sitt applikazzjonijiet oħra li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu qed jistenna li jiġu preżentati r-riżultati ta' l-analiżi rikjest qabel ma' l-provvista privata ta' ilma tkun tista' tiġi rreġistrata mill-applikanti kkonċernati. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għaddej bi proċess intensiv biex kull minn qiegħed jagħti dan is-servizz jirregola ruħu mal-provvedimenti ta' dawn ir-regolamenti anki akkost li min jinqabad jikser dawn ir-regolamenti jittieħdu passi legali kontriħ.

Pjan ta' Konverġenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Malta ppreżentatx tul l-2005 aġġornament tal-pjan ta' konverġenza lill-Unjoni Ewropea u jekk fl-affermattiv ġentilment iqiegħed kopja aġġornata fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Malta ppreżentat il-Pjan aġġornat ta Konvergenza lill-Unjoni Ewropea. Dan il-Pjan ikopri l-perijodu mis-sena 2005 sas-sena 2008. Il-Pjan ser jiġi eżaminat mill-Kummissjoni Ewropeja aktar tard dan ix-xahar. Qed inpoggi kopja tal-Pjan Aggornat fuq il-mejda tal-Kamra.

Ftehim ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u kuntratt tax-xogħol li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-materja taqa' fid-dikasteru tal-Finanzi, għandu jirreferi l-Mistoqija lill-Ministru konċernat.

Servizz tal-helicopter

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija li tipprovdi s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u x'obbligi ta' vjaġġi regolari għandha kuljum matul is-sena? X'qed jagħmel il-gvern biex jara li dan il-ftehim ikun onorat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

MIA — Titjiriet tal-helicopter

Question

Jista' il-Ministru jgħid, mill-istatistika ta' l-MIA, kemm jirriżulta li saru titjiriet bejn Malta u Għawdex bil-helicopter matul is-sena 2005, kemm titjiriet tħassru u kemm użaw dan is-servizz xahar b'xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

NSO — Statistika dwar it-turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16971 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika rilevanti miġbura mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ta kemm qattgħu ljlieli f'Għawdex it-turisti f'dawn is-snin: 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ljieli li t-turisti għaddew f’Għawdex huwa stmat li kien kif ġej: Sena Iljieli Average length of stay 2001 446,763 10.3 2002 468,885 11.5 2003 448,763 11.7 2004 490,536 11.2 2005 723,010 11.6 Nota: Din id-data bidet tinġabar mill-2001. Iċ-ċifri ta’ turisti li joqogħdu Għawdex jiġi ppubblikat b’mod regolari xahar b’xahar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.

Selmun — Fort Campbell

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern jew il-MEPA għandhomx il-ħsieb li jagħmlu development brief għall-post magħruf bħala Fort Campbell f'Selmun li jinsab żdingat jew hemmx il-ħsieb li dan il-post ikun inkorporat fis-sejħa għall-offerti li l-gvern għandu l-ħsieb li jagħmel għall-bejgħ tal-lukanda ta' Selmun?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-abbozz tal-pjan lokali tal-majjistral ta' Malta jindika li għandha issir Development Brief għal Forti Campbell. Minħabba li l-pjanijiet lokali huma "enabling plans", dawn ma jindikawx il-perjodu li fih għandu jsir id-Development Brief.

Enerġija alternattiva

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ l-istrateġija tal-gvern għall-iżvilupp ta' l-enerġija alternattiva?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li sar ħafna xogħol fuq l-iżvilupp ta’ din l-istrateġija. Il-Gvern diġa’ ħabbar u qed jimplimenta diversi miżuri biex jiffavorixxi d-dħul ta’ din it-tip ta’ enerġija. Għad iridu jittieħdu xi deċiżjonijiet fuq ċerti aspetti imbagħad tkun tista’ tiġi proposta strateġija sħiħa fuq is-suġġett.

VAT refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16973 u jispjega fid-dettall f'liema qasam jingħataw VAT refunds organizzaturi ta' konferenzi f'pajjiżna skond il-miżura mħabbra għall-Budget 2005? Matul is-sena 2005 kemm kien hemm li bbenefikaw minn din il-miżura u x'kien l-ammont ta' VAT refunds li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT Refunds fuq konferenzi, konvenzjonijiet, seminars, fora, laqgħat u sales events jingħataw f’dawn l-oqsma. 1. Akkomodazzjoni 2. trasport provdut minn/lejn lukanda/airport 3. ikel/xorb meħud fil-lukanda meta jifforma pakkett mal-akkomodazzjoni 4. ikel/xorb meħud waqt il-konferenza etc bħal coffee break/ilma/lunches 5. apparat mikri għal waqt il-konferenza 6. servizzi ta’ sikurezza fil-lukanda u technicians 7. servizzi ta’ hostesses fl-ajruport jew fil-lukanda għal konferenza 8. servizzi ta’ telefonija jew internet 9. kiri ta’ kmamar għal laqgħat 10. servizz ta’ elettriku Matul is-sena 2005 kien hemm 16 –il kumpanija barranija li bbenefikaw minn din il-miżura. L-ammont ta’ refunds li ngħata lil dawn il-kumpaniji kien ta’ Lm55,767.57
Leg 10 PQ #17061 Sitting 352 2006-02-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16974 u jagħti lista ta' events f'pajjiżi oħra, inklużi fieri u kull tip ta' delegazzjoni li ħadet sehem fiha l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu, matul Jannar 2006 pajjiż b'pajjiż? F'kull każ kemm kien hemm persuni li għalihom ħallset l-MTA u f'kull każ kemm marru persuni u x'kienet l-iskop ta' kull żjara u jekk saritx evalwazzjoni fuq bażi ta' value for money għal kull żjara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

NSO — Statistika ta' l-Impjiegi f'Għawdex

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16970 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li turi l-livell ta' impjiegi f'Għawdex f'dawn l-oqsma: 1) gvern, 2) manifattura u 3) turiżmu għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li ma jistax jingħata t-tagħrif fil-forma eżatt kif ġie mitlub għajr għall-manifattura, qed jingħata f’forma ta’ attivita’ ekonomika fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

NSO — Statistika ta' l-impjiegi f'Għawdex

Question

Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li turi l-livell ta' impjiegi f'Għawdex f'dawn l-oqsma: 1) gvern, 2) manifattura u 3) turiżmu għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

NSO — Statistika dwar it-turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika rilevanti miġbura mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ta kemm qattgħu ljlieli f'Għawdex it-turisti f'dawn is-snin: 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16972 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti turistiċi f'Għawdex

Question

Matul is-sena 2005 kemm kien hemm fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea li kellhom jintnefqu fuq proġetti turistiċi f'Għawdex? Kemm intnefqu minnhom? Dawk li ma ntnefqux fuq proġetti turistiċi, f'liema oqsma ntnefqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru Għal Għawdex qed jimplimenta erba’ proġetti taħt il-fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea li l-għan tagħom hu li jtejjbu il-prodott turistiku Għawdxi. Dawn il-proġetti huma: · Proġett għal kreazzjoni ta’ sit artifiċjali għall-għadds u faċilitajiet ta’ kamra ta’ dekompressjoni · Proġett ta’ vetrini għall-mużew ta’ l-arkeolġija, Għawdex · Proġett ta’ bini taċ-ċentru ta’ l-istudji turistiċi f’Ghawdex · Korsijiet ta’ taħriġ fl-industrija tat-turizmu li jifforma parti mill-proġett ta’ skemi u korsijiet tal-ETC. Il-fondi allokati għal dawn il-proġetti jintefqu skond l-iskeda li hemm fil-kuntratti rispettivi. Il-ħlasijiet ta’ wħud mill-proġetti jridu jsiru sa l-aħħar ts-sena 2006 u oħrajn sa l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007. Il-proġetti l-oħra approvati taħt il-fondi strutturali u li qiegħdin fl-istadju ta’ implimentazzjoni huma dawn li ġejjin: · Proġett tal-estensjoni taċ-Ċentru ta’ l-arti u snajja u l-bini ta Ċentru għall-izvillupp tas-snajja · Proġett ta’ titjib tat-triq San Lawrenz/Rabat · Proġett ta’ titjib tat-triq Xlendi/Rabat · Proġett ta’ korsijiet fis-snajja · Proġett ta’ korsijiet miċ-Centru ta’ Għawdex ta’ l-Universita’ ta’ Malta · Proġett ta’ skemi u korsijiet mill-ETC Għawdex.

VAT refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega fid-dettall f'liema qasam jingħataw VAT refunds organizzaturi ta' konferenzi f'pajjiżna skond il-miżura mħabbra għall-Budget 2005? Matul is-sena 2005 kemm kien hemm li bbenefikaw minn din il-miżura u x'kien l-ammont ta' VAT refunds li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16974 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' jagħti lista ta' events f'pajjiżi oħra nklużi fieri u kull tip ta' delegazzjoni li ħadet sehem fiha l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu matul Jannar 2006 pajjiż b'pajjiż? F'kull każ kemm kien hemm persuni li għalihom ħallset l-MTA u f'kull każ kemm marru persuni u x'kienet l-iskop ta' kull żjara u jekk saritx evalwazzjoni fuq bażi ta' value for money għal kull żjara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.